Illum il-Knisja tfakkar lil Beata Franġiska t’Amboise


Fil-5 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil Beata Franġiska t’Amboise, Reliġjuża,  li mietet fis-sena 1485.

 

Fl-1431, Ġwanni V, Duka ta’ Brittanja (Franza), għamel alleanza bejn is-saltna tiegħu u dik ta’ Louis d’Amboise. Louis bagħat lil bintu ta’ 4 snin, Francoise, biex titrabba fil-familja tar-Re Ġwanni V.

Ta’ 15-il sena, iżżewġet lil Peter – it-tifel tad-Duka, u ftit wara ntebħet kemm kien supperv, għajjur u vjolenti. Ħadet ħafna paċenzja bih, u kienet kaġun li kkalmat l-inkwiet li kien jinqala’ bejn il-familji. Ma kellhiex ulied. Pietru sar id-Duka u Francoise approfittat ruħha biex tagħmel opri ta’ karità. Bniet kunvent fil-belt ta’ Nantes (Franza), għall-Klarissi.

Fl-1457, Pietru miet u s-suċċessuri tiegħu ma riedu li jkollhom xejn x’jaqsmu ma’ Francoise. Inqatgħet mill-ħajja pubblika u rreżistiet l-avvanzi tar-Re Louis XI ta’ Franza, biex tiżżewġu. Kienet tgħaddi ħafna żmien fil-kunvent tal-Karmelitani ta’ Nantes, u għenithom ħafna, permezz tal-inkoraġġiment li kien jagħtiha l-Beatu John Soreth, is-Superjur Ġenerali tal-Karmelitani.

Kienet mara ta’ viżjoni u ta’ kalibru ta’ waħda Fundatriċi, tant li kienet ipprovdiet is-servizz ta’ konfessur straordinarju għas-sorijiet. Fl-1468, daħlet mas-sorijiet Karmelitani ta’ Vannes. Il-Beatu John Soreth taha l-libsa ta’ soru. Kienet tieħu ħsieb il-morda tal-kunvent. Wara 4 snin saret il-prijura tal-kunvent ta’ Vannes. Fetħet kunvent ieħor, qrib Vannes, fejn mietet fl-1485. Kienet hi li għenet lill-Beatu John Soreth idaħħal is-sorijiet Karmelitani fi Franza.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.