Jgħix Kristu, it-tama tagħna …
Nhar it-Tnejn 25 ta’ Marzu, Solennità tal-Tħabbira tal-Mulej, magħrufa fostna wkoll bħala l-festa tal-Lunzjata, il-Papa Franġisku se jżur Loreto fejn ser joffri lill-Verġni Marija l-Eżortazzjoni Appostolika Postsinodali tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar “Iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali”, li kien sar f’Ottubru li għadda. “Vive Cristo, speranza nostra” huma l-ewwel kelmiet tat-test oriġinali li nkiteb bl-Ispanjol.
Dan tħabbar ilbieraħ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, li kompla jgħid li d-dokument imbagħad jiġi ffirmat mill-Papa u wara jkun imxandar.
Dawn huma l-ewwel sentenzi tal-Eżortazzjoni tal-Papa Franġisku, indirizzati lill-Knisja u speċjalment liż-żgħażagħ tad-dinja:
- Jgħix Kristu, it-tama tagħna, u hu l-isbaħ żgħożija ta’ din id-dinja. Dak kollu li hu jmiss isir żagħżugħ, ifur bil-ħajja, Għalhekk, l-ewwel kelmiet li nixtieq ngħid lil kull żagħżugħ Nisrani huma dawn: Hu jgħix u jridek ħaj!
- Hu jinsab fik, qiegħed miegħek u mhux sa jitlaq. Imqar jekk int titbiegħed, l-Irxoxt hemm jibqa’, jistenniek biex tibda mill-ġdid. Meta tħoss ixejħuk id-dwejjaq, ir-rabja, il-biża’, id-dubji jew il-frustrazzjonijiet…
Wara tkun tista’ ssib il-verżjoni bil-Malti fil-Laikos fuq … www.laikos.org