Il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2019: Il-Jum Dinjii taż-Żgħażagħ li bħalissa qed ikun ċelebrat fil-Panama bil-parteċipazzjoni tal-Papa Franġisku se jservi biex fih jitnieda ktejjeb imsejjaħ DOCAT li jiġbor fih it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Din hi inizjattiva edukattiva unika maħsuba biex tilħaq iż-żgħażagħ fl-Amerika Ċentrali u ‘l hinn, appoġġjata minn Aid to Church in-Need li hi organiżazzjoni Kattolika approvata mill-Vatikan.
DOCAT hu sors qawwi ta’ informazzjonii dwar il-ġusizzja soċjali u mmirat lejn iż-żgħażagħ biex jgħinhom isiru jafu sew u jgħixu skont id-dutrina soċjali tal-Knsija. Id-Daħla tal-ktejjeb inkitbet mill-Papa Franġisku nnifsu. Dan id-dokument isegwi ieħor bl-isem ta’ YOUCAT li kien jiġbor Katekiżmu għaż-żgħażagħ bażat fuq it-tagħlim tal-Knisja Kattolika.
Fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li din is-sena qed isir fil-Panama mistennija jitqassmu eluf ta’ kopji ta’ dan il-ktejjeb u jitwaqqfu numru ta’ gruppi ta’ studju biex jaħdmu fuqu.
L-Arċisqof tal-Panama, Ulloa Mendieta qal li “xejn aktar mill-edukazzjoni ma jista’ jgħin liż-żgħażagħ tagħna. Darba jkunu jafu t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja isiru jafu kif għandhom jiġġieldu l-kkorruzzjoni, iwaqqfu l-vjolenza, jibnu d-demokrazija, iġibu l-ħelsien u joħolqu l-ġid, kollox bil-qawwa tal-Evanġelju.”
Il-Papa Franġisku mistenni jqassam dawn il-kotba flimkien ma DOCAT smartphone app liż-żgħażagħ fil-Panama bħala rigal personali tiegħu, filwaqt li l-Arċisqof Ulloa, fid-diskors ta’ merħba lill-Papa se jistieden lill-pellegrini biex jiflu sew it-tagħlim soċjali tal-Knisja.
Fid-“Daħla” li kiteb għal dan il-ktejjeb, il-Papa Franġisku kiteb: “Il-predeċessur iegħi, Papa Benedittu XVI tagħkom f’idejkom il-YOUCAT – katekiżmu għaż-żgħażagħ. Illum nixtieq nirrakkomandalkom ktejjeb ieħor – id-DOCAT – li jiġbor fih id-dutrina soċjali tal-Knisja”.
L-aġenzija tal-aħbarijiet “Zenit” qalet li Panama se jitqassmu 25,000 kopja ta’ dan il-ktejjeb bil-lingwa Spanjola u madwar miljun verżjoni diġitali. L-uniku kundizzjoni għal min jieħu ktieb hi li jifforma grupp biex jistudjawh flimkien.
Il-pellegrini fil-Panama se jkunu jistgħu jniżżlu d-DOCAT smartphone app b’xejn. 35 espert fid-dutrina soċjali tal-Knisja minn madwar id-dinja, se joffru appoġġ u ‘mentoring’ lil dawk li jirċivu dan id-dokument biex jgħinuhom iħaddmu d-dutrina soċjali tal-Knisja biex jgħinu fil-bini ta’ soċjetà aktar ġusta.
Rapport ta’ Mario Schiavone fin-Newsbook
Dan jezisti bil-Malti?