111. Kemm huma mberkin il-foqra fl-ispirtu


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 30/11/1994.

1. Fid-dinja kontemporanja, fejn tant jispikka l-kuntrast bejn il-forom antiki u ġodda ta’ regħba u l-esperjenzi ta’ miżerja inawdità migħuxa minn faxex ta’ popolazzjoni ta’ wisgħà enormi, jirrivela ruħu dejjem b’mod iktar ċar diġa fuq il-pjan soċjoloġiku il-valur tal-faqar magħżul b’mod liberu u pprattikat b’mod konsistenti.

Mill-punt di vista nisrani mbagħad, il-faqar kien minn dejjem sperimentat bħala kondizzjoni ta’ ħajja li tirrendi iktar faċli li dak li jkun isegwi lil Kristu fl-rżerċizzju tal-kontemplazzjoni, tat-talb, tal-evanġelizzazzjoni. Huwa mportanti għall-Knisja li bosta nsara għarfu b’mod iktar ħaj l-imħabba ta’ Kristu għall-foqra u jħossu l-urġenza li jwasslulhom l-għajnuna. Imma daqstant ieħor huwa minnu li l-kondizzjonijiet tas-soċjetà kontemporanja jikxfu b’guffaġni ikbar d-distanza li teżisti bejn il-Vanġelu tal-foqra u dinja spiss akkanita li tfittex l-interessi marbuta mar-regħba tal-għana, li saret l-idolu li jiddomina l-ħajja kollha. Hawn hu għaliex il-Knisja tħoss dejjem iktar bil-qawwi l-imbuttatura tal-Ispirtu biex tkun fqira fost il-foqra, biex tfakkar lil kulħadd il-bżonn li nadattaw ruħna mal-ideal tal-faqar ippridkat u pprattikat minn Kristu, u biex nimitawh f’imħabbtu sinċiera u attiva għall-foqra.

2. B’mod partikolari, reġà tqajjem u ġie msaħħah fil-Knisja l-għarfien tal-pożizzjoni tal-fruntiera li f’dan il-qasam tal-valuri evanġeliċi għandhom ir-reliġjużi u dawk kollha li jridu jsegwu lil Kristu fil-ħajja kkonsagrata, msejħa kif inhuma biex jirriflettu fihom infushom u biex jixhdu għad-dinja l-faqar tal-Imgħallem u l-imħabba tiegħu għall-foqra. Huwa nnifsu rabat il-parir tal-faqar kemm mal-esiġenza tal-inżieh personali mill-ingombru tal-ġid terren biex ikollu l-ġid ċelesti, kif ukoll għall-karità lejn il-foqra: “Mur, bigħ kull m’għandek, u agħtih lill-foqra u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja” (Mc 10, 21).

Fit-talba ta’ dik iċ-ċaħda, Ġesù kien qiegħed quddiem iż-żagħżugħ għani prekundizzjoni għal serje li kienet tinvolvi is-sehem l-iktar strett għall-inżih tal-Inkarnazzjoni. Dan fakkru Pawlu lill-insara ta’ Korintu, biex jinkuraġġihom biex ikunu ġenerużi mal-foqra, billi jġorru l-eżempju ta’ Dak li, “minn għani li kien, sar fqir għalikom, sabiex intom issiru għonja permezz tal-faqar tiegħu  ” (2 Kor 8, 9). San Tumas jikkummenta: Ġesù “sostna l-faqar materjali biex jirregalalna l-għana spiritwali” (San Tumas, Summa theologiae, III, q. 40, a. 3). Dawk kollha li, waqt li jilqgħu l-istedina tiegħu b’mod volontarju jsegwu t-triq tal-faqar, minnu inawgurata, jitwasslu biex jistagħnu b’mod spiritwali l-umanità. Bogħod milli sempliċement jgħaqqdu l-faqar tagħhom ma’ dak tal-foqra l-oħra li jimlew id-dinja, huma huma msejħa biex jipprovdulhom l-vera għana, li hija ta’ ordni spiritwali. Bħal ma ktibt fl-Eżortazzjoni apostolika Redemptionis donum, Kristu “huwa l-imgħallem u l-kelliem tal-faqar li jagħni” (Ġwanni Pawlu II, Redemptionis donum, 12).

3. Jekk inħarsu lejn dan l-Imgħallrm, nitgħallmu minnu l-veru sens tal-faqar evanġeliku u l-kobor tal-vokazzjoni biex insegwuh fit-triq ta’ dan il-faqar. Skont San Pawl, Hu, Bin Alla, ħaddan il-kondizzjoni umana bħala kondizzjoni ta’ faqar, u f’din il-kondizzjoni umana segwa ħajja ta’ faqar. It-twelid tiegħu kien dak ta’ fqir, bħal ma juri l-għar fejn twieled u l-maxtura fejn medditu Ommu. Għal tletin sena għex ġo familja li fiha Ġużeppi kien jaqlà l-ħobża ta’ kuljum b’xogħolu ta’ mastrudaxxa, xogħol imbagħad magħmul minnu stess (cf. Mt 13, 55; Mk 6, 3). F’ħajtu pubblika setà jgħid fuqu nnifsu: “Bin il-bniedem m’għandux fejn imidd rasu” (Lq 9, 58), bħallikieku biex jindika d-dedikazzjoni totali tiegħu għall-missjoni messjanika f’kundizzjoni ta’ faqar. U miet mewta ta’ skjav u ta’ fqir, imneżżà litteralment minn kollox, fuq is-salib. Kien għażel li jkun fqir għal kollox.

4. Ġesù pproklama l-bejatitudni tal-foqra: “Imberkin intom foqra, għaliex tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla” (Lq 6, 20). Għal dan il-għan hemm bżonn niftakru li diġa fit-Testment il-Qadim kien tkellem dwar il-“foqra tal-Mulej” (cf. Sal 74, 19; 149, 4-5), oġġett tat-tjubija divina ( 49, 13; 66, 2). Dan ma kienx sempliċement ta’ dawk li kienu jsibu ruħhom fi stat ta’ faqar estrem, imma pjuttost tal-umli li kienu jfittxu lil Alla u li kienu jqegħdu lilhom infushom taħt il-protezzjoni tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ umiltà u ta’ fiduċja jiċċaraw l-espressjoni użata fil-verżjoni li jagħti l-evanġelista Mattew tal-bejatitudni: “Imberkin il-foqra tal-ispirtu” (Mt 5, 3). Huma “foqra tal-ispirtu” dawk kollha li ma jafdawx il-fiduċja tagħhom fil-flus u fil-ġid materjali, iżda jinfetħu għas-Saltna ta’ Alla. Imma huwa propju dan il-valur tal-faqar li Ġesù jfaħħar u jirrakkomanda bħala għażla tal-ħajja, li jistà jinkludi caħda voluntarja għall-ġid, u propju favur il-foqra. Dan huwa privileġġ ta’ xi wħud li jkunu magħżula minnu f’din it-triq.

5. Ġesù jiddikjara iżda li għal kulħadd il-bżonn ta’ għażla fundamentali dwar il-ġid tal-art: eħilsu lilkom infuskom mit-tiranija tiegħu. Ħadd – hu jgħid – ma jistà jaqdi żewġ sidien. Jew taqdi lil Alla jew taqdi lill-flus (cf. Lq 16, 13; Mt 6, 24). L-idolatrija ta’ mammona, jew aħjar tal-flus, hija inkompatibbli mas-servizz lil Alla. Ġesù iġegħlna ninnutaw li l-għonja jorbtu ruħhom mal-flus b’mod iktar faċli (imsejjaħ “mammona” bl-aramajk, li tfisser “teżor”), u jsibuha diffiċli li jduru lejn Alla: “Kemm hu diffiċli, għal dawk li jippossiedu l-għana li jidħlu fis-Saltna ta’ Alla! Huwa iktar faċli li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli għal għani biex jidħol fis-Saltna ta’ Alla” (Lq 18, 24-25). Ġesù jwissi dwar il-periklu doppju tal-ġid tal-art: jiġifieri li bl-għana, il-qalb tingħalaq għal Alla, u tingħalaq ukoll għall-proxxmu, bħal ma naraw mill-parabbola tal-għani Epoluni u tal-fqajjar Lażżru (cf. Lq 16, 19-31). Madankollu Ġesù ma jikkundannax b’mod assolut il-pussess tal-ġid terren: għalih huwa jfittex li jfakkar lil dawk li jipposseduh, il-kmandament doppju tal-imħabba lejn Alla u tal-imħabba lejn il-proxxmu. Imma lil min jistà u jrid jifhmu jitlob ħafna iktar.

6. Il-Vanġelu huwa ċar dwar dan il-punt: lil dawk li kien isejjaħ u jistieden biex isegwuh, Ġesù kien jitlobhom jaqsmu miegħu l-istess faqar tiegħu permezz taċ-ċaħda għall-ġid, kif tikkwotalna l-istedina tiegħu liż-żagħżugħ għani: “Bigħ dak kollu li għandek u tih lill-foqra” (Mk 10,21). Kienet esiġenza fundamentali, mtennija tant drabi, din kienet l-abbandun tad-dar u tal-oqsma (cf. Mk 10, 29), jew tad-dgħajsa (cf. Mt 4, 22), jew saħansitra ta’ kollox: “Min minnkom ma jitlaqx dak kollu li jippossiedi, ma jistax ikun dixxiplu tiegħi” (Lq 14, 33). Lid-“dixxipli” tiegħu, jiġifieri lill-imsejħin biex isegwuh b’don totali tal-persuni tagħhom, Ġesù kien jgħid: “Bigħu dak li għandkom u agħtuh għall-karità” (Lq 12, 33).

7. Dan il-faqar huwa mitlub lil dawk li jaċċettaw li jsegwu lil Kristu fil-ħajja kkonsagrata. Il-faqar tagħhom jikkonkretizza ruħu wkoll f’fatt ġuridiku, bħal ma jfakkar il-Konċilju. Huwa jistà jkollu espressjonijiet differenti: miċ-ċaħda radikali għall-propjetà tal-ġid, bħal fl-“Ordnijiet mendikanti” antiki u bħal ma hu aċċettat illum ukoll għall-membri tal-Kongregazzjonijiet reliġjużi l-oħra (cf.Perfectae caritatis, 13) għal forom possibbli oħra li l-Konċilju jinkoraġġixxi biex ifittxu (cf. Ivi). “Dak li jimporta hu li l-faqar ikun migħux rejalment bħala sehem fil-faqar ta’ Kristu: “F’dak li jirrigwarda l-faqar reliġjuż, mhux biżżejjed li dak li jkun ikun suġġett għas-Superjuri fl-użu tal-ġid, imma hemm bżonn li r-reliġjużi jipprattikaw faqar estern, waqt li jaħżnu teżori fis-sema (cf. Mt 6, 20)”.

L-istituti stess huma msejħin għal xhieda kollettiva tal-faqar. Il-Konċilju waqt li ta awtorevolezza ġdida għal-leħen ta’ tant għalliema tal-ispiritwalità u tal-ħajja reliġjuża, enfasizza b’mod partikolari li l-istituti “huma miżmuma biex jevitaw kull dehra ta’ lussu, ta’ qligħ eċċessiv u ta’ akkumulazzjoni ta’ ġid” (Perfectae Caritatis, 13). U iktar, li l-faqar tagħhom għandu jkun animat minn spirtu ta’ qsim bejn id-diversi provinċji u djar, u ta’ ġenerożità “għall-bżonnijiet tal-Knisja u għas-sosten tal-fqar” (Ivi).

8. Punt ieħor li qiegħed jidher dejjem iktar fl-iżvilupp riċenti tal-forom tal-faqar, juri ruħu fir-rakkomandazzjoni tal-Konċilju li tikkonċerna “il-liġi komuni tax-xogħol” (Perfectae Caritatis, 13). Qabel kienet teżisti għażla u prassi ta’ talb, sinjal ta’ faqar, ta’ umiltà u ta’ karità benefika lejn dawk foqra. Illum huwa pjuttost bix-xogħol tagħhom li r-reliġjużi “jipprovdu l-mezzi meħtieġa għas-sosteniment u għall-opri tagħhom”. Din hija liġi tal-ħajja u prassi tal-faqar. Li tħaddanha liberament u bil-ferħ ifisser li tilqà l-parir u li temmen fil-bejatitudni evanġelika tal-faqar. Dan huwa s-servizz maġġur li, taħt dan l-aspett, ir-reliġjużi jistgħu jirrendu lill-Vanġelu: jixhdu u jipprattikaw l-ispirtu ta’ abbandun fiduċjuż f’idejn il-Missier, minn diversi segwaċi ta’ Kristu, li dak l-ispirtu għex, għallem, u ħalla b’wirt lill-Knisja.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb