Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġwann Franġisk Regis


Fis-16 ta’ Ġunju l-Knisja tfakkar lil San Ġwann Franġisk Regis, Saċerdot li għex bejn is-snin 1597 sa 1640.

Kien ġej minn familja nobbli tal-Languédoc (Franza) fejn twieled fl-1597. Studja fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Beziers, u ta’ 19-il sena daħal magħhom. Qaddes ta’ 33 (1630) u sena wara beda l-ħidma tiegħu missjunarja.

L-ewwel missjoni tiegħu kienet qalb in-nies morda bil-pesta. Kien hu li talab biex imur jaqdi l-appostolat tiegħu fosthom, minkejja li s-superjuri
tiegħu kienu kuntrarji għaliex ma ridux jesponuh għall-periklu ta’ saħħtu. Imma Alla ħelsu mill-marda għaliex kellu pjanijiet oħra għalih. Bil-ħidma tiegħu appostolika huwa kkonverta ħafna nies u s-superjuri tiegħu meta raw fih din il-kariżma bagħtuh jaqdi doveri oħra missjunarji fl-artijiet ta’ Franza. Hawn ukoll kien il-mezz li ħafna kkonvertew mill-ereżija tal-Ugonotti li kienet komuni u persistenti ħafna.

Waqqaf assoċjazzjoni ta’ nisa biex jipprokuraw għajnuna lill-ħabsin u kien strument li jitwaqqfu ħafna fratellanzi tas-Sagrament. Huwa għadda ħafna xtiewi fil-missjoni qalb il-muntanja u bosta nies kienu jterrqu qalb il-ksieħ u s-silġ biex jisimgħuh jipprietka u jqerru.

Barra l-katekiżmu u l-prietki, huwa kien iżur il-morda u l-ħabsijiet u jgħin lil min kien bżonn tal-għajnuna tiegħu. Mal-5000 ruħ kienu jiffullaw fil-knisja tal-Benedittini ġewwa Saint- Pierre le Moustiers biex jisimgħu l-kelma qaddisa tiegħu.

Fid-disa’ snin u nofs bħala qassis għamel aktar minn kulħadd fil-kontro-riforma biex iqajjem il-fidi fl-inħawi ta’ Viviers u Le Puy.

Għal żmien twil xtaq li jintbagħat il-Kanada biex jikkonverti l-Indios, imma l-art tal-missjoni tiegħu kienet pajjiżu.

Wara tnax-il sena ta’ ħidma huwa marad u miet bl-iplewrite ta’ 44 sena. Difnuh ġewwa Louvsec qalb il-muntanji fejn ħafna pellegrini jmorru jżuruh. Papa Klement XII ħatru qaddis fis-sena 1737. Il-Kurat t’Ars jattribwixxi lil dan il-qaddis it-twettiq tal-vokazzjoni tiegħu għas-saċerdozju.

Għalkemm il-festa liturġika tal-qaddis hija fil-31 ta’ Diċembru, in-nies ta’ La Louvsec jiċċelebrawha fis-16 ta’ Ġunju minħabba l-ksieħ u s-silġ tal-muntanja matul Diċembru.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.