Il-bażilka Nisranija ta’ Hagia Sophia ssir moskea

F’dan iż-żmien ta’ tant aħbarijiet, meta faċli li nisimgħu aħbar u ninsew ta’ qabilha, irridu nagħmlu distinzjoni bejn dak li hu frivolu u dak li jimmarka l-kultura tal-pajjiżi, u mhux biss fejn issir il-ġrajja.

unnamedAħbar li altru mhux frivola kienet dik tal-President tat-Turkija Tayyip Erdogan, li ħabbar id-deċiżjoni tiegħu biex il-bażilka ta’ Hagia Sophia, minn mużew terġa’ ssir moskea. Il-Hagia Sofia, isem li jfisser l-Għerf Qaddis’, hi binja li tinsab f’Istanbul, fuq ix-Xmara Bosforus, li jifred it-Turkija bejn il-Lvant u l-Punent. Il-Hagia Sophia hi  l-aktar famuża fost il-ħafna binjiet antiki u grandjużi ta’ Istanbul.

Għall-aħħar 77 sena, il-Hagia Sofia kienet mużew prestiġjuż. Qabel kienet ċentru reliġjuż għal Istanbul u għall-bqija tad-dinja, għal aktar minn 1,400 sena. Kienet inbniet bħala post sagru fis-sena 537 mill-Imperatur Bizantin Justinianu I, li riedha tkun ikbar minn kull binja oħra ta’ dak iż-żmien. L-Ottomani Torok bidluha għal moskea hekk kif rebħu Istanbul mill-Biżantini fl-1453.

Il-Hagia Sofia fiha hafna karatteristiċi interessanti. L-ikbar bieb fil-Hagia Sophia hu dak imsejjaħ il-‘Bieb tal-Imperatur’ li qabel kien jintuża biss mill-Imperaturi Bizantinu u mill-entourage taghhom. L-imperaturi Bizantini kienu jiġu nkurunati fil-Hagia Sofia.

Hemm storja li tgħid li l-bieb hu maghmul minn injam mill-arka ta’ Noe. Fuq il-bieb hemm il-mużajk glorjuż ta’ Kristu l-Pantocrator. Il-koppla tal-Hagia Sophia hi waħda mill-ikbar xogħol ta arkitettura u saret bil-ħsieb li tkun ikbar, ogħla u iktar prestiġjuża minn dawk ta’ Ruma.

Minn Joe Galea

 

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.