Ħames snin ilu, bi tweġiba għall-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’, ġie mħawwel ġnien biex jibbenefikaw in-nies fir-reġjun ta’ Olancho, fil-Honduras.
Hu proġett tal-Olancho Aid Foundation, li tmexxi 29 proġetti ta’ ilma nadif, diversi skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali u tpprovdi l-ikel lill-familji u l-istudenti ta’ dawn l-iskejjel. Il-ġnien kellu ħsad ġmielu ta’ tadam, bżar u ħxejjex oħra friski li tqassmu lill-komunità. Il-Foundation taħdem mal-Knisja Kattolika tar-Reġjun, fejn hemm l-Isqof Franġiskan minn Għawdex, Mons. José Bonello.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea