Isqof Malti għad-djoċesi ta’ Las Cruces fi New Mexico


It-Tnejn, 20 ta’ Mejju 2019: Il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Peter Baldacchino biex imexxi d-Djoċesi ta’ Las Cruces, fi New Mexico fl-Istati Uniti. Huwa l-ewwel isqof djoċesan assoċjat mal-Mixja Neokatekumenali biex iservi fi djoċesi daqshekk kbira fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Bishop_Peter_Baldacchino_Credit_Archdiocese_of_Miami.155834047756

Mons. Baldacchino twieled fil-5 ta’ Diċembru 1960 f’Tas-Sliema u ilu Isqof Awżiljaru ta’ Miami fi Florida mill-2014. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1996 fl-Arċidjoċesi ta’ Newark fl-istat ta’ New Jersey.

Wara l-ordinazzjoni serva bħala viċi kappillan tal-parroċċa ta’ Our Lady of Mount Carmel f’Ridgewood fi New Jersey (1996-1999), kanċillier missio sui iuris tal-gżejjer Turks u Caicos fil-Karibew (1999-2014), kappillan tal-parroċċa ta’ Our Lady of Divine Providence fil-gżira ta’ Providenciales fl-Oċean Atlantiku (2002-2014), u kappillan tal-parroċċa Saint Kieran f’Coconut Grove f’Miami (2014-2018).

Mons. Peter Baldacchino kien ukoll membru tal-Kumitat għall-Ħarsien tat-Tfal u Żgħażagħ u tal-Kumitat tal-Kleru, Ħajja Kkonsagrata u l-Vokazzjonijiet.

Fl-2014 kien innominat Isqof Titulari ta’ Vatarba u Awżiljarju ta’ Miami.

Id-Djoċesi ta’ Las Cruces ġiet stabbilita fl-1982 u għandha aktar minn 236,600 Kattoliku, li jammontaw għal ftit iktar minn 42% tal-popolazzjoni taż-żona.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.