Omelija għas-Seminarju Teoloġiku ta’ Molfetta

Print Friendly, PDF & Email

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Kappella Pawlina, 13 ta’ Jannar 1980

Għeżież superjuri u studenti!

Xtaqtu b’mod sinċier din il-laqgħa liturġika mal-Papa, u jien b’ferħ kbir nesprimilkom ir-ringrazzjament tiegħi li ninsab hawn magħkom, dalgħodu, biex niċċelebra s-sagrifiċċju ewkaristiku. X’hemm infatti isbaħ u iktar kosolanti milli nkunu flimkien, biex insir nafkom, biex nifhimkom, biex inħobbkom u b’mod speċjali biex ingawdu flimkien mill-preżenza u mill-ħbiberija ta’ Kristu?

Insellmilkom għalhekk wieħed wieħed b’imħabba paterna, u waqt li nestendi r-rieda tajba tiegħi lill-familjari tagħkom, lil dawk kollha li jridulkom il-ġid.

Is-seminarju reġġjonali tagħkom issa għandu storja twila, u waqt li naħseb fit-tant saċerdoti u fl-Isqfijiet numerużi li dan ifforma, ibaqbaq minn qalbi ringrazzjament ħaj lil Alla għax xogħol intens imwettaq għall-ġid tal-Knisja u l-vantaġġ tal-erwieħ.

U issa, għeżież ministri tal-Knisja, imiss lilkom li tkunu mħejjija f’dak is-seminarju; imiss lilkom li l-Knisja u s-soċjetà jistennew b’ansjetà, meta wieħed iqis il-bżonn enormi ta’ ministru ta’ Alla, li jkunu mnebbħa u retti, ekwilibrati u għaqlin, saċerdoti konvinti u qalbiena, bħal ma appuntu kienu fl-imgħoddi, u kif għadhom illum, tant figuri mdawla tal-kleru tar-reġġjun tagħkom.

F’din l-epoka mġarrba u perikoluża tagħna, il-Knisja, iggarantita mill-assistenza divina, tkompli tħabbar u tixhed lil Ġesù Kristu, dawl u salvazzjoni tal-bnedmin. U għal din il-missjoni kbira u ntramontabbli l-Mulej isejjaħ ukoll lilkom, u għal dan intom titħejjew.

Jogħġobni nislet mil-liturġija tallum tal-Magħmudija ta’ Ġesù xi riflessjonijiet utli għal din il-formazzjoni tagħkom.

1. Fl-episodju tal-magħmudija ta’ Ġesù, irrappurtat mill-erbà evanġelisti, huwa evidenti l-messaġġ duttrinali, u jiġifieri tejoloġiku-dommatiku.

Bħal ma nafu il-magħmudija amministrata minn Ġwanni kienet biss rit ta’ purifikazzjoni bi tħejjija għall-miġja imminenti tal-Messija; Ġesù wkoll ried jissottometti ruħu għal din il-magħmudija, biex jagħraf pubblikament l-missjoni ta’ Ġwanni, l-aħħar profeta tat-Testment il-Qadim u prekursur tal-messija, u biex ifisser b’mod evidenti li minkejja li kien bla dnub, kien inserixxa ruħu fost il-midimbin propju biex jifdi lill-bnedmin mid-dnub.

F’dan l-episodju tal-Vanġelu tirrivela ruħha f’manifestazzjoni viżibbli it-Trinità Qaddisa, jirrivelaw ruħhom id-divinità ta’ Kristu, iben għażiż tsal-Missier, u l-missjoni feddejja tiegħu li għaliha kien inkarna ruħu. Hawn f’dan l-episodju rivelat is-sies assolut tal-fidi tagħna u allura tal-konsagrazzjoni tagħna: id-divinità ta’ Kristu u l-missjoni tiegħu.

2. Ġwanni Battista, waqt li ħabbar lill-Messija kien qal: “Huwa jgħammidkom bl-Ispirtu Santu u n-nar”. F’dan il-kliem hemm miġbur messaġġ li jiswa għall-istorja kollha tal-bnedmin. In-nar huwa s-simbolu bibbliku tal-imħabba ta’ Alla, li jaħraq u jippurifika minn kull dnub; l-Ispirtu Santu jindika l-ħajja divina, li Ġesù Kristu ġab permezz tal-“grazzja”,. Ladarba Ġesù huwa Alla, il-kelma tiegħu tibqà valida għal dejjem. U minħabba l-verità rivelata u l-mezzi tas-salvazzjoni jibqgħu ntegri tul is-sitwazzjoni perikoluża taż-żminijiet, Ġesù waqqaf il-Knisja fuq l-Appostli u s-suċċessuri tagħhom, u ta lil Pietru u lis-suċċessuri tiegħu l-mandat li jikkonfermaw lill-aħwa fil-fidi, waqt li assikuralhom t-talb tiegħu partikolari u l-assistenza tal-Ispirtu Santu.

Din iċ-ċertezza għandha timbuttana, għeżież ministri tal-Knisja għal kunfidenza totali u assoluta fi Kristu, f’kelmtu, fil-Knisja minnu stess mixtieqa u mwaqqfa. Ġesù huwa l-verità; huwa ġie biex jixhed il-verità; ikkonsagrana fil-verità! (cf. Ġw 14,6-8.12; 8,31-32; 17,17-19; 18,37). Ma jistax iqarraq bina; ma jistax jabbandunana fiċ-ċpar tal-konfużjoni, fit-taħwid tad-dubju, fl-abbiss tad-dwejjaq, fl-affann tal-inċertezza.

Kollox jgħaddi, imma l-verità tibqà; tgħaddi l-figura ta’ din id-dinja, imma l-Knisja tibqà!

3. Bħalissa tinsabu fis-seminarju, segwiti bi mħabba u b’ansjetà mis-superjuri u l-professuri tagħkom, biex imbagħad tkunu intom stess li tgħammdu “bin-nar u bl-Ispirtu Santu”. Għalhekk għalikom ukoll inkunu nistgħu napplikaw il-kliem tal-Mulej miġjuba mill-profeta Iżaija: “Sejjaħtlek għall-ġustizzja u qbadtek minn idek; iffurmajtek u stabbilizzajtek bħala patt tal-popliu u dawl tan-nazzjonijiet, sabiex inti tiftaħ għajnejn l-għomja u toħroġ mill-ħabs lill-priġunieri, mill-kalzri lil dawk li jgħammru fid-dlamijiet” (Iż 42,6-7).

Ħallu lilkom infuskom li tiġu mmexxija minn idkom mill-Mulej għaliex huwa jrid iwettaq il-Fidwa llum, permezz tagħkom. Il-Fidwa hija dejjem attwali għaliex hija dejjem attwali l-parabbola tal-qamħ it-tajjeb u tas-sikrana; huma dejjem attwali l-bejatitudni. L-umanità tinħtieġ dejjem ir-Rivelazzjoni u l-Fidwa ta’ Kristu, u għalhekk tistenniekom! Dejjem hemm erwieħ x’iddawlu, midimbin x’taħfru, dmugħ x’tixxuttaw, delużjonijiet x’issabbru, morda x’tinkuraġġixxi, tfal u żgħażagħ x’tiggwidaw: hemm u se jkun hemm l-bniedem xi tħobbu u xi ssalvaw, f’isem Kristu! Din hija l-vokazzjonoi tagħkom, li għandha tirrendikom kuntenti u qalbiena.

Imma jinħtieġ però li tħejju ruħkom b’sens ta’ responsabiltà kbira u ta’ serjetà profonda u konvinta: serjetà fil-formazzjoni kulturali, b’mod partikolari filosofika, bibblika, tejoloġika, kif ukoll dik axxetika u dixxiplinari, b’mod li tikkonsagraw  ruħkom totalment u b’mod ferrieħ biss lil Ġesù u lill-erwieħ, waqt li tiftakru dak li kien kiteb diġa San  Ġwann Krisostmu: “Hemm bżonn li s-sbuħija tar-ruħ tas-saċerdot tiddi minn kull naħa, sabiex ikun jistà jferraħ u fl-istess ħin idawwal l-erwieħ ta’ dawk li jarawh” (S. Ġwann Krisostmu, De Sacerdotio, III,10), u mill-ġdid: “Naf il-kobor kollu tal-ministeru saċerdotali u d-diffikultajiet gravi relatati: ir-ruħ tas-saċerdot hija mħabbta minn mewġ iktar qawwijin minn dawk imqanqla fil-baħar mill-irjieħ” (Ivi,5).

Għeżież superjuri u studenti!

Fit-8 ta’ Diċembru 1942 Piju XII, ta’ tifkira meqjuma, b’sinjal ta’ mħabba u ta’ stima kien irregala lis-seminarju reġġjonali tagħkom pittura tas-seklu XIV, riprodotta fuq it-tila, li turi lill-Omm Alla, li intom b’mod ġust issejħu bit-titlu ta’ “Regina Apuliae”.

Lilha, lir-Reġina tagħkom jiena nafdakom u nirrakkomandakom: itolbuha kuljum, ħobbuha, afdaw fiha!

Waqt li nassikurakom tifkira kostanti fit-talb tiegħi, b’imħabba partikolari nagħtikom il-barka apostolika propizja li nestendi wkoll għall-familji kollha tagħkom.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti min Emanuel Zarb

%d bloggers like this: