Riflessjoni li fiha il-kelliem, Fr Joe Galea Curmi (illum Isqof Awżiljarju) jsemmi għaxar punti li Papa Franġisku jagħmel fl-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium u li jistgħu jgħinu fil-ħidma tal-volontarjat. Huwa wera wkoll kif is-Sinodu Djoċesan ta’ Malta (1999-2003) ittratta dawn il-punti, għax fil-fatt hemm xebħ kbir bejn il-viżjoni ta’ Papa Franġisku u dak tas-Sinodu Djoċesan fejn tidħol il-viżjoni ta’qadi.
- Ġesù Kristu: għall-qadi tal-bniedem bl-azzjoni u bil-kelma.
- Għall-qadi tal-bniedem: ċentralità tal-bniedem fis-servizzi tagħna.
- Nibnu komunità li tkun għall-qadi tal-bniedem ta’ kull reliġjon, razza, lewn, qagħda soċjali, orjentament.
- Kontra l-kultura tal-iskart: għall-qadi tal-bniedem li qiegħed fil-periferija jew mormi.
- Għall-qadi tal-bniedem: l-għażla preferenzjali tal-fqar.
- Diversità u kollaborazzjoni fil-ħidma għall-qadi tal-bniedem.
- Il-parroċċa/komunità u l-akkumpanjament għall-qadi tal-bniedem.
- Sfidi u opportunitajiet fil-ħidma għall-qadi tal-bniedem.
- Attitudnijiet li jgħinu jew li jfixklu l-qadi tal-bniedem.
- Sorsi ta’ enerġija u mudelli ta’ ispirazzjoni għall-qadi tal-bniedem.