Il-PAĊI LI JAGĦTINA KRISTU


31. It-Tlieta wara l-Ħames Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Jien nagħtikom is-sliem, nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux lil qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’ (Ġw 14,27).

Ħafna nies ifittxu l-paċi tagħhom fil-flus, fil-kumditajiet żejda, fl-unuri u fis-setgħat fuq l-oħrajn. Iżda dawn ma jagħtuniex il-paċi; anzi, ħafna drabi huma ta’ okkażjoni biex ħafna persuni jiġġieldu ma’ xulxin u hekk, flok il-paċi, isibu l-inkwiet, l-għira, il-ġlied u l-vendikazzjonijiet.

B’daqshekk ma għandniex nifhmu li l-ħwejjeġ materjali mhumiex neċessarji fil-ħajja tal-bniedem. Kristu stess qalilna li mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem iżda b’kull kelma li toħroġ mill-fomm ta’ Alla. Hawnhekk naraw li Kristu ma nnegax li l-bniedem għandu bżonn ta’ ħwejjeġ materjali. Dan li tfisser b’mod ġeneriku l-kelma “ħobż.”

Iżda l-ħwejjeġ materjali huma mezz u mhux skop fihom infushom. Għalhekk, biex niksbu l-vera paċi għandna nfittxuha fi Kristu. Il-paċi li jagħtina Ġesù hija dik tal-qalb; ma jfissirx li ma jiġuniex slaleb, iżda min jimxi wara Kristu jirrassenja ruħu, u jsib il-paċi.

Ġesù jgħidilna wkoll biex ma nħallux qalbna titbeżża’. Aħna qegħdin ngħixu fid-dinja u hawn ħafna x’itellifna l-paċi. Anki persuni li nkunu qribhom, jekk għadhom ma sabux il-paċi, jistgħu jtellfulna l-paċi. Barra minn hekk, min għandu nuqqas ta’ paċi, forsi mingħajr ma jrid, jibda jgħir għal min jgħix fil-paċi. Il-ktieb tal-Ġenesi jurina dan permezz tal-istorja ta’ Abel u Kajjin. L-għira taf twassal għal kollox, anke għal delitti kbar.

Fi Żmien il-Għid għandna naħsbu ħafna fuq il-paċi li jagħtina Kristu. Il-passjoni u l-mewt tiegħu kienu umanament frott ta’ ħafna intriċċi u ħażen. Iżda Kristu rebaħ fuq id-dnub u l-mewt billi fit-tielet jum qam glorjuż, u għalhekk l-ewwel kelma tiegħu meta deher lill-Appostli kienet “Shalom!” — “Is-sliem għalikom!” (Ġw 20, 19). M’hemmx awgurju isbaħ minn dan!

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.