Liġi kontra l-ħajja fil-kriżi tal-coronavirus

Print Friendly, PDF & Email

Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Marzu, filwaqt li l-gvernijiet f’kull naħa tad-dinja qed jitħabtu biex isalvaw il-ħajjiet minn trabi sal-aktar anzjani mill-pandemija tal-coronavirus, il-Parlament ta’ New Zealand, immexxi minn Jacinda Ardern, għadda liġi li tiftaħ l-abort għal nisa li jagħżlu li jtemmu t-twelid tat-tarbija sa 20 ġimgħa ta’ tqala.

Fl-aħħar 40 sena, il-ligi kienet tippermetti abort biss jekk ikun hemm periklu serju għas-saħħa tal-mara u dan irid ikun approvat minn żewġ tobba. Ifisser li bil-liġi l-ġdida ma jkunx hemm bżonn li mara tiġi ċertifikata dwar il-kundizzjoni mentali jew fiżika tagħha qabel l-20 ġimgħa ta’ tqala biex isir l-abort. Il-liġi għaddiet bi 68 voti liberi għal 51 kontra.

https://www.bbc.com/news/world-asia-51955148

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading