Idoqqu l-qniepen u jixgħelu xemgħat fil-25 ta’ Marzu

Print Friendly, PDF & Email
Bħala sinjal ta’ għaqda fil-pajjiż kollu, l-Isqfijiet ta’ Franza stiednu għal mument ta’ meditazzjoni nhar il-25 ta’ Marzu fis-7.30 ta’ filgħaxija. L-Isqfijiet iddeċidew li f’dak il-ħin jindaqqu l-qniepen tal-knejjes għal 10 minuti. Ipproponew ukoll li, waqt li jindaqqu l-qniepen, in-nies jixgħelu xemgħa fit-twieqi tagħhom biex juru komunjoni ma’ dawk li mietu, mal-morda u l-għeżież tagħhom, ma’ dawk li qed jieħdu ħsieb il-morda u dawk li qed jagħmlu l-ħajja possibbli fil-pajjiż.

Bil-knejjes magħluqin, il-Quddies qed isir b’metodi diġitali. L-istqarrija mill-Isqfijiet tgħid li: “Pajjiżna, bħal ħafna oħrajn, għaddej minn taħbit kbir. Il-President stedinna biex inwarrbu l-firdiet ta’ bejnietna u ngħixu żmien ta’ fraternità”.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: