Imbierek Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu għall-għomja


Il-Ħadd, 1 ta’ Diċembru 2019: F’quddiesa dalgħodu fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, bierek opra tal-arti ġdida u b’sinifikat partikulari: xbieha replika tal-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu – li minnu tkellmet il-Madonna nfisha fl-1883 – maħduma fir-reżin mill-Istitut għall-Għomja Francesco Cavazza ta’ Bologna bl-għan li ‘tinqara’ minn persuni neqsin mid-dawl. Fit-3 ta’ Diċembru d-dinja kollha qed tiċċelebra Jum il-Persuni b’Diżabbiltà.

CaptureIl-quddiesa kienet bis-sehem ta’ bosta persuni b’diżabbiltà u residenti ta’ Dar Arka f’Għajnsielem. It-Tieni Qari tal-Liturġija tal-Kelma tal-Ewwel Ħadd tal-Avvent inqara bil-Braille.

Wara l-omelija, l-Isqof Grech bierek il-kwadru l-ġdid, li mbagħad inġarr f’purċissjoni minn Dun Joseph Bajada, li hu responsabbli għall-Kummissjoni Djoċesana tal-Persuni b’Diżabbiltà, lejn il-post quddiem il-Kappella tas-Sejħa fejn ħa jinżamm għall-qima. Hemmhekk imbagħad inqrat għall-ewwel darba t-Talba lill-Madonna Ta’ Pinu miktuba bil-Braille fi tliet lingwi: il-Malti, l-Ingliż u t-Taljan.

Il-quddiesa ġiet animata mill-Orkestra AllegroModerato minn Milan, magħmula kollha kemm hi minn persuni b’Downs Syndrome, flimkien mal-kantanta żagħżugħa Alfina Fresta minn Catania, li għandha trombożi ċerebrali.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.