Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġwann Houghton u sħabu


Fl-4 ta’ Mejju l-Knisja tfakkar lil San Ġwann Houghton u sħabu, Martri li ħadu l-martirju fis-sena 1535.

San Ġwann Houghton kien Ingliż, minn Essex. Kien il-prijur taċ-Ċertosini ta’ Londra. Għax ħadha kontra r-Re Henry VIII, meta dan għamel lilu nnifsu l-kap tal-knisja fl-Ingilterra, ġie mgħallaq flimkien ma’ tlieta oħra (Santu Wistin Webster u San Robertu Lawrence, Ċertosini bħalu u San Rikardu Reynolds, patri ta’ Santa Briġida) f’Tyburn, Londra, fl-4 ta’ Mejju, 1535.

Dawn kienu l-ewwel martri tal-persekuzzjoni protestanta fl-Ingilterra. Meta kienu sejrin għall-martirju, San Tumas Moore rahom mit-tieqa tal-ħabs, hu miet ukoll martri ftit aktar minn xahrejn wara, u qal li kienu sejrin għall-mewt “ferħanin daqs l-għarajjes għat-tieġ tagħhom.”

Il-Beatu Papa Pawlu VI, ikkanonizzahom flimkien ma’ 36 martri oħra, Ingliżi u minn Wales, fil-21 ta’ Ġunju, 1970.

Is-36 martri l-oħra huma: it-tliet benedittini Alban Roe, Ambrose Barlow u John Roberts; l-10 Ġiżwiti, Edmund Campion, Robert Southwell, Alexander Bryant, David Lewis, Edmund Arrowsmith, Henry Morse, Henry Walpole, Nicholas Owen (Brother), Philip Evans u Thomas Garnet; iż-żewġ Franġiskani John Jones (osservant minn Wales) u John Wall (Rikollett); l-Agostinjan John Stone ta’ Canterbury; it-13-il qassis Djoċesan: John Southworth ta’ Westminster, Cuthberth Mayne, Edmund Genings, Eustace White, John Almond, John Baste, John Kemble, John Lloyd minn Wales, John Payne, John Plessington, Luke Kirby, Polydore Plasden u Ralph Sherwin; u s-seba’ lajċi, l-irġiel Philip Howard, Konti ta’ Arundel, Swithun Wells, John Rigby u Richard Gwynn minn Wales, u n-nisa Margaret Clitherow ta’ York, Anne Line u Margaret Ward. Flimkien magħrufin bħala l-40 martri tal-Ingilterra u ta’ Wales. Barra minn dawn l-40 mietu mijiet ta’ martri oħra fl-Ingilterra u Wales, li bosta minnhom huma wkoll beati.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.