Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju fil-jum internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba r-reliġjon jew t-twemmin

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħamis, 22 ta’ Awwissu 2019: L-Isqof Galea-Curmi waqt intervista fuq 103FM fil-jum internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba r-reliġjon jew t-twemmin.

D5W_7053_20819111010.156646292961

Illum qed jiġi ċelebrat għall-ewwel darba l-jum internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba r-reliġjon jew t-twemmin. Dan il-jum ġie rikonoxxut uffiċjalment waqt l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda f’Mejju li għadda.

F’intervista fuq 103FM, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi tkellem dwar l-importanza ta’ din il-ġurnata biex tkabbar l-għarfien dwar il-qagħda ta’ dawk in-nies li huma ppersegwitati madwar id-dinja.

“Huwa importanti li aħna nkunu nafu dwar dawk li qed ibatu minħabba r-reliġjon u t-twemmin tagħhom, u speċjalment ukoll kemm Insara, kemm Kristjani jiġu ppersegwitati. Bħalma tispjega l-Aid to the Church in Need, li hija Fondazzjoni Internazzjonali Pontifiċja Kattolika li ilha iktar minn 70 sena tgħin lill-Kristjani li jbatu u jiġu ppersegwitati, il-vjolenza kontra l-Kristjani llum hija partikolarment preżenti f’diversi postijiet u sal-lum huwa l-ikbar gupp reliġjuż li jaffaċċja persekuzzjoni,” spjega l-Isqof Galea-Curmi.

L-Isqof żied jgħid kemm hu importanti li din il-ġurnata toħloq kuxjenza u għarfien dwar x’qed jiġri madwar id-dinja matul is-sena kollha u mhux illum biss.

“Li toħloq kuxjenza huwa l-ewwel pass biex din l-persekuzzjoni tispiċċa, biex tonqos, u anke biex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex tkun t’għajnuna għal dawn il-Kristjani li jsofru l-persekuzzjoni. Dan huwa l-jum li jgħinna proprju għalhekk. Nagħmlu tajjeb, bħalma tħeġġiġna l-ACN, li nkomplu nkunu konxji biex jikber l-għarfien fuq il-qagħda ta’ dawk in-nies li huma ppersegwitati madwar id-dinja u naraw b’liema mod nistgħu nagħtuhom appoġġ biex jissaħħu fil-fidi u biex f’sitwazzjonijiet bħal dawn ikomplu jgħixu b’tama.”

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: