Qassis Taljan miet bil-coronavirus wara li ta r-respiratur lil pazjent iżgħar li kien bl-istess marda. Don Giuseppe Berardelli, ta’ 72 sena, mill-parroċċa ta’ Casnigo, raħal 40 mil minn Milan miet fi sptar f’Bergamo, belt milquta bl-ikrah mill-coronavirus.
Don Giuseppe rrifjuta li r-respiratur li xtrawlu l-parruċċani, biex bih isalva l-ħajja ta’ pazjent li lanqas biss kien jafu. Don Giuseppe kien qassis ferrieħi, jilħaq lin-nies tar-raħal bil-mutur qadim tiegħu, dejjem lest biex jisma’, jgħin u jwassal il-paċi fil-komunità.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea