Il-Ħarba lejn l-Eġittu


Dan hu kwadru interessanti. Fuq dgħajsa, hemm mara taħt il-kenn ta’ ġgant liebes ikħal, qaddief fil-poża ta’ gondoljier u ħmar kwiet, skantat kif sab ruħu abbord. Arcabas jagħżel motif oriġinali biex ipitter il-ħarba fl-Eġittu kif rakkuntata mill-Evanġelista Mattew. L-istatura kbira ta’ Ġużeppi turi r-rwol deċisiv tiegħu. Hu Ġużeppi li jieħu lill-omm u lit-tifel lejn fejn qallu l-anġlu fl-ħolm.

unnamed

Ġużeppi hu l-bniedem ta’ ħajja konkreta, missier twajjeb u protettur ta’ kuljum. Dik hi l-missjoni tiegħu. Meta jpitter il-Familja Mqaddsa fuq dgħajsa, Arcabas jassoċja l-ħarba fl-Eġittu mal-arka ta’ Noe’. It-tifel qiegħed fiż-żgur f’dirgħajn ommu. Jgħolli idu lejn il-ħamiema, bħal kienet ġugarell. Fl-istess ħin, jilqa’ s-salib. Moħbi min-nies, Ġużeppi hu kbir f’għajnejn Alla. Illum, jibqa’ jħarisna.

Kitba ta’ Joe Galea

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.