Il-Fidi


Kitba ta’ Angelo Xuereb

Fl-10 ta’ Frar niċċelebraw in-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Ikun xieraq li nirriflettu ftit dwar il-fidi.

Jekk inħarsu lura naraw li l-Ewropa kollha kienet nisranija. Il-liġijiet tagħha kienu kollha bbażati fuq il-liġijiet insara. Iżda issa s-sitwazzjoni ma għadhiex l-istess. Ħafna persuni forsi għalkemm għadhom jissejħu nsara għandhom taħwida ta’ ideat u forsi mhumiex konxji li dawn mhumiex skont il-fidi.

F’dinja pluralista fejn wieħed jaħseb li jrid, in-nisrani ma jistax jagħmel bħalhom.  Għandu jibni l-fidi tiegħu fuq it-tagħlim tal-Knisja. U hawnhekk ma nistax ma niġbidx l-attenzjoni tal-ġenituri biex jibagħtu lil uliedhom fid-djar tad-duttrina biex jiffurmaw ruħhom ta’ veri insara. Veru li t-tfal għandhom ħafna impenji biex imorru l-privat u jistudjaw. Iżda t-tagħlim tal-Katekiżmu huwa importanti wkoll.

Illum għadda ż-żmien li wieħed iġib ruħu kif kienet tagħmel il-massa li kienet nisranija. Illum il-fidi trid tinbena fuq il-konvinzjoni. Nagħti eżempju. Jien ma naħdimx il-Ħadd mhux għax nistħi iżda għax jien konvint li din hija r-rieda ta’ Alla. Alla ħallielna fil-libertà, u għalhekk wieħed jekk ma jridx jista’ ma jemminx u l-Knisja mhux ser tisfurzah biex jagħmel dan kontra qalbu. Fl-aħħar mill-aħħar huwa Alla li jiġġudika.

Ma nistgħux nifirdu l-fidi mit-talb. Il-fidi ma hijiex biss tagħlim  iżda hija esperjenza ħajja ta’ Alla.  Biex inkunu aktar ċari hemm bżonn li nagħtu ż-żewġ faċċati tal-fidi.

Hemm l-aspett tal-fidi li wieħed jemmen fil-Kredu u t-tagħlim tal-fidi u dan huwa importanti, u hemm l-aspett ieħor ta’ kemm wieħed ser jgħix il-fidi tiegħu f’ċirkustanzi partikulari.

Filwaqt li niftakru fid-don tal-fidi li ġabilna San Pawl, nitolbu lil dan il-qaddis għal ri-evanġelizzazzjoni tal-Ewropa biex terġa ddur lejn Kristu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.