Il-Papa f’Santa Marta: Meta jintrikeb mill-falliment in-nisrani jgħejx ħajja mċajpra


It-Tlieta, 9 ta’ April 2019: Waqt il-quddiesa li ċċelebra dalgħodu, it-Tlieta 9 ta’ April, fil-kappella tad-dar Santa Marta l-Papa Franġisku għamel riflesjsoni dwar l-ewwel qari meħud mill-Ktieb tan-Numri u tkellem dwar l-ispirtu għajjien li jitfi t-tama.

Kultant, qal Franġisku, l-insara jippreferu l-falliment li jagħti lok għat-tgergir, għan-nuqqas ta’ sodisfazzjon, għalqa perfetta biex ix-xitan ikun jista’ jħawwel fiha. Fl-ewwel qari meħud mill-Ktieb tan-Numri naqraw li l-poplu t’Alla għeja jimxi: l-entużjażmu, it-tama tal-ħarba mill-jasar fl-Eġittu ddgħajfu ftit ftit fuq xatt il-baħar u mbagħad fid-deżert, tant li beda t-tgergir kontra Mosè.

L-ispirtu tal-għeja jitfielna t-tama, osserva l-Papa. L-għeja hi selettiva: turina dejjem l-ikraħ filwaqt li tnessina t-tajjeb kollu li rċevejna.

Meta nħossuna insodisfatti ma nkunux nifilħu għall-vjaġġ u nfittxu kenn fl-idoli jew fit-tgergir u f’ħafna affarijiet oħra. Dan hu mudell għalina. B’dan l-ispirtu ta’ għeja n-nisrani jgħejx ħajja għerja: xejn ma jogħġbu, kollox jara sejjer ħażin. Ġesù nnifsu għallimna dan meta qalilna li b’dan l-ispirtu li qatt m’aħna sodisfatti nkunu qiesna t-tfal jilgħabu.

Xi nsara jċedu quddiem il-falliment bla ma jintebħu li din hi l-għalqa perfetta għaż-żergħa tax-xitan. Kultant jibżgħu mill-faraġ, issokta l-Papa Bergoglio, jibżgħu mit-tama, mit-tħaddin tal-Mulej u jgħejxu ħajja falluta.

Bosta nsara jgħejxu hekk, igergru, jikkritikaw, ħajja ta’ tgemgim, bla sodisfazzjoni. Il-poplu ma felaħx għall-vjaġġ. Aħna l-insara ħafna drabi ngħejew nimxu u nippreferu nintrabtu mal-falliment, jiġifieri ħajja mċajpra. Id-deżolazzjoni hi tas-serpent: is-serpent l-antik, dak tal-Ġnien tal-Għeden. Hawnhekk hu simbolu: l-istess serpent li ttanta lil Eva. Dan hu mod ieħor kif jidher is-serpent li għandhom fihom, is-serpent li jnawwar dejjem fil-ħajja għerja.

Ħajja mgħoddija fit-tgergir hi karatteristika ta’ min jagħżel il-falliment, ma jissaportix it-tama, ma jaċċettax il-qawmien ta’ Ġesù.

Ħuti, temm jgħid il-Papa Bergoglio, niftakru biss f’din is-sentenza: Il-poplu ddejjaq jimxi. Xi nsara jiddejqu jimxu. Jiddejqu jittamaw, ma jissaportux il-fejqan, ma jissaportux il-faraġ. Aħna aktar marbutin mal-insodisfazzjoni, mal-għeja, mal-falliment. Jalla l-Mulej jeħlisna minn dil-marda.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Joe Huber.