L-ISPIRTU S-SANTU JIXHED GĦAL KRISTU


37. It-Tnejn wara s-Sitt Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija (Ġw 15, 26).

Issa l-Knisja fil-Liturġija tagħha bdiet tippreparana għall-miġja tal-Ispirtu s-Santu, li niċċelebraw b’sollennità f’Għid il-Ħamsin, fost l-akbar festi li għandha l-Knisja.

Kristu ġie mis-Sema u reġa’ lura għand il-Missier. Iżda huwa ma ħalliniex waħidna. Ta’ min isemmi li fl-aħħar ikla huwa waqqaf l-Ewkaristija u s-saċerdozju, li huma żewġ rigali lill-Knisja u li bihom jibqa’ fostna.

Ġesù wiegħed ukoll l-Ispirtu s-Santu lill-Appostli. Kien f’Għid il-Ħamsin, li kienet festa Lhudija wkoll, li niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. Dan l-inżul tal-Ispirtu s-Santu, li huwa t-tielet persuna tat-Trinità, biddel lill-Appostli. Huma fehmu aktar it-tagħlim u l-missjoni ta’ Kristu u ħarġu jipprietkaw mingħajr biża’ ta’ xejn. Dak inhar ħarġet fil-beraħ il-Knisja.

L-Ispirtu s-Santu ma niżilx fuq l-Appostli biex il-ħidma tiegħu tieqaf. Huwa għadu jaħdem fil-Knisja u fid-dinja sabiex Kristu jkun magħruf u maħbub. Il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu għadha tidher u tinħass fil-ħajja tal-Knisja ta’ Kristu fil-grazzja u doni speċjali li jagħtina.

Jekk inħarsu lejn l-istorja tal-Knisja naraw kemm għaddiet minn diffikultajiet u persekuzzjonijiet. Iżda l-wegħda ta’ Kristu baqgħet hemm. L-Ispirtu s-Santu baqa’ mal-Knisja u minkejja dan kollu hija baqgħet tissaħħaħ, leali lejn it-tagħlim ta’ Kristu r-Ras tagħha.

L-Ispirtu s-Santu huwa avukat u difensur. Għalhekk ma għandniex naqtgħu qalbna meta naraw il-verità tiġi miċħuda jew imġarrba mill-bniedem anki fi żminijietna. L-Ispirtu s-Santu għadu jaħdem fid-dinja u mid-deni jaf joħroġ il-ġid.

Fuq kollox, l-Ispirtu s-Santu huwa r-Ruħ tal-Knisja, “Ruħ il-Qodos”, għax kull qdusija fina tiġi biss Minnu, jekk nimxu wara Kristu, għax l-Ispirtu jixhed għaliH fina. Hekk inkunu tassew il-Ġisem Mistiku ta’ Kristu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.