Ġesù u s-Samaritana

Print Friendly, PDF & Email

L-episodju ta’ Ġesù u s-Samaritana jirrakkonta laqgħa ‘riskjuża’ ta’ Ġesù ma’ mara, weħidhom fuq bir. U mara partikulari, b’dellha tqil. Ġesù ltaqa’ mal-mara fl-ambjent tagħha, kif jiltaqa’ magħna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Jibda’ d-djalogu bħal meta xi ħadd jgħidlek: “X’ħin hu?”, jew: “Temp sabiħ illum!”Għall-bidu l-mara tieħdu ftit biI-goff lil Ġesù, imbagħad tkompIi fid-diskursata sakemm Ġesù, mill-ilma tal-bir jasal għall-ilma li jaħji tassew.

Li tkun taf lil Ġesù

Samaritana 4Il-mara xtaqet taf fuq Ġesù. Imma mhux biżżejjed li wieħed ikun jaf fuq Ġesù, imma li jkun jaf lil Ġesù. Minn dan l-episodju nsiru nafu iktar min hu Ġesù u biex kif wassal lil din il-mara għall-vera vokazzjoni tagħha, minkejja l-passat mgħawweġ, lilna wkoll iżommna fil-missjoni Ii qed jafdalna. Laqgħa li ma tistennihiex, fis-sħana ta’ nofsinhar, ħdejn bir. B’libertà li tiskantak, Ġesù jgħaddi ħin ma’ din il-mara. Djalogu straordinarju mmexxi minn idejn l-Imgħallem, li jieħu l-mara lejn il-verità u jintegraha mill-ġdid fl-ambjent soċjali tagħha.

B’differenza mid-dlam fid-djalogu ta’ Ġesù ma’ Nikodemu, hawn id-dawl sħiħ ta’ nofsinhar (is-sitt siegħa) u rivelazzjoni hekk tiddi ta’ dak li se jkun indirizzat lil PiIatu, fl-istess ħin ta’ nofsinhar. (kien madwar is-sitt siegħa; “Ara s-sultan tagħkom.”)

Lhud u Samaritani

Mill-bidu, din ix-xena ma tonqosx milli tiskantak. X’kien li mara tkun barra dak il-ħin, meta d-drawwa kienet li jiġu lejn il-bir f’ħinijiet l-iktar friski, filgħodu kmieni jew wara li tinżel ix-xemx? Mingħajr dubju l-mara hi marġinizzata sal-punt li taħrab il-kumpanija tan-nisa l-oħra. U min-naħa l-oħra, x’kien li Ġesù jiġi ħdejn il-bir fl-istess ħin, mingħajr ħabel, mingħajr barmil? U f’isem min awtorizza ruħu li jersaq lejn mara weħidha, aktar u aktar li hi stranġiera li tappartjeni għal poplu meqjus bħala xiżmatiku u li mhux ta’ min jiffrekwentahom?

Fil-fatt, wara l-ħakma Assirjana tas-seklu, il-popli tas-Samarija bil-mod il-mod inqatgħu mill-Ġudaiżmu ta’ Ġerusalemm hekk li fasslu reliġion awtonoma, iċċentrata fuq il-ħames kotba tal-liġi, mingħajr il-kotba l-oħra tal-Bibbja. Wara ħafna kunflitti militari, l-ostilita’ kienet saret iktar ħajja, hekk li ż-żewġ popli kienu jagħmlu minn kollox biex jinjoraw lil xulxin, kif wieġbet il-mara għat-taIba ta’ Ġesù: “Kif int, li int Lhudi, titlob tixrob lili, mara Samaritana?” (Ġw 4, 9) Jiġifieri d- diskursata mhix nieqsa minn nuqqas ta’ ftehim. Madankollu, bejn il-mara u Ġesù ġiet stabbilita klima ta’ fiduċja hekk li l-mara tiżvela s-sigrieti tagħha, meta Ġesù’ jkellimha dwar id-don ta’ Alla u jwegħidha ilma ħaj, bħal nixxiegħa minn ġewwa li tfawwar għall-ħajja ta’ dejjem. Imħawda, waqt li ħin minnhom tiskandalizza ruħha, il-mara terħi ftit ftit ir-reżistenzi tagħha u tispiċċa biex tagħraf f’Ġesù, “il-Messija li għandu jiġi, dak li se jsejħulu Kristu”. Malajr issir missjunarja, u x-xhieda tagħha kellha effett: twieldet fis-Samarija komunità li ddikjaraw lil Ġesù’ “il-ħellies tad-dinja” .

Il-bir ta’ Ġakobb

Din ix-xena mhux biss hi eżempju tal-libertà tal-ispirtu kif murija minn Ġesù, imma wkoll tal-kwalitajiet pedagoġiċi mqiegħda fil-prattika. Ġesù l-ewwel iħalli lill-mara tagħmel il-mistoqsijiet; huwa hu Ii jmexxi d-djalogu filwaqt Ii jistrieħ fuq il-kliem tal-mara qabel ma jissuġġerilha xi ħaġa bbażata fuqhom.

Il-Vanġelu jgħidilna li din il-ġrajja saret ħdejn il-bir ta’ Ġakobb, u d-diskors jaqa’ dwar Ġakobb. Il-post mhux newtrali. Fit-tradizzjoni biblika, il-bjar rappreżentaw mhux biss post ta’ laqgħa, jew fejn tingħata l-kelma taż-żwieġ u ta’ allenzi fost il-popli nomadi, imma wkoll post indispensabbIi għall-hajja tan-nies u tal-bhejjem.

Is-sejħa missjunarja hi affirmata b’mod qawwi. Is-Samarija kienet fost l-ewwel missjonijiet tal-Knisja, ftit wara I-Għid, kif naraw fl-Atti tal-Appostli. Is-Samarija tissimbolizza l-universalita’ tal-Evanġelju.

L-għeja ta’ Ġesù u n-ngħas ta’ Adam

Filwaqt li nagħrfu li dan hu wieħed mill-isbaħ djalogi tal-Vanġelu, tajjeb nieqfu fuq ir-riflessjoni li r-rakkont jista’ jgħaddilna, bħal dik ta’ San Wistin. Għal San Wistin, il-mara li tiddjaloga ma’ Ġesù hi l-figura tal-Knisja. Il-mara tiġi ħdejh meta hu għajjien, u toħroġ il-fidi minn din il-laqgħa, ifakkruh f’żewġ episodji li jiċċelebraw id-dgħufija tar-raġel u l-fekondità tal-mara: ir-raqda ta’ Adam u l-mewt ta’ Ġesù fuq is-salib. Ġesu’ ma kienx għajjien għalxejn, il-forza t’Alla ma tgħejjiex għal xejn. Adam ħadu n-ngħas, u kien hawnhekk Ii mmerita r-rigal ta’ mara, u l-mara tiegħu ġiet mill-kustilja tiegħu, għax minn Kristu li ‘raqad’, imdendel mas-salib ħarġet il-Knisja, mill-kustat tiegħu, waqt Ii ‘rieqed’. U wkoll kien mill-kustat tiegħu, waqt Ii mdendel fuq is-salib, minfud mill-lanza, li ħarġu s-Sagramenti tal-Knisja.

Ħsieb ta’ Patri Pedro Meca

Riflessjoni sabiħa oħra hi ta’ Patri Pedro Meca, Spanjol, li jitkellem fuq id-“don ta’ Alla.” Patri Meca jgħid:

Riflessjoni sabiħa oħra hi ta’ Patri Pedro Meca, Spanjol, li jitkellem fuq id-“don ta’ Alla.” Patri Meca jgħid:

 

“Nafu għalxiex iservi l-ilma. Imma għalxiex iservi l-għatx?

 

Alla jgħeja, fit-triq tal-bnedmin.

Bilqiegħda fuq l-art, daharu milwi, forsi qed jongħos taħt ix-xemx ta’ nofsinhar.

“Min se jiġi jimla’ l-ilma dak il-ħin.

Min se jiġi jitkellem ma’ raġel li ma jafx?

 

Lin-nies tifimhom, u tieħu l-aċċent tagħhom: imma kif se tifhem l-aċċent t’Alla?

Alla hu tant bil-għatx, li ma jistenniex, bla sabar Ii l-mara tibda timla l-ilma biex jitlobha jixrob.

 

Alla tallab fil-bibien tal-bnedmin biex jiftaħ beraħ il-bibien tiegħu.”

U Patri Pedro Meca jgħid lill-mara :

“Mara, agħtih jixrob.

Għandu l-għatx bħalek, imma għandu aktar l-għatx tiegħek.

Ixrob kliemu mill-ewwel biex ittaffi l-għatx tiegħek, u ttaffi l-għatx tiegħu.”

 

Patri Meca jispiċċa b‘din il-mistoqsija: “U jekk ‘id-don ta’ Alla’ hu preċiżament li għandu l-għatx ?

 

Kitba ta’ Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading