Din hija paġna li fiha qed nistiednu l-kummenti tal-qarrejja. Tlabna l-opinjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp, Fr Carl-Mario Sultana, u oħrajn li ser ikunu publikati fil-jiem li ġejjin . Biex tara lilhom klikkja hawn … http://laikos.org/knisja-covid-19.htm
Imma hawn taħt huwa riservat għalik …
Iktbilna x’taħseb dwar il-Knisja matul u wara l-esperjenza tal-Corona Virus. Napprezzaw ħafna l-kummenti tiegħek …
Meta konna tfal tal-Muzew kienu għallmuna t-talba tat-tqarbina tax-xewqa. Kwazi qatt ma tlabtha, mhux għax kont nitqarben dejjem, imma meta ma tqarbintx, aktarx minhabba bruda, lanqas ħassejt il-bżonn li nitlob dit-talba. Biż-żmien insejtha, insejt li qatt kienet teżisti. F’dawn il-jiem, mhux biss erġajt skoprejtha mill-ġdid u tgħallimtha bl-amment, imma wkoll nista’ ngħid li naf tassew xi tfisser. Illum nitlobha tassew mill-qalb.
Hu żgur li l-quddies fuq it-televixin u l-internet qed iħalli ħafna ġid. Bla dubju ta’ xejn. U x-xewqa fija li mmur lura l-knisja u nitqarben, mhux birdet, imma aktar tkebbset,
Grazzi lil dawk kollha li qed iwasslulna l-Kristu u l-Knisja tiegħu fid-djar tagħna.
Anonymoussays:
May 29, 2020 at 2:15 pm Edit
Grazzi Lil father Louis. Niehu gost nisma IL quddiesa meta jqaddess hu. Jirnexilu jghmilni ferhana. QED nimisja like immur IL knisja. Allavolja MA kontx wahda immur ta spis imma e niprova nsegwi min fun TV. Jien nahseb li IL quddies ghndu jibqa jixxandar go djar kulljum. Grazzi.