Għal din is-sena wkoll, id-Djoċesi ta’ Għawdex qed toffri servizz sussidjat ta’ hostelling għall-istudenti u ż-żgħażagħ Għawdxin f’Malta. Dawk il-familji li jixtiequ jużaw dan is-servizz huma mitluba jiktbu ittra lis-Segretarju Amministrattiv tad-Djoċesi, fil-Kurja.
It-talbiet kollha jitressqu quddiem bord maħtur apposta, li jagħmel valutazzjoni tat-talbiet. Jista’ japplika kulħadd, imma tingħata preferenza lil dawk il-każijiet fejn jirriżulta li jeħtieġu l-għajnuna. It-talbiet jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Ġunju, u dawk magħżula jiġu mgħarrfa sal-15 ta’ Lulju 2019.