Misruqa relikwiji tal-Qaddisin ta’ Fatima


Dawn kienu biss żewġ biċċiet drapp, iżda għall-Kattoliċi jfissru ħafna. Dawn iż-żewġ relikwi li kienu tal-qaddisin ta’ Fatima nsterqu minn knisja gewwa Verona, fl-Italja waqt li kienu qegħdin iduru l-pajjiż għall-qima.

image.jpgPatri Andrea Ronconi, li jieħu ħsieb il-parroċċa ta’ Kristu Ġesù Ħaddiem Divin qal li huwa ”qalbu maqsuma u mortifikat” għal din it-telfa. Insterqu wkoll kopji ta’ kuruna u kuruna tar-rużarju tal-istatwa tal-Vergni Marija ta’ Fatima.

Dawn l-oġġetti kienu ta’ Francisco u Jacinta Marto, li kellhom bosta dehriet tal-Verġni Marija ġewwa Fatima fl-1917.

Il-pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet u qed ifittxu żewġ persuni ssuspettati minn din is-serqa.