Andrea Baruffi, żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Caravaggio, l-Italja, li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu kien “ikkoreġa” lill-Papa Franġisku għax fi żmien il-coronavirus jistieden lil dawk preżenti f’Santa Marta biex jagħtu l-paċi lil xulxin.
Il-Papa ċempel lil omm Andrea, Maria Teresa u qal lil Andrea: “Ħadt gost li ktibtli” u wiegħdu li se jibgħatlu, kif xtaq Andrea, papalino, il-beritta bajda li jilbes il-Papa. Spjegalu li: “In-nies jagħtu l-paċi lil xulxin, imma ma jmissux lil xulxin. Isellmu lil xulxin biss, billi jagħmlu sinjal b’rashom.” Kienet tweġiba li ġiebet tbissima f’wiċċ Andrea.
Rapport ghal-Laikos minn Joe Galea