Unplanned – jikseb suċċess kbir


It-Tlieta 9 ta’ April 2019: Għat-tieni ġimgħa mill-ħruġ tiegħu l-film Unplanned qed jikseb suċċess kbir tant li għaġġeb lill-osservaturi tal-industrija tal-films. Il-film Unplanned jittratta l-ġrajja vera ta’ Abby Johnson li minn direttur ta’ klinika ta’ Planned Parenthood saret vuċi qawwija kontra l-abort u favur il-ħajja. Ta’ min jgħid li l-kliniċi tal-Planned Parenthood mhuma xejn ħlief postijiet fejn in-nisa tqal imorru biex jagħmlu abort.

unplannerdBħalissa l-film jinsab fit-tmien post u qed jintwera f’aktar minn elf u ħames mitt sala fl-Amerka tant li issa se jibqa’ jintwera f’aktar swali. Dan il-film ħalla impatt kbir fl-industrija taċ-ċinema hekk kif qed iwassal il-ġrajja ta’ Abby Johnson lill-udjenzi u qed jgħin biex jikber l-għarfien dwar il-moviment favur il-ħajja madwar il-pajjiż.

Il-film Unplanned ġibed ħafna nies fis-swali taċ-ċinema minkejja li ngħata rating ta’ R u minkejja li ħafna netwerks tat-televiżjoni m’aċċettawx li jagħmlu riklami għall-film. Twitter saħansitra waqqaf l-account tal-film dakinhar li kellu jibda jintwera iżda dan ma żammx lil eluf kbar ta’ nies biex imorru jaraw dan il-film li jirrakkonta l-konverżjoni ta’ Abby Johnson minn direttur ta’ klinika tal-abort għal waħda li għadha taħdem sal-ġurnata tal-lum favur il-ħajja.

Mill-Kamra atl-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.