Temi għal Jum iż-Żgħażagħ għat-3 snin li ġejjin


Dawn huma t-temi magħżula mill-Papa Franġisku għat-tliet snin li ġejjin li jilħqu l-qofol tagħhom fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir f’Liżbona l-Portugall fl-2022.

Is-sena d-dieħla t-tema se tkun mill-Evanġelju ta’ San Luqa Kapitlu 7 vers 14: Żagħżugħ qiegħed ingħidlek qum!

Imbagħad fl-2021 it-tema se tkun mill-Atti tal-Appostli Kapitlu 26 vers 16: Qum! Qed nagħmlek xhud ta’ dak li rajt.

lisona2020Fl-2022, li jaħbat is-sebgħa u tletin Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir f’Liżbona se jittratta t-tema minn Luqa Kapitlu 1 vers 39: Marija qamet u marret tħaffef.

Permezz ta’ dawn it-temi l-Papa qed ikompli r-riflessjoni li beda fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ aktar kmieni din is-Sena fil-Panama hekk kif qed iħeġġeġ liż-żgħażagħ biex iħallu li l-qawwa tal-Mulej li qam mill-mewt tmisshom u jirkupraw il-vitalità interjuri, il-ħolm, l-entużjażmu, l-otttimiżmu u l-ġenerożità tagħhom. Dawn kollha huma karatteristiċi taż-żgħażagħ.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija