Il-ġbir għal ventilator fid-Djoċesi ta’ Għawdex qed jissokta anki wara l-Ġimgħa Mqaddsa u sa issa laħaq is-somma ta’ €41,350.
F’Ċirkulari nhar id-Duluri, fit-3 ta’ April li għadda, l-Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, kien għamel sejħa “lis-saċerdoti tad-djoċesi tagħna biex nimpenjaw ruħna li kull wieħed minna jagħmel kontribuzzjoni ta’ mhux inqas minn €100 f’dan il-fond biex jinxtara ventilator li huwa stmat li jiswa madwar €50,000”. Dan l-appell fetħu wkoll għall-poplu ta’ Alla u dawk kollha ta’ rieda tajba.
Wieħed jista’ jgħin b’wieħed minn dawn it-tliet mezzi:
- Jiddepożita l-għotja tiegħu f’dan il-kont bankarju permezz ta’ online banking jew permezz ta’ Revolut:
- Isem tal-kont: COVID 19 Numru tal-kont: 35452320032
- IBAN: MT91APSB77013000000035452320032
- Swift Code: APSBMTMT
- Iċempel wieħed minn dawn in-numri:
- 51502095 – €5
- 51602017 – €10
- 51002021 – €20
- 51902087 – €50
- Iħalli l-għotja tiegħu mal-Kappillani tal-Parroċċi jew mar-Retturi tal-Knejjes.