Għoti tad-Dekorazzjoni “Pro Ecclesia Et Pontifice”


Għoti tad-Dekorazzjoni “Pro Ecclesia Et Pontifice”

Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2019, waqt ċerimonja qasira fil-Kurja Veskovili, il-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, żejjen bid-dekorazzjoni ta’ Pro Ecclesia et Pontifice (PEP) lis-Sur Joseph W. Psaila, mill-Belt Victoria.

Audrey Pace PEP

Dan l-unur jagħtih il-Papa lil dawk li jkunu ddistingwew ruħhom għas-servizz li taw b’risq il- Vanġelu u l-Knisja.

Fil-preżenza ta’ uffiċċjali tal-Kurja, ħbieb u kollaboraturi tar-Rivista djoċesana Il-Ħajja f’Għawdex, li tagħha kien Editur għal għaxar snin is-Sur Psaila, l-Isqof semma d-doti sbieħ tiegħu, fost l-oħrajn ħsieb u qalb bi mħabba għal Kristu, għall-bniedem u għal Għawdex. Hu rringrazzjah ukoll talli kien spalla għalih, speċjalment fl-ewwel snin tal-ministeru episkopali, fil-ħidma mal-iskejjel tal-Knisja.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Psaila, waqt li wera r-rikonoxximent tiegħu lejn il-Qdusija Tiegħu l- Papa Franġisku u lejn l-Isqof Grech li għoġobhom jonorawh b’dan il-ġieħ, stqarr li kien qed jilqgħu ukoll f’isem tant oħrajn li miegħu kkollaboraw fil-ħidma għall-ġid tal-poplu ta’ Alla f’Għawdex. Hu qal li jħossu midjun lejn il-Knisja f’Għawdex li rawmitu fil-fidi, u għalhekk dak li taha lura, tahulha b’servizz u bi gratitudni lejn Alla. Hu sellem il-memorja tal-mibkija Isqof Nikol Ġ. Cauchi u Mons. Anton Sultana, li magħhom ħadem fil-qrib fil-qasam tal-midja Kattolika.

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Marzu 2019, waqt quddiesa għall-komunità Kattolika Ingliża f’Għawdex, fil-Kappella tas-Seminarju, il-Belt Victoria, l-Isqof kien ippreżenta wkoll il-medalja ta’ Pro Ecclesia et Pontifice lis-Sinjura Audrey Pace, li għal ħamsin sena ħadmet sfiq fi ħdan il- komunità u għall-ġid spiritwali tal-Ingliżi Kattoliċi li jgħixu f’Għawdex.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.