Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta


L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. David Cilia bħala Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, fil-Belt Valletta.

Dun_David_Cilia.157078517147

Il-Kan. David Cilia twieled Ħ’Attard fit‑2 ta’ Awwissu 1968, u rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola statali ta’ Ħal Qormi San Ġorġ, fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir, u fis-Seminarju Minuri. Studja l‑Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta u d-Dritt Kanoniku fl-Università Gregorjana f’Ruma. Huwa ġie ordnat saċerdot fit‑30 ta’ Ġunju 1995.

Dun David serva bħala Viċi Kapillan fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa u fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca fis-Swatar, kien Rettur tal-Knisja tal-Imtaħleb u membru tal-Kapitlu u tal-Kleru fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl fir-Rabat. Kien il-Kap tal-iskola tal-Knisja, is-Seminarju Minuri, u bħalissa jservi bħala mħallef fit-Tribunal Ekkleżjastiku Reġjonali tat-Tieni Istanza. Huwa wkoll id-Delegat tal-Arċisqof għall-Fergħa Ewkaristika u Ulied Marija Ewkaristika.

Il‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tiġbor fiha madwar 1,800 persuna f’800 familja.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.