Nhar is-Sibt 18 ta’ April il-Papa Franġisku ddedika l-Quddiesa f’Santa Marta għal dawk li qed jgħinu bil-lingwa tas-sinjali lill-persuni b’diżabbiltà li ntlaqtu mill-coronavirus. Qal li rċieva ittra minn Soru li taħdem bħala interpretu bil-lingwa tas-sinjali.
Il-Papa semma’ li hu jifhem id-diffikultà ta’ dawk li qed jipprovdu kura għall-persuni b’diżabbiltà. Mill-qari tal-Quddiesa l-Papa spjega l-karatteristika Nisranija tal-parrhesia, li hi l-kuraġġ li bih l-Appostli fissru l-misteru ta’ Kristu hekk li mpressjonaw lill-istess kbarat tal-Lhud. Il-Papa nnota li dan il-kuraġġ għandu jkun imsieħeb ukoll mill-prudenza.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea