Ftuħ mill-ġdid tal-Kripta tal-Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann


It-Tlieta, 3 ta’ Marzu 2020: Ftuħ mill-ġdid tal-Kripta tal-Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Capture

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann inawgurat l-aċċess ġdid għall-viżitaturi tal-Kripta tal-Granmastri tal-Ordni, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali José Herrera, il-President tal-Fondazzjoni Wilfrid Buttigieg u l-Kuratur Cynthia de Giorgio indirizzaw lill-mistiedna preżenti.

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Onor. Ministru, membri tal-Fundazzjoni inkluż anke l-President, tant nies li pparteċipaw f’dan il-proġett straordinarju. Nixtieq ningħaqad mal-kelma tal-Onor. Ministru biex ngħidilkom grazzi.

Xi tfisser għalina li aħna napprezzaw l-għażla tal-Granmastri li ndifnu hawnhekk u li ndifnu taħt l-artal? Din il-ħaġa tfakkarni f’kelma għażiża li ħallielna Ġesù: “Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha imma jekk tmut tagħmel ħafna frott” (Ġw 12:24). Kienet din il-fidi li lil dawn in-nies li aħna ġustament grati lejhom għax ħallewlna patrimonju kbir, kienet il-fidi tagħhom f’din il-kelma ta’ Ġesù, li jgħożżu dak li l-bniedem iħalli wara l-mewt tiegħu fit-tama tal-qawmien mill-imwiet u li l-fdalijiet tagħhom ikunu meqjuma propju fl-iżjed post għażiż ta’ din il-knisja li għall-Kavallieri kienet il-knisja konventwali. Għaliex meta inti l-qabar tiegħek tressqu lejn l-artal huwa statement li inti temmen fil-qawwa tas-sagrifiċċju ta’ Ġesù li għandna nġeddu f’kull quddiesa, u fil-qawwa tiegħu li jsalvak u jagħtik il-ħajja ta’ dejjem.

Aħna qegħdin nippreservaw għal ġenerazzjoniiet futuri, anke ngawduh għall-grazzja t’Alla wara 15-il sena xogħol, bħala statement mhux biss kulturali imma wkoll statement ta’ fidi. Dan il-post għażiż, il-kultura tal-Ewropa u nistgħu ngħidu fl-aqwa espressjoni tagħha, tiltaqa’ wkoll ma’ patrimonju kbir ta’ fidi. Din il-knisja għandha diġà l-profezija ta’ Ewropa maqgħuda għax it-tmien kappelli ddedikati lil-lingwi tal-Ordni huma sintesi ta’ kulturi differenti Ewropej li jingħaqdu f’korsija waħda, iħarsu lejn korsija waħda li fiha jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-għaqda. L-istatement li hawn fl-arti, fl-arkitettura, minqux fil-ġebla, intersjat fl-irħam, dan il-post huwa statement li l-Ewropa għandha bżonn tiftakar u anke aħna l-Maltin.

Il-Ministru qalli – ħa nieħdu naqra break biex ma nkunux daqshekk serji – qalli: ‘Allura intom tindifnu l-katidral l-Imdina?’ ‘Biex inserraħlek rasek, Ministru jiena m’għandi l-ebda interess nindifen ħdejn La Vallette’. Darba minnhom meta Prince Charles ma’ Camilla ġew l-Imdina, kif inhu d-dover tiegħi lqajthom, imbagħad għedtlu: ‘Ħa nurik ftit il-predeċessuri tiegħi fejn qegħdin midfunin’. Imbagħad qalli: ‘Do you have also your place?’ Għedtlu: ‘Not yet, I’m not in a hurry’.

Imma tkun kemm tkun mgħaġġel u ma tkunx, jasal. Jalla aħna u napprezzaw il-fidi ta’ dawn in-nies u l-arti li esprimit il-fidi tagħhom ma ninsewx għaliex qegħdin hawnhekk. L-arti twassal messaġġ. Il-messaġġ ta’ din is-sbuħija anke fil-mewt hija l-fidi tagħna li tissupera l-mewt.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.