Mill-“Osanna” għal “Sallbu”

Print Friendly, PDF & Email

Ma nafx minn fejn sibt din l-istorja li toqgħod sew għal-lum, Ħadd il-Palm

MILL-“OSANNA” GĦAL “SALLBU”

It-teacher tiegħi għażilni biex minn fost sħabi nieħu sehem fi play tal-Passjoni. Kelli 13-il sena. Grupp ta’atturi magħrufa mad-dinja kienu talbu għal nies tal-post biex jidhru fix-xena tal-folIa. Għal ġimgħa sħiħa ħarist ‘il quddiem għal kif se nkun liebes fuq palk veru ma’ atturi magħrufin.

Siegħa qabel il-ħin, aħna I-extras inġbarna f’naħa. Raġel twil, id-direttur, b’xagħar griż, ġieb quddiemna tnax-il raġel lebsin it-turban aħmar. “Dawn huma l-kapijiet tagħkom,” qalilna. “Ikunu fostkom. Ħarsu lejhom. Agħmlu bħal ma jagħmlu huma u għajtu bħalma jgħajtu huma.” Mexxewna t-taraġ u qegħduna wara x-xenarju.

hadd il-palmM’għandix kliem biex infisser x’ħassejt meta fostna daħħlu ħmar, u jien ħarist lejn ir-raġel riekeb fuqu. Ridt immissu, imma ma stajtx niċċaqlaq.  Kien Ġesù. Ġo fija qamet tqanqila kbira. Kont qed ngħajjat b’kemm saħħa kelli. Insejt l-udjenza, u nsejt il-palk. Kont qed infaħħar IiI Ġesù. Malajr malajr, iI-folIa għaddiet minn quddiemna.

Għal darb’oħra, ġabruna wara l-palk, filwaqt Ii l-kapijiet tagħna għafsu subgħajhom ma’ xufftejhom biex isikktuna. “Dalwaqt nerġgħu nitilgħu fuq iI-palk,” qaIilna I-kap minn taħt l-ilsien imma b’leħen sod. “Għajtu bħalma ngħajtu aħna.”

U rġajna għall-palk. Fuq gallerija maħduma apposta kien hemm ir-raġel sbejjaħ Ii saq il-ħmar. Ħdejh kien ħemm raġel liebes l-aħmar u bi tberfila deheb. “Lil min se tagħżlu?” għajjat dan tal-aħħar. “Agħtina ‘l Barabba,” għajtet il-folla”. Jien għajjatt bħalhom. “U x’nagħmel”, reġa’ l-leħen mill-gallerija, “x’nagħmel b’ Ġesù ta’ Nazaret?” “Sallbu!” għajjatna f’daqqa.

Jien wkoll għajjatt dak il-kIiem tal-biżgħa. Naf Ii għajjatt. Smajt li nnifsi ngħajjat. F’daqqa waħda ksaħt. Kont qed nitriegħed bla ma flaħt nieqaf. Ma nafx x’ħin, bdejt nibki, imma d-dmugħ kien nieżeI ma’ għajnejja. U bdejt ngħid: “Le!l Le!”

F’ħafna Ijieli kont inqum bil-lejl bla ma nista’ norqod  waqt Ii ngħix mill-ġdid dak il-waqt tal-biżgħa. Tassew Ii kienet biss reċta, imma kull meta niftakar, ninduna b’ħaġa żgura. Il-folla li l-Ħadd faħħret lil Ġesù kienet l-istess folla li ħamest ijiem wara għażlet li tarah imsallab.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.