Awguri mill-Papa Franġisku lill-Patrijarka Bartilmew


Il-Papa Franġisku, nhar il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, baghat l-awguri speċjali tiegħu lill-Patrijarka ta’ Kostantinopli. Hi tradizzjoni li f’din il-festa, li għal Kostantinopli hi wkoll ta’ Sant’Andrija, ħu Pietru, il-Knisja Kattolika u dik ta’ Kostantinopli jagħmlu ‘żjara fraternal’ lil xulxin.

fr1-patri
Il-Papa Franġisku u l-Patrijarka Bartilmew.

Din is-sena, minħabba l-epidemija tal-Covid-19, il-Patrijarkat ma setax jibgħat delegazzjoni Ruma. Il-Papa Franġisku fakkar f’din it-“tradizzjoni sabiħa” li “tgħaqqad b’mod speċjali lill-Knisja Kattolika mal-Patrijarkat ta’ Kostantinopli”. Il-Papa wera t-tama li dawn iż-żjarat lil xulxin ma jdumux ma jerġgħu jibdew.

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-06/pope-francis-greets-patriarchate-constantinople.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.