Illum il-Knisja tfakkar lil San Rajmond ta’ Penjafort


Fis-7 ta’ Jannar l-Knisja tfakkar lil San Rajmond ta’ Penjafort, Saċerdot li għex bejn is-snin 1175 sa 1275.

San Rajmond twieled f’Katalonja, Spanja, fl-1175, għand familja prominenti. Kien intelliġenti ħafna, u ta’ għoxrin sena kien ġa beda jgħallem il-filosofija f’Barċellona.

Fl-1210 mar Bolonja, belt fl-Italja, fejn fl-1216 laħaq avukat fil-Liġi Ċivili u Kanonika. Fl-1219, l-Isqof Berengarju ta’ Barċellona sejjaħlu f’pajjiżu u għamlu Kanonku tal-Katidral u Vigarju tad-djoċesi. Fl-1222 daħal fl-Ordni Dumnikan meta kellu 47 sena.

Kien bniedem verament appostoliku, bniedem ta’ għerf u ħajja tajba, kollu ħeġġa għall-formazzjoni tas-saċerdoti u t-tħejjija tagħhom għall-ministeru u kien għalihom li kiteb kollezzjoni ta’ każijiet ta’ kuxjenza biex jgħin lill-konfessuri.

Hu għen lil San Pietru Nolasco biex iwaqqaf l-Ordni tal-Madonna tal-Ħniena (Merċedarji) li l-għan prinċipali tiegħu kien li jifdi l-ilsiera.

Fl-1230 mar Ruma fuq talba tal-Papa Girgor IX biex ikun il-Konfessur tiegħu, u biex jiġbor flimkien id-digrieti kollha tal-Papiet, li kienu ilhom żmien mingħajr ordni. Hu ġabarhom f’ħames kotba (Decretales Gregorii IX).

Fl-1235, il-Papa ħatru Isqof ta’ Tarragona, iżda l-qaddis tant ma ħax gost b’dan l-unur u piż, li marad u l-Papa kellu jħallih jirritorna lejn pajjiżu bħala sempliċi patri biex jirkupra saħħtu.

Fl-1238, ġie elett minn ħutu l-patrijiet biex ikun il-Ġeneral tal-Ordni, it-tieni wieħed wara San Duminku. Kien hu li ħajjar lil San Tumas ta’ Aquino biex jikteb is-“Summa Contra Gentiles”. Irreżenja minn Ġeneral fl-1240, meta kellu 65.

Kellu ħafna għal qalbu l-appostolat fost il-Lhud, għen il-missjonijiet li l-patrijiet merċedarji u oħrajn li kellhom fl-Afrika ta’ Fuq għall-fidi tal-ilsiera nsara, u wera ħeġġa kbira fid-djalogu mal-Misilmin; minħabba f’hekk kien iħajjar lill-missjunarji biex qabel ma jmorru fost il-Misilmin jitgħallmu l-Għarbi u l-Koran.

San Rajmondu ta’ Penjafort għex sakemm kellu mitt sena; miet f’Barċellona fis-6 ta’ Jannar 1275. Iddikjarah qaddis il-Papa Klement VIII fid-29 ta’ April 1601. Hu l-qaddis protettur tal-kanonisti (dawk li jistudjaw il-liġijiet tal-Knisja).

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.