Vita Consacrata tal-Papa San Ġwanni Pawlu II


EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA POST-SINODALI

TAL-PAPA ĠWANN PAWLU II

DWAR IL-ĦAJJA KONSAGRATA U L-MISSJONI TAGĦHA FIL-KNISJA U FID-DINJA

LILL-ISQFIJIET, IL-KLERU, LILL-ORDNIJIET, LILL-KONGREGAZZJONIJIET RELIĠJUŻI, LIS-SOĊJETAJIET TA’ ĦAJJA APPOSTOLIKA, LILL-ISTITUTI SEKULARI U LILL-FIDILI KOLLHA

 

DAĦLA

 

  1. Il-ħajja konsagrata li għandha l-għeruq tagħha fl-eżempji u t-tagħlim ta’ Kristu l-Mulej, hi don ta’ Alla l-Missier lill-Knisja tiegħu, permezz tal-Ispirtu s-Santu; bil-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi, il-karatteristiċi proprji ta’ Kristu ____ il-verġnita, il-faqar, l-ubbidjenza____ jiksbu għal dejjem, b’mod singulari, sura ‘‘li tidher’’ fid-dinja, u fl-istess waqt iwasslu għall-fehma ta’ dak il-misteru tas-Saltna ta’ Alla li ġa qed jaħdem fid-dinja, iżda għadu jistenna li jilħaq il-milja tiegħu fis-sema.

Tul iż-żminijiet kien hemm irġiel u nisa, li huma u jobdu s-sejħa ta’ Alla u l-ispirazzjoni tal-ispirtu, għażlu din is-sura ta’ mixi speċjali wara Kristu, u kkonsagraw ruħhom lilu biex ikunu qaddisa f’ruħhom u ġisimhom (ara 1 Kor7,34). Huma ħallew kollox, l-istess bħall-Appostli, biex jibqgħu dejjem ma’ Kristu u jaqdu ’l Alla u lil aħwa bħalu. B’dan il–mod taw sehem mhux żgħir biex juru x’inhuma l-misteru u l-missjoni tal-Knisja, permezz tal-ħafna kariżmi ta’ ħajja spiritwali u appostolika imqassmin lilhom b’id miftuħa mill-Ispirtu s-Santu, u għalhekk kienu wkoll ta’ għajnuna għat-tiġdid ta’ soċjeta tal-bnedmin.

 

Radd ta’ ħajr għall-ħajja konsagrata

  1. Tant hi importanti il-ħajja konsagrata fil-Knisja, li deherli kien dmir tiegħi nsejjaħ Sinodu biex jistudja fil-fond it-tifsir tagħha, issa u għall-ġejjieni meta t-tielet elf sena hi hekk fil-qrib. Kienet xewqa tiegħi wkoll li għas-sinodu, flimkien mal-isqfijiet, ikun hemm ħafna irġiel u nisa konsagarati biex huma wkoll ikollhom sehem fid- deliberazzjonijiet ta’ bejniethom.

Ilkoll kemm aħna nafu sewwa x’ġid tagħti l-ħajja konsagrata bħala don lix-xirka tal-Knisja, minħabba l-varjeta kbira ta’ kariżmi u istituzzjonijiet. Inroddu ħajr lil Alla għall-Ordnijiet reliġjużi, għall-Istituti li jiddedikaw ruħhom għall-kontemplazzjoni jew għall-ħidmiet tal-appostolat, għas-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika, għall-Istituti sekulari u għall-gruppi oħra ta’ ħajja konsagrata u ukoll għal dawk l-individwi li fil-fond ta’ qalbhom b’mod speċjali jikkonsagraw ruħhom lil Alla.

Waqt is-Sinodu qisu messejna b’idejna kemm hi mxerrda mad-dinja l-ħajja konsagrata, li nsibuha fil-Knejjjes f’kull parti tad-dinja. Tagħti bidu għax-xandir tal-Evanġelju f’kull naħa tad-dinja u tissieħeb mat-tħabbira tiegħu kull fejn mhux biss jiġu milqugħin b’radd il-ħajr l-Istituti ta’ ħajja konsagrata li jiġu minn fost ġnus barranin, imma kull fejn ukoll jitwaqqfu Istituti ġodda ta’ ħafna suriet u espressjonijiet.

Għalhekk, għalkemm f’xi partijiet tad-dinja l-Istituti ta’ ħajja konsagrata jidhru li għaddejjin minn żminijiet aktar diffiċli, f’postijiet oħra qed jiġu ’l quddiem b’qawwa liema bħalha u hekk qed juru li l-għoti sħiħ lil Alla fi Kristu bl-ebda mod ma jmur kontra kull kultura u ġrajja tal-popli. Il-ħajja konsagrata ma tiffjorixxix biss fil-Knisja Kattolika; b’mod partikulari għandha qawwa kbira fil-monastiċiżmu tal-Knejjes Orjentali, fejn hi meqjusa bħala aspett essenzjali tal-ħajja tagħhom. Qed tibda wkoll tieħu ħajja mill-ġdid fil-komunitajiet ekklesjali li ħarġu mir-Riforma, bħala sinjal ta’ grazzja li minnha għandhom sehem id-dixxipli kollha ta’ Kristu. Minn dawn il-fatti toħroġ il-ħeġġa għall-ekumeniżmu li juri xewqa kbira għal xirka aktar sħiħa bejn l-insara ‘‘biex id-dinja temmen’’ (Ġw 17, 21).

 

Il-ħajja konsagrata hija don mogħti lill-Knisja.

  1. Il-preżenza tal-ħajja konsagrata fid-dinja kollha u x-xhieda evanġelika tagħha juru b’mod ċar ____ jekk dan hu tassew meħtieġ____ li mhijiex xi ħaġa maqtugħa għal kollox mid-dinja u bl-ebda rabta magħha, imma hi ħaġa li tolqot sewwa l-Knisja kollha. Dan wettquh kemm-il darba l-isqfijiet tas-Sinodu meta qalu: de re nostra agitur ___ “ hi ħaġa li tolqotna lkoll.”1 ___ Fil-fatt il-ħajja konsagrata tinsab fil-qalba tal-Knisja bħala element mill-aktar importanti tal-missjoni tagħha, għaliex “tfisser in-natura intima tal-vokazzjoni nisranija”, 2 kif ukoll il-ħerqa tal-Knisja kollha bħala għarusa għall-għaqda ma’ l-Għarus waħdieni tagħha. 3 Mhux darba ntqal fis-Sinodu li l-ħajja konsagrata kienet ta’ għajnuna li wettqet il-Knisja fl-imgħoddi, iżda hi wkoll meħtieġa u hi don ta’ siwi kbir għaż-żmien ta’ issa u għall-ġejjieni tal-poplu ta’ Alla, għaliex hi parti intima mill-ħajja, mill-qdusija u mill-ħidma tal-Knisja.4

Id-diffikultajiet tal-lum, li xi Istituti qed ikollhom f’xi partijiet tad-dinja, bl-ebda mod ma għandhom iġiegħluna niddubitaw li l-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi mhijiex parti integranti tal-ħajja tal-Knisja, u minnhom tieħu qawwa tassew tal-għaġeb biex turi dejjem aktar fedelta` lejn l-Evanġelju.5 Matul il-ġrajja tad-dinja, jista’ jiġri li l-ħajja konsagrata jkollha ħafna suriet diversi, iżda ebda tibdil ma hu se jolqot dak li hu essenzjali fiha, jiġifieri l-offerta radikali tiegħek innifsek għall-imħabba ta’ Kristu l-Mulej u, fi Kristu, għall-imħabba ta’ kull wieħed u waħda mill-ġens kollu tal-bnedmin. Din iċ-ċertezza, li tul tant mijiet ta’ snin qanqlet għadd bla qies ta’ nies, illum ukoll qed tiżgura l-poplu nisrani, għax jaf li jista’ jkollu għajnuna liema bħala fil-mixi tiegħu lejn is-sema mill-qlub ġenerużi ta’ dawk kollha li jgħixu ħajja konsagrata.

 

Niġbru l-frott tas-Sinodu

4 Bi tweġiba għax-xewqa ta’ l-Assemblea Ġenerali ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet li ltaqgħet biex tistudja “Il-Ħajja Konsagrata u l-Missjoni tagħha fil-Knisja u fid-Dinja”, b’din l-Eżortazzjoni Appostolika għandi l-ħsieb nuri xi frott ħareġ mill-ħidma tas-Sinodu6 lill-insara kollha __ isqfijiet u presbiteri, djakni, persuni konsagrati u lajċi __ u lil dawk kollha wkoll li jridu jkunu jafu bl-għeġubijiet kbar li llum ukoll il-Mulej irid jagħmel permezz tal-ħajja konsagrata.

Dan is-Sinodu, li ġie wara s-Sinodu dwar il-lajċi u s-Sinodu dwar il-presbiteri, irid iġib għat-tmiem l-istudju li sar dwar in-natura proprja ta’ kull stat ta’ ħajja li l-Mulej Ġesuˋ ried jagħti lill-Knisja tiegħu. Jekk il-Konċilju Vatikan II għolla sewwa l-verità kbira tax-xirka tal-Knisja, li fiha jingħaqdu d-doni kollha meħtieġa għall-Ġisem ta’ Kristu u għas-sħuħija tal-missjoni tal-Knisja fid-dinja, f’dawn l-aħħar snin ingħarfet aħjar il-ħtieġa li tintwera b’mod aktar ċar l-identitaˋ partikulari, il-vokazzjoni u l-missjoni proprja fil-Knisja ta’ kull stat ta’ ħajja.

Dan għaliex fix-xirka tal-Knisja mhux kollox l-istess, imma d-don tal-Ispirtu jinxtered ukoll permezz ta’ ħafna kariżmi u stati ta’ ħajja. Dawn il-kariżmi u stati ta’ ħajja jkunu jiswew il-Knisja u lill-missjoni tagħha, daqskemm tingħaraf sewwa l-identita proprja tagħhom. Dan għaliex kull don tal-Ispirtu jingħata biex jagħti frott lill-Mulej 7 bit-tkattir tal-fraternità u tal-missjoni.

 

Il-ħidma tal-Ispirtu fil-ħafna suriet tal-ħajja konsagrata

  1. Kif ma nroddux ħajr lill-Ispirtu aħna u niftakru u fl-għadd kbir ta’ suriet ta’ ħajja konsagrata li dehru tul iż-żminijiet, li hu qanqal u li għadhom jinsabu sal-lum fil-bini tal-Knisja? Qishom siġra b’ħafna u ħafna friegħi8 li għandha l-għeruq tagħha fl-Evanġelju u li tagħti kotra ta’ frott f’kull żmien. X’għana tal-għaġeb! Fl-għeluq tas-Sinodu jien stess ħassejt li kelli nfaħħar fuq li nfaħħar dan l-element li qatt ma ġie nieqes fl-istorja tal-Knisja: l-għadd ta’ fundaturi u fundatriċi, u l-qaddisin irġiel u nisa li għażlu ‘l Kristu billi ħaddnu l-Evanġelju b’mod radikali u qdew lil ħuthom, l-aktar il-foqra u l-abbandunati 9 . Dan il-qadi juri b’mod tassew tal-għaġeb kif il-ħajja konsagrata turi l-karattru waħdieni tal-kmandament tal-imħabba, fir-rabta li qatt ma tiġi nieqsa bejn l-imħabba għal Alla u l-imħabba għall-proxxmu.

Is-sinodu fakkar il-ħidma li ma tieqaf qatt tal-Ispirtu s-Santu li tul il-mijiet tas-snin joħroġ it-teżori tal-ħarsien tal-kunsilli evanġeliċi b’għadd bla qies ta’ kariżmi; b’dan il-mod dejjem jagħmel preżenti fil-Knisja u fid-dinja, f’kull żmien u f’kullimkien, il-misteru ta’Kristu.

 

Il-ħajja monastika fil-lvant u fil-punent

  1. L-Isqfijiet Kattoliċi Orjentali li ħadu sehem fis-Sinodu u d-delegati tal-Knejjes Orjentali l-oħra urew ċar il-valuri evanġeliċi gtal-ħajja monastika10 li dehret sa mill-ewwel żminijiet tal-kristjaneżmu u għadha tiffjorixxi llum ukoll l-aktar fil-Knejjes ortodossi.

Sa mill-ewwel żminijiet tal-Knisja ma naqsux irġiel u nisa li għarfu li kienu msejħin biex ikunu jixbhu lill-Verb magħmul bniedem fil-qagħda tiegħu ta’ qaddej u mxew warajh billi, permezz tal-professjoni reliġjuża, ħaddnu prinċipalment u b’mod radikali dak li jintalab mit-tisħib, permezz tal-Magħmudija, fil-misteru tal-Għid _____ tal- mewt u tal-qawmien għall-ħajja tal-Mulej. B’dan il-mod irġiel u nisa tassew spiritwali riedu jerfgħu s-salib, saru stauruphoroi, u ħabirku biex ikunu mimlijin bl-Ispirtu, pneumaphoroi, u minn triqat misterjużi, bit-tifħir u t-talb bla heda, bit-twissijiet spiritwali u l-għemejjel tal-imħabba tagħhom, setgħu jagħtu kotra ta’ għana lill-istorja.

Bix-xewqa kbira li jbiddlu d-dinja u l-istess ħajja fl-istennija tad-dehra ta’ wiċċ Alla għal dejjem ta’ dejjem, il-monakiżmu tal-Lvant jagħti importanza kbira lill-konverżjoni, liċ-ċaħda tiegħek innifsek, lis-sobgħa minn qiegħ il-qalb, lill-hesychia jew l-hena fir-ruħ, lit-talb ma jaqta’ qatt, lis-sawm u sahriet, lit-taqbida spiritwali u skiet, lill-ferħ tal-Għid quddiem il-Mulej u l-mistennija għat-tieni miġja tiegħu, lill-offerta tiegħek innifsek u kulma għandek, f’ħajja f’xirka qaddisa f’monasteru jew f’ħajja ta’ solitudni f’eremitaġġ.11

Fil-punent ukoll il-Knisja għexet il-ħajja monastika fl-ewwel mijiet ta’ snin, u kienet ta’ ħafna suriet, kemm ta’ sura ċenobitika u kemm ta’ sura eremitika. Fis-sura tal-lum, ispirata l-aktar minn San Benedittu, il-monakiżmu tal-punent kiseb il-wirt ta’ tant u tant irġiel u nisa, li ħallew fil-ġenb id-dinja u fittxew lil Alla u kkonsagraw ruħhom lilu għax “xejn ma qiesu aqwa mill-imħabba ta’ Kristu”.12 Illum ukoll l-irħieb ifittxu joħolqu armonija u qbil bejn il-ħajja tar-ruħ u l-ħidma fl-impenn evanġeliku tagħhom għall-konverżjoni, għall-ubbidjenza u għall-istabilita, fil-fehma li ma jonqsux mill- meditazzjoni tal-Kelma t’Alla (Lectio Divina), fiċ-ċelebrazzjoni tal-liturġija u fit-talb. Kien hemm fl-imgħoddi, u għad hemm illum, f’nofs il-Knisja u fid-dinja, sinjali ta’ xirka li jfissru ħafna: huma l-ħafna postijiet li jilqgħu fi ħdanhom lil min qed ifittex lil Alla u l-veritajiet tal-ispirtu, skejjel ta’ fidi u veri postijiet ta’ studju, ta’ djalogu u ta’ kultura għall-bini tal-ħajja ekklesjali u tal-istess belt tad-dinja sa ma tidher il-belt tas-sema.

 

L-Ordni tal-verġni, tal-eremiti, tar-romol

  1. Hu ferħ u tama għalija nara jiffjorixximill-ġdid illum l-Ordni antik tal-Verġni li tiegħu huma xhieda l-komunitajiet insara sa minn żmien l-Appostli.13 Dawn il-verġni kkonsagrati mill-Isqof tad-djoċesi, jiksbu rabta partikulari mal-Knisja billi jimpenjaw ruħhom fil-ministeru tagħha waqt li jibqgħu fid-dinja. Dawn il-verġni, kull waħda għal rasha jew flimkien ma’ oħrajn, juru xbieha eskatoloġika singulari tal-Għarus tas-sema u tal-ħajja li għad trid tiġi, meta l-Knisja fl-aħħar tibda tgħix fil-milja kollha tagħha l-imħabba tagħha għal Kristu, l-Għarus tagħha.

L-eremiti, irġiel u nisa, membri ta’ Ordnijiet reliġjużi antiki jew ta’ Istituti ġodda, jew ukoll dipendenti direttament mill-Isqof tagħhom, bil-firda tagħhom mid-dinja bir-ruħ u bil-ġisem, huma xhieda li s-sura ta’ dan iż-żmien mhijiex għal dejjem, u bis-sawm u l-penitenzi tagħhom jistqarru li mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem imma bil-Kelma ta’ Alla (ara Mt4,4). Din is-sura ta’ ħajja “fid-deżert” hija stedina lin-nies ta’ żmienhom u lill-istess komunità ekklesjali, biex ma jwarrbux minn quddiemhom l-ogħla vokazzjoni li hi dik li nkunu dejjem mal-Mulej.

F’ dawn l-aħħar żminijiet reġgħet daħlet il-konsagrazzjoni tar-romol nisa 14, li kien hemm fil-Knisja sa minn żmien l-Appostli (ara 1 Tim 5,5, 9-10; 1 Kor 7,8) u tar-romol irġiel. Permezz tal-voti tal-kastità perpetwa bħala sinjal tas-saltna ta’ Alla, dawn jikkonsagraw il-qagħda tagħhom biex jiddedikaw ruħhom għat-talb u l-qadi tal-Knisja.

 

Istituti dedikati kollhom kemm huma għall-kontemplazzjoni

  1. Istituti dedikati kollhom kemm huma għall-kontemplazzjoni, b’iirġiel jew nisa bħala membri tagħhom, huma ta’ ferħ kbir għall-Knisja u għajn ta’ grazzji mis-sema. Ir-reliġjużi membri ta’ dawn l-istituti, bil-ħajja u l-ħidma tagħhom, huma xebh ma’ Kristu jitlob fuq l-għoljiet, jagħtu xhieda tal-ħakma ta’ Alla fuq il-ġrajja tal-bniedem, u jħabbru minn qabel il-glorja li għad trid tiġi.

Fis-solitudni u s-skiet, permezz tas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, taċ-ċelebrazjoni tal-kult divin, bl-axxetiżmu tagħhom, bit-talb, bit-tgħakkis tagħhom, u bix-xirka fl-mħabba għall-aħwa, huma jimlew ħajjithom u ħidmiethom kollha bil-kontemplazzjoni ta’Alla. B’hekk jagħtu xhieda liema bħalha lill-komunità ekklesjali tal-imħabba tal-Knisja u jgħinu fit-tkattir tal-poplu ta’Alla bil-frott tal-ħidma appostolika moħbija tagħhom 15 .

Jixraq għalhekk nittamaw li ħafna suriet ta’ ħajja kontemplattiva jiżdiedu fil-għadd u jixxerdu fil-Knejjes ġodda u hekk ikunu tħabbira li l-Evanġelju daħal ukoll b’mod speċjali f’dawk in-naħiet tad-dinja fejn huma aktar imxerrda reliġjonijiet oħra. B’hekk tingħata xhieda għall-qawwa u l-vitalità tat-tradizzjonijiet insara tal-axxetiżmu u tal-mistiċiżmu u dan ikun ta’ għajnuna wkoll għad-djalogu bejn ir-reliġjonijiet 16.

 

 

Il-ħajja reliġjuża appostolika

  1. Fil-punent tul iż-żminijiet nibtu ħafna istituzzjonijiet oħrajn ta’ ħajja reliġjuża li fihom għadd bla qjies ta’ persuni ċaħdu d-dinja, u ngħataw lil Alla permezz ta’ professjoni pubblika tal-kunsillli evanġeliċi, skont kariżma speċifika u f’sura ta’ ħajja komunitarja stabbli,17 biex jaqdu ħafna suriet ta’ ministeru appostoliku favur il-poplu ta’ Alla. Dawn huma l-ħafna familji ta’ Kanonċi regulari, ta’ Ordnijiet mendikanti, ta’ Kjeriċi regulari, u b’mod ġenerali ta’ rġiel jew nisa dedikati għall-ħidma appostolika u missjunarja u ta’ ħafna suriet oħra ta’ ħidma li tqajjem l-imħabba nisranija.

Din il-varjeta ta’ xhieda tassew tal-għaġeb, li fiha, qisu f’mera, jidhru l-ħafna doni mogħtijin minn Alla lill-fundaturi u lill-fundatriċi, li bi spirtu ta’ ubbidjenza għall-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, għarfu jifhmu s-sinjali taż-żminijiet u b’fehma mdawla wieġbu għall-ħtiġijiet li kienu jinqalgħu. Ħafna oħrajn imxew fuq il-passi tagħhom u bil-kliem u bl-għemil ħabirku biex ilibbsu ħajjithom bl-Evanġelju, biex kull wieħed fi żmienu iwassal il-preżenza ħajja ta’ Kristu, Mibgħut u Konsagrat mill-Missier. Għalhekk jeħtieġ li r-reliġjużi, irġiel u nisa, issa ukoll jidhru bħala xbihat ta’ Kristu l-Mulej, u bit-talb tagħhom ifittxu li jiksbu għaqda sħiħa fil-ħsieb miegħu (ara Fil 2,5-11), biex hekk ħajjithom kollha tkun mimlija bi spirtu appostoliku u kull ħidma appostolika tagħhom tkun imwettqa bil-kontemplazzjoni.18.

 

L-Istituti sekulari

  1. L-Ispirtu s-Santu, li b’mod tal-għaġeb joħloq varjeta ta’ doni u kariżmi, fi żmienna ukoll qanqal suriet ġodda ta’ ħajja konsagrata, qishom tweġiba provvidenzjali għall-ħtiġijiet ġodda li għandha quddiemha l-Knisja, hija u taqdi l-ministeru tagħha fost il-bnedmin.

Ħsiebi l-ewwel imur fl-Istituti sekulari fejn il-membri jfittxu li jtemmu l-konsagrazzjoni tagħhom lil Alla huma u jgħixu fid-dinja permezz tal-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi fil-ħajja tagħhom fid-dinja biex ikunu ħmira ta’ għerf u xhieda ta’ grazzja fi ħdan il-ħajja kulturali, politika u ekonomika tad-dinja. Bir-rabta proprja tagħhom tal-qagħda fid-dinja mal-konsagrazzjoni reliġjuża tagħhom, huma u jfittxu jdaħħlu fis-soċjeta l-qawwa ġdida tas-Saltna ta’ Kristu, bil-ħsieb li jbiddlu minn ġewwa d-dinja bil-qawwa tal-Beatitudnijiet. B’dan il-mod, waqt li huma kollhom kemm huma ta’ Alla għax impenjati kollhom kemm huma fil-qadi ta’Alla, il-ħidma tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum fid-dinja, bil-qawwa tal-Ispirtu, titfa’ d-dawl tal-Evanġelju fuq ir-realtajiet tad-dinja. B’hekk l-Istituti sekulari jgħinu biex, kull Istitut skont il-kariżma proprju tiegħu, jiżgura l-preżenża effettiva tal-Knisja fis-soċjetà tal-lum.19.

Jagħmlu ħidma tassew importanti l-Istituti sekulari klerikali li fihom is-saċerdoti waqt li huma parti mill-presbiterju tad-djoċesi, ukoll jekk xi wħud minnhom huma nkardinati fl-Istitut tagħhom, jikkonsagraw ruħhom lil Kristu bil-ħarsien tal-kunsilli evanġeliċi skont il-kariżma proprju tagħhom. Dawn is-saċerdoti fl-għana spiritwali tal-Istitut proprju tagħhom isibu għajnuna kbira ħa jgħixu b’ħeġġa akbar l-ispiritwalità proprja tas-saċerdot u hekk ikunu bħall-ħmira ta’ xirka u ta’ ġenerożita apppostolika fost sħabhom is-saċerdoti l-oħra.

 

 

Is-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika

  1. Ta’ min ifakkar ukoll b’mod speċjali s-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika jew komunitarja, ta’ rġiel u nisa; kull soċjetà, bil-mod proprju tagħha, tfittex taqdi l-għan appostoliku jew missjunarju speċifiku tagħha. F’ħafna minn dawn is-soċjetajiet il-membri jintrabtu espressament li jħarsu l-kunsilli evanġeliċi u din ir-rabta qaddisa tagħhom hi magħrufa mill-Knisja. Iżda hawn ukoll il-karattru speċifiku tal-konsagrazzjoni tagħhom tagħżilhom mill-Istituti reliġjużi u mill-Istituti sekulari.

Irid ikun żgurat u jrid jiġi ’l quddiem il-karattru ta’ din is-sura ta’ ħajja li f’dawn l-aħħar mijiet ta’ snin tat tant u tant frott ta’ qdusija u appostolat speċjalment fil-qasam tal-imħabba u fix-xandir tal-Evanġelju.20

 

Suriet ġodda ta’ ħajja konsagrata

  1. Illum ukoll qed tkompli turi ruħha ż-żogħżija ta’ dejjem tal-Knisja: f’dawn l-aħħar għaxriet ta’ snin, wara l-Konċilju Vatikan II, dehru suriet ġodda jew imġedda tal-istess ħajja konsagrata. Spiss huma istituti bħal dawk li ġa jeżistu, iżda riduhom fehmiet spiritwaliu appostoliċi ġodda. Jeħtieġ li l-Knisja, bl-awtorità tagħha, tistħarreġ sewwa l-qawwa u l-vitalità tagħhom biex tqis r-raġunijiet li għalihom qed jitwaqqfu, u wkoll biex jiġi evitat li jkun hemm ħafna Istituti l-istess, minħabba l-periklu ta’ xi ħsara kbira li tista’ tiġi meta xi sura ta’ Istitut tinqasam f’għadd kbir ta’ gruppi żgħar ħafna. Ħaġ’oħra huma esperjenzi ġodda ta’ dawk li qed ifittxu l-identità tagħhom fi ħdan il-Knisja u qed jistennew għarfien uffiċjali mis-Sede Appostolika, għax fl-aħħar mill-aħħar hi biss dik li għandha dritt tiġġudika dwar dan.21.

Dawn is-suriet ġodda ta’ ħajja konsagrata, li qed jiżdiedu mas-suriet tal-imgħoddi, huma xhieda ta’ dik il-ġibda li għandhom dejjem l-għoti sħiħ lil Alla. L-ideal ta’ ħajja appostolikau l-kariżmi tal-fundazzjoni, ġibda li mhijiex nieqsa lanqas fi żminijietna; dawn is-suriet ġodda juru wkoll li d-doni tal-Ispirtu s-Santu huma kollha komplementari ta’ xulxin.

Iżda f’dan it-tiġdid l-Ispirtu s-Santu ma jmurx kontra tiegħu nnifsu. Dan jidher ċar mill-fatt li s-suriet ġodda ta’ ħajja konsagrata mhux qed iwarrbu lil dawk ta’ qabel. Fost din il-varjetà kollha, baqgħet imħarsa unità fondamentali għax waħda hi s-sejħa ta’ min irid ifittex l-imħabba perfetta fil-mixi wara Kristu, safi, fqir u ubbidjenti. Din is-sejħa li tinsab ukoll f’dawk is-suriet li qed juru ruħhom bħala ġodda.

 

L-għan ta’ din l-Eżortazzjoni appostolika

  1. Jiena u niġbor il-frott kollu li ħareġ mill-ħidma tas-Sinodu, b’din l-Eżortazzjoni appostolika rrid inkellem mhux biss lill-persuni konsagrati, imma lill-Isqfijiet u lill-fidili, biex noffrilhom il-frott tat-tibdil ta’ fehmiet li seħħ tul is-Sinodu, tibdil li kien tassew iqanqal il-ħsibijiet, fuq dan it-tibdil ta’ fehmiet qatt ma naqas il-ħarsien tal-Ispirtu s-Santu bid-doni tiegħu ta’ verità u mħabba.

F’dawn is-snin ta’ tiġdid, il-ħajja konsagrata, l-istess bħal suriet oħra ta’ ħajja fil-Knisja, għaddiet minn żminijiet diffiċli u iebsin. Dan iż-żmien ukoll kien mimli tamiet, tħabrik u tiġdid bil-ħsieb li tissaħħaħ il-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi. Iżda dan iż-żmien lanqas kien nieqes minn tensjonijiet u taħbit. Żmien li fih it-tħabrik li sar mhux dejjem irnexxa. Iżda dawn id-diffikultajiet m’għandhomx iwasluna biex naqtgħu qalbna. Għall-kuntrarju jeħtieġ nimpenjaw ruħna b’ħeġġa akbar, għax il-Knisja teħtieġ għajnuna spiritwali u appostolika għat-tiġdid ta’ ħajja reliġjuża. Għalhekk irrid f’din l-Eżortazzjoni post-sinodali nagħmel appell lill-komunitajiet reliġjużi u lill-istess persuni konsagrati bl-istess ħeġġa li biha intbagħtet l-Ittra tal-Konċilju ta’ Ġerusalemm lill-insara ta’ Antjokja, waqt li nittama li din l-Eżortazzjoni tiegħi ssib l-istess tweġiba: “qrawha u ferħu bil-faraġ li tathom” (Atti 15,31). U mhux dan biss: nittama wkoll li jista’ jitkattar il-ferħ tal-poplu ta’ Alla, li, huwa u jagħraf aħjar x’inhi l-ħajja konsagrata, ikun jista’ jrodd ħajr lil Alla għal dan id-don kbir b’fehma aktar ċara.

Jien u niftaħ qalbi għall-membri kollha tas-Sinodu, ridt inqis sewwa l-fehmiet sbieħ li ħarġu tul id-diskussjonijiet fis-Sinodu, fejn fittixt li nkun dejjem preżenti. Fl-istess żmien fittixt li nagħti lill-Poplu kollu ta’Alla ftit katekeżi sistematika dwar il-ħajja konsagrata fil-Knisja. F’din il-katekeżi fakkart it-tagħlim li ġa jinsab fid-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II, li dawwlu d-diskussjonijiet dottrinali u l-ħsibijiet tas-Sinodu huwa u qed isir 22.

Waqt li nixtieq li wlied il-Knisja kollha, u speċjalment il-persuni konsagrati jilqgħu b’imħabba din l-Eżortazzjoni, nittama li tkompli sejra r-riflessjoni biex jingħaraf aktar fil-fond id-don kbir tal-ħajja konsagrata fit-tliet aspetti tiegħu ta’ konsagrazzjoni, xirka u missjoni, u biex il-persuni konsagrati marbutin b’rabta liema bħalha mal-Knisja u mal-Maġisteru tagħha, ikollhom mezzi oħra li jħeġġuhom ħalli b’mod spiritwali u appostoliku jeħduha kontra l-isfidi ġodda ta’ żminijietna.

 

 

 

 

KAPITLU I

 

CONFESSIO TRINITATIS

 

IL-BIDU TAL-ĦAJJA KONSAGRATA

FIL-MISTERU TA’ KRISTU U TAT-TRINITÀ QADDISA

 

Xbihat ta’ Kristu trasfigurat

  1. Irridu nfittxu l-pedament evanġeliku tal-ħajja konsagrata fir-relazzjoni li Kristu kellu ma xi dixxipli tiegħu, li mhux biss ħeġġiġhom biex jilqgħu f’ħajjithom is-Saltna ta’ Alla, imma wkoll biex jiddedikaw ħajjithom kollha għall-qadi tal-Evanġelju, u jħallu kollox biex ikollhom xebh sħiħ mal-istess ħajja tiegħu.

Din il-ħajja “f’xebh ma’ Kristu” li għaliha ġew mistiedna tul iż-żminijiet tant u tant imgħammdin, tista sseħħ biss minn sejħa speċjali b’don partikulari tal-Ispirtu. Dan għaliex f’ħajja bħal din, il-konsagrazzjoni li sseħħ fil-Magħmudija titwassal biex tingħata tweġiba lis-sejħa għall-mixi wara Kristu, bl-aċċettazzjoni tar-rabta tal-kunsilli evanġeliċi: l-ewwel fost dawn il-kunsilli hi l-kastità f’ġieħ is-Saltna tas-Smewwiet23. Din il-mixja waħdanija wara Kristu fil-bidu tagħha dejjem turi l-inizjattiva tal-Missier, u għalhekk għandha min-natura tagħha stess karattru kristoloġiku u pnewmatologiku, u turi b’mod l-aktar ħaj il-karattru trinitarju tal-ħajja nisranija, u b’xi mod tħabbar minn qabel it-tmiem eskatoloġiku li lejh hi miexja l-knisja 24.

Fl-Evanġelju nsibu ħafna kliem u għemil ta’ Kristu li juru t-tifsir ta’ din il-vokazzjoni speċjali. Iżda biex naraw f’dehra waħda l-karattri proprji ta’ din il-vokazzjoni, jiswa ħafna jekk inħarsu lejn il-wiċċ jiddi ta’ Kristu waqt il-misteru tat-Trasfigurazzjoni tiegħu. It-tradizzjoni spiritwali kollha tal-imgħodddi tħares lejn din l-“ikona”, kull darba li torbot il-ħajja kontemplattivamat-talb ta’ Kristu “fuq il-muntanja”25. Għal din l-“ikona” b’xi mod jista’ jitwassal ukoll l-aspett attiv tal-ħajja konsagrata, għaliex it-Trasfigurazzjoni mhijiex biss ir-rivelazzjoni tal-glorja ta’ Kristu, imma hi wkoll tħejjija għall-aċċettazzjoni tas-salib. Fil-misteru tat-Trasfigurazzjoni hemm “it-tlugħ fuq il-muntanja” u “l-inżul mill-muntanja”; id-dixxipli li gawdew din il-familjarità mal-Imgħallem, imdawlin għal ftit mumentimid0dija tat-Trinità u mix-xirka tal-qaddisin, qishom merfugħin ’il fuq lejn ix-xefaq tal-eternità minnufih isibu ruħhomfil-ħajja ta’ kuljum, fejn ma jarawx ħlief ’il “Kristu waħdu”, fiċ-ċokon tan-natura tiegħu ta’ bniedem bħalna, u jiġu mistiedna biex jinżlu ’l isfel ħalli miegħu jagħmlu l-ħidma mitluba mill-pjan ta’ Alla, u b’rieda sħiħa jaqbdu t-triq tas-salib.

 

“…… tbiddel quddiemhom……

  1. Sitt ijiem wara Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, waħedhom, tellagħhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu.

Qabeż Pietru u qal lil Ġesù:

“Mule,j kemm hu sew li aħna hawn! Jekk trid, intella’ hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija”.

Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid:

“Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; lilu isimgħu”.

Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin bil-biża’.

Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom…. “Qumu, la tibżgħux”.

Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu. Huma u niżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: “ Tgħidu lil ħadd b’din id-dehra sa ma Bin il-Bniedem ikun qam mill-imwiet.” (Mt 17,1-9).

Il-fatt tat-Trasfigurazzjoni juri mument deċisiv fil-ministeru ta’ Kristu. Hu fatt ta’ rivelazzjoni li saħħaħ qalb id-dixxipli u ħejjijhom għat-traġedja tas-salib u ġarrbu minn qabel il-glorja tal-qawmien mill-imwiet. Il-Knisja bla heda tgħix dan il-misteru bħala poplu miexi lejn il-laqgħa eskatoloġika mal-Mulej. Bħat-tliet Appostli magħżulin, il-Knisja tikkontempla wiċċ Kristu trasfigurat biex titwettaq fil-fidi u tbiegħed minnha l-periklu li titħawwad quddiem wiċċ Kristu sfigurat fuq is-salib. Kemm fil-mument tat-Trasfigurazzjoni u kemm ħdejn is-salib, l-Għarusa hi wieqfa ħdejn l-Għarus tagħha , imsieħba fil-misterutiegħu u mdawla bid-dija tiegħu. Minn dan id-dawl jieħdu l-ulied kollha tal-Knisja, għax ilkoll imsejħin l-istess biex jimxu wara Kristu, ħalli fih iqegħdu t-tifsir l-aktar għoli ta’ ħajjithom, u jkunu jistgħu jgħidu mal-Appostlu: “Għalija l-ħajja hi Kristu” (Fil 1,21). Iżda dawk li jissejħu għall-ħajja konsagrata żgur iħossu b’mod speċjali d-dawl li joħroġ mill-Verb magħmul bniedem. Dan għaliex il-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi tagħmilhom sinjal u tħabbira għall-komunita tal-aħwa u għad-dinja. Ma jistax ikun għalhekk li fihom ma tidhirx sura tax-xbieha li qal San Pietru kollu mitluf minn sensih: “Kemm hu sew li aħna hawn!”(Mt 17,4). Dawn il-kelmiet juru l-orjentament kristoċentriku tal-ħajja nisranija kollha. U b’qawwa ta’ kliem ukoll ifissru l-karattru radikali tat-tweġiba ħerqana tal-vokazzjoni għall-ħajja konsagrata: “Kemm hi ħaġa sabiħa li nkunu miegħek; niddedikaw ruħna għalik; u mmexxu l-ħajja kollha tagħna fik”. Fil-fatt kull min jirċievi dan id-don tax-xirka fl-imħabba ma’ Kristu, iħoss li hu maħtuf mid-dija tiegħu: għax hu “l-isbaħ fost ulied il-bnedmin”. (Salm 45/44 ,3). Ma hemmx ieħor bħalu.

 

“Dan hu Ibni l-għażiż: isimgħu lilu”

  1. L-istedina tal-Missier lit-tliet dixxipli mitlufin f’estasi hi li jisimgħu ’l Kristu u jqegħdu l-fiduċja kollha tagħhom fih u jagħmluh iċ-ċentru ta’ ħajjithom kollha. Il-leħen li ġie mis-sema jagħti tifsir għoli ieħor lill-istedina li għamel Ġesù fil-bidu tal-ħajja pubblika tiegħu meta lid-dixxipli tiegħu sejħilhom biex imorru warajh u jħallu għal kollox fil-ġenb ix-xogħol tagħhom ta’ kuljum, ħa jkollhom relazzjoni speċjali miegħu. Minn din il-grazzja tassew singulari ta’ familjarità intima mal-Mulej, l-għoti sħiħ bil-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi jsir mhux biss possibbli imma wkoll meħtieġ. Dan l-għoti qabel ma hu, u aktar milli hu, ċaħda, hu aċċettazzjoni speċjali ta’ Kristu li sseħħ fi ħdan il-Knisja.

Fl-għaqda tal-ħajja nisranija, il-ħafna vokazzjonijiet huma qishom raġġi tad-dawl waħdieni ta’ Kristu “li jiddi f’wiċċ il-Knisja”26. Il-lajċi, skont in-natura tal-vokazzjoni tagħhom fid-dinja, iwasslu l-misteru tal-Verb magħmul bniedem bħala l-Alpha u l-Omega , il-bidu u t-Tmiem tal-ħolqien kollu, pedament u qjies tal-valuri tal-ħlejjaq kollha. Il-ministri sagri, min-naħa tagħhom, huma xebh ħaj ma’ Kristu r-Ras u r-Ragħaj li jmexxi l-poplu tiegħu f’dan iż-żmien “li hu issa iżda għad ma wasalx għal kollox”, huma u jistennew it-tieni miġja tiegħu fil-glorja. Hu fdat lill-ħajja konsagrata d-dmir li turi l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem bħala l-għan eskatoloġiku li kulħadd hu fid-dmir li jilħaq, għan li d-dija tiegħu titfi d-dwal l-oħra kollha, ġmiel bla qies li waħdu biss jista’ jtemm ix-xewqat kollha tal-qalb tal-bniedem. Il-ħajja konsagrata għalhekk ma titlobx biss li wieħed jimxi wara Kristu b’qalbu kollha, u li jħobbu “aktar minn missieru u ommu, minn ibnu u bintu.” (ara Mt 10,37). __ dan hu mistenni minn kull dixxiplu __ iżda titlob li wieħed jgħixha b’mod li juri li l-eżistenza kollha tiegħu hi kollha kemm hi skont Kristu, b’impenn sħiħ li jħabbar minn qabel il-perfezzjoni eskatoloġika sa fejn jista’, skont iż-żmien li jkun u jippermettu l-kariżmi.

Bil-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi persuna konsagrata mhux biss tieħu minn Kristu t-tifsir proprju tagħha. Imma wkoll trid tfittex, sa fejn jista’ jkun, li turi “dik is-sura ta’ ħajja li l-Iben ta’ Alla aċċetta meta daħal fid-dinja. 27. Persuna konsagrata hi u tħaddan il-verġnita tagħmel tagħha l-imħabba verġinali ta’ Kristu li l-bnedmin jistqarru bħall-Iben waħdieni ta’ natura waħda mal-Missier (ara ĠW 10, 7,10).; hija u tissagrifika l-libertà tagħha, taċċetta l-misteru tal-ubbidjenza tal-Iben hija u tistqarr li hi maħbuba u tħobb b’imħabba bla qjies, u li l-hena tagħha hi biss ir-rieda tal-Missier (ara Ġw 4, 14), li miegħu hi marbuta b’rabta perfetta u li minnu kollox jiddependi.

Il-ħajja konsagrata, permezz ta’ dan ix-“xebh” sħiħ ma’ Kristu, b’mod speċjali twassal għall-istqarrija tat-Trinità (confessio Trinitatis) li timmarka l-ħajja nisranija kollha hija u tagħraf il-ġmiel għoli ta’Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu u bil-ferħ tagħti xhieda tal-ħerqa kollha mħabba tiegħu għall-bnedmin.

 

 

 

I B’TIFĦIR LIT-TRINITÀ QADDISA

 

Mill-Missier għall-Missier: l-inizzjattiva ta’ Alla

  1. Il-kontemplazzjoni tal-glorifikazzjoni tal-Mulej Ġesù fit-Trasfigurazzjoni turi lill-persuni konsagrati l-ewwelnett lill-Missier li ħalaq u jqassam kull ġid u jiġbed lejh (ara Ġw 6, 44) il-ħlejjaq tiegħu b’imħabba tassew singulari u għall-ħidma tassew partikulari. “ Dan hu Ibni l-għażiż: lilu isimgħu” (Mt 17, 5). B’ubbidjenza għal din l-istedina, imsieħba ma’ attrazzjoni intima, il-persuna li qed tiġi mistiedna tingħata kollha kemm hi lill-imħabba ta’ Alla, li qed isejħilha għall-qadi tiegħu biss , u tikkonsagra ruħha lilu u lill-pjan tiegħu ta’ salvazzjoni (ara 1 Kor 7, 32/34).

Dan tfisser is-sejħa kollha kemm hi għall-ħajja konsagrata: hi inizzjattiva kollha kemm hi tal-Missier (ara Ġw 15, 16), li jitlob tweġiba sħiħa28 minn għand dawk li jiġu magħżulin. L-esperjenza ta’ din l-imħabba li Alla jagħti minn rajh għax irid, hi hekk intima u qawwija li persuna msejħa tħoss li għandha twieġeb għal din l-imħabba b’offerta sħiħa ta’ ħajjitha kollha, billi tafda f’idejn Alla kulma hu tagħha issa u għalli ġej. Hu għalhekk li skont il-ħsieb ta’ San Tumas ta’ Aquino, nistgħu nifhmu x’inhi l-identità tal-persuna konsagrata billi nitilqu mill-offerta sħiħa tagħha nnifisha, li nistgħu nqisuha bħala veru sagrifiċċju ta’ olokawst.29.

 

Bl-Iben : fil-passi ta’ Kristu

  1. L-Iben, bħala t-Triq li twassal għand il-Missier (ara Ġw 14, 6) isejjaħ lil dawk kollha li tah il-Missier (ara Ġw 17, 9), biex bil-mixi warajh ikun l-għan sħiħ ta’ ħajjithom kollha. Iżda minn għand xi wħud ___ minn għand dawk imsejħin biex jgħixu ħajja konsagrata _____ jitlob impenn sħiħ, jiġifieri li jħallu kollox (ara Mt 19, 27) biex jgħixu ħajja intima miegħu,30 u jimxu warajh kull fejn imur hu. (ara Apok 14, 4).

Fil-ħarsa ta’ Ġesù (ara Mk 10, 21), li hu “x-xbieha ta’Alla li ma jidhirx” (Kol 1, 15), dija tas-sebħ tal-Missier (ara Lhud 1, 3), jidher l-għoli ta’ dejjem u bla qjies tal-imħabba li tinsab fl-għeruq tal-istess eżistenza tagħna31. Il-bniedem li jħalli lilu nnifsu jinqabad minn din l-imħabba ma jistax ma jiċċaħħadx minn kollox biex jimxi wara Ġesù (ara Mk 1 16-20; 2, 14; 10, 21-28). Bħal San Pawl “iqis kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm fl-għarfien ta’ Kristu Ġesù”; u għalhekk ma jibżax jistqarr li “jrid iqis kollox bħala knis biex jirbaħ lil Kristu” (ara Fil 3, 8), li jixtieq ħafna jkun ħaġa waħda miegħu u jkollu l-istess sentimenti tiegħu u jgħix l-istess ħajja tiegħu. Din il-fehma li wieħed iħalli kollox biex imur wara il-Mulej (ara Lq 18, 28) hi fehma li tgħodd għal dawk kollha li huma msejħin u f’kull żmien.

Il-kunsilli evanġeliċi, li bihom Kristu jsejjaħ lil xi wħud biex jgħixu miegħu ħajja ta’ kastità, ta’ faqar u ta’ ubbidjenza, jitolbu u juru f’dawk kollha li jħaddnuhom, xewqa ċara li jkunu jixbħu lil Kristu għal kollox. Il-persuni konsagrati, “huma u jgħixu ħajja ta’ ubbidjenza u ta’ kastità bla ma għandhom xejn tagħhom”,32 jistqarru li Kristu hu eżempju għalihom għax fih kull virtù tilħaq il-milja tagħha. Dan għaliex is-sura tal-ħajja tiegħu ta’ faqar, ta’ kastità u ta’ ubbidjenza tidher bħala s-sura l-aktar radikali ta’ kif tgħix l-Evanġelju fuq l-art, b’mod li jissejjaħ divin, għaliex imħaddan mill-istess Bniedem-Alla bħala l-espressjoni tal-għaqda tiegħu bħala Iben waħdieni mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu. Hu għalhekk li t-tradizzjoni nisranija dejjem tkellmet dwar is-superjorità tal-ħajja konsagrata.

U anqas ħadd ma jista’ jiċħad li l-ħarsien tal-kunsilli evanġeliċi jitlob ħajja mill-iktar intima li tagħti kotra ta’ frott, ħajja ta’ tisħib fil-missjoni ta’ Kristu, fuq l-eżempju ta’ Marija ta’ Nazaret, l-ewwel dixxiplu tiegħu, li aċċettat li taqdi l-pjan ta’Alla bl-offerta sħiħa tagħha. Kull ħidma tibda bil-qagħda li Marija wriet fit-tħabbira tal-Anġlu: “Jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek” (Lq 1, 38).

 

Fl-ispirtu: konsagrati mill-Ispirtu s-Santu

  1. “Sħaba kollha dawl għattiethom” (Mt 17, 5). Intrepretazzjoni spiritwali li tfisser ħafna tat-Trasfigurazzjoni tara fis-sħaba xbieha tal-Ispirtu s-Santu33.

L-istess bħalma hi kull ħajja nisranija, il-vokazzjoni għall-ħajja konsagrata wkoll hi marbuta mal-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Matul iż-żminijiet hu dejjem jiġbed xi persuni biex jintebħu bil-ġmiel li jsaħħar ta’ din l-għażla hekk impenjattiva.

Bil-ħidma tiegħu b’xi mod iġarrbu dak li għadda minnu l-profeta Ġeremija: “Qarraqtni, Mulej u jien tqarraqt” (20, 7). Hu l-Ispirtu li jqanqal ix-xewqa għal tweġiba sħiħa; barra dan jagħmel li tissaħħaħ dejjem aktar ir-rieda u jwassalħa biex tagħti tweġiba sħiħa u jwettaqha hi u tagħmilha; hu jsawwar il-qalb ta’ dawk li jissejħu u jagħmilhom jixbhu ‘l Kristu safi, fqir u ubbidjenti billi jagħtihom il-ħila u jimbuttahom ħa jagħmlu tagħhom il-missjoni tiegħu. Għax joqogħdu għat-tmexxija tal-Ispirtu, huwa jmexxihom dejjem fit-triq tat-tisfija, minn jum għall-ieħor isiru xebh ma’ Kristu, huma u jġeddu bla heda l-preżenza singulari ta’ Kristu rxoxt fil-ġrajja tal-bniedem.

Missirijiet il-Knisja, bi ħsieb tassew jidħol fil-fond, sejħu din il-mixja spiritwali philocalia, jiġifieri mħabba għas-sbuħija ta’ Alla, li hi d-dija tat-tjieba ta’ Alla. Dawk li tmexxihom il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu bil-mod il-mod jaslu għax-xebh sħiħ ma’ Kristu, jirriflettu fihom stess raġġ ta’ dak id-dawl li qatt ma jista’ jintlaħaq, u fil-mixi tagħhom fid-dinja jibqgħu sejrin iktar ‘il quddiem lejn l-Għajn ta’ dan id-dawl li ma tiġi nieqsa qatt. B’dan il-mod il-ħajja konsagrata ssir espressjoni tassew singulari tal-Knisja bħala Għarusa, li mgħallma mill-Ispiru s-Santu biex issawwar fiha x-xbieha tal-Għarus tagħha, tieqaf quddiemu “sabiħa …. bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb u xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd” (Ef 5, 27). L-istess Spirtu, mhux talli ma jbiegħedx mill-ġrajja tal-bniedem dawk li jsejjaħ il-Missier, imma jiddestinhom għall-qadi ta’ ħuthom skont il-qagħda proprja ta’ ħajjithom, u jmexxihom ħa jagħmlu dmirijiet speċjali skont il-ħtiġijiet tal-Knisja u tal-bnedmin permezz tal-kariżmi proprji tal-Istituti tagħhom. Minn hawn joħorġu l-ħafna suriet ta’ ħajja konsagrata, li bihom il-Knisja “tiżżejjen bil-ħafna doni ta’ wliedha .. bħal għarusa mżejna għall-Għarus tagħha” (ara Apok 21, 2),34 u tistagħna b’kulma teħtieġ ħa taqdi l-missjoni tagħha did-dinja.

 

Il-kunsilli evanġeliċi, don tat-Trinità Qaddisa

  1. Għalhekk qabel xejn il-kunsilli evanġeliċi huma don tat-Trinità Qaddisa. Il-ħajja konsagrata hi tħabbira ta’ dak li Alla jagħmel bl-imħabba, it-tjieba u l-ġmiel tiegħu. Dan għaliex l-istat reliġjuż… juri b’mod tassew speċjali kemm hi għolja s-Saltna ta’ Alla fuq kulma hu tad-dinja u tal-ħtiġijiet tagħha: juri wkoll il-kobor liema bħalu tal-qawwa ta’ Kristu Sultan u s-setgħa tal-Ispirtu s-Santu li taħdem b’mod tal-għaġeb fil-Knisja35.

L-ewwel dmir tal-ħajja konsagrata hu dak li turi l-għeġubijiet li Alla jagħmel fin-natura dgħajfa ta’ dawk li jsejjaħ. Dawn, mhux bil-kliem imma bil-ħajja trasfigurata tagħhom li tqanqal, jagħtu xhieda ta’ dawn l-għeġubijiet tal-grazzja, li l-Mulej jagħmel f’dawk li hu jsejjaħ, huma u jwieġbu għalih u jwasslu lin-nies biex jistgħaġbu bihom,. Daqskemm persuna konsagrata tħalli l-Ispirtu jmexxiha lejn il-quċċata tal-perfezzjoni, daqshekk ieħor tkun tista’ tgħid: “Qed nara il-ġmiel u nikkontempla d-dija u nirrifletti l-ħeġġa tal-grazzja tiegħek , u kollni mistgħaġeb nikkontempla d-dija bla qjies tagħha; noħroġ minni nnifsi, jiena u naħseb fuqi nnifsi, u nara x’kont u issa x’sirt. O ħaġa tassew tal-għaġeb! Ngħasses fuqi nnifsi, mimli mistħija, rispett u biża’ qisni qiegħed quddiemek; ma nafx x’naqbad nagħmel imbeżża kif jien, fejn se noqgħod, lejn min se nersaq, fejn inqiegħed jistrieħu dawn il-membri li huma tiegħek, għal liema ħidma, għal liema għemil se nużahom dawn l-għeġubijiet ta’ Alla li tant jgħaġbuni” 36 B’dan il-mod il-ħajja konsagrata ssir wieħed mis-sinjali li jidhru li t-Trinità tħalli fil-ġrajja tad-dinja, biex il-bnedmin jintebħubil-qawwa li tiġbed tal-ġmiel u tas –sbuħija ta’ Alla.

 

Il-kunsilli evanġeliċi huma rifless tal-ħajja tat-Trinità Qaddisa

  1. Meta nqisu l-kunsilli evanġeliċi b’riferenza għat-Trinità Qaddisa li tqaddes, naraw minnufih it-tifsir għoli tagħhom. Dan għax juru l-imħabba li għandu l-Iben għall-Missier fl-għaqda tal-Ispirtu s-Santu. Hija u tgħixhom, il-persuna konsagrata tgħix b’intensità liema bħalha d-dimensjoni trinitarja u kristoloġika li tħaddan il-ħajja nisranija kollha kemm hi.

Il-Kastità ta’ dawk li jħaddnu ċ-ċelibat u l-verġinità, sakemm tfisser għoti lil Alla b’qalb mhux mifruda fiha nnifisha (ara Kor 7,32-34), turi l-imħabba bla qjies li torbot bejniethom it-Tliet Persuni tat-Trinità Qaddisa; imħabba li tagħha l-Verb maghmul bniedem ta bis-sagrifiċċju ta’ ħajtu; imħabba “li ssawbet fi qlubna bl-Ispirtu s-Santu li ġie mogħti lilna” (Rum 5, 5) u twassalna għall-tweġiba kollha mħabba għall-Missier u għal ħutna.

Il-Faqar jistqarr li Alla hu l-veru teżor waħdieni tal-bniedem. Meta l-faqar ngħixuh bħalma għexu Kristu li “għalkemm għani ftaqar minħabba fina” (2 Kor 8,9), ifisser l-għoti sħiħ li t-Tliet Persuni tat-Trinità Qaddisa jagħmlu lil xulxin. Hu għoti li joħroġ barra fil-ħolqien u ġie rivelat kollu kemm hu fl-Inkarnazjoni tal-Verb u fil-mewt tiegħu għall-fidwa tagħna.

L-Ubbidjenza, meta tkun ubbidjenza bħal dik ta’ Kristu, li kien iqis ikel tiegħu jagħmel ir-rieda tal-Missier (ara Ġw 4,34), turi l-ġmiel ħelliesi ta’ qadi filjali u mhux servili mimli sens ta’ responsabbiltà, u kollu fiduċja sħiħa f’kulħadd, u hekk tkun riflessa fil-ġrajja tal-bniedem dik l-armonija li qatt ma hi nieqsa fit-Tliet Persuni tat-Trinità Qaddisa.

Għalhekk il-ħajja konsagrata trid tidħol dejjem aktar fil-fond tat-tifsir tad-don tal- kunsilli evanġeliċi, b’imħabba dejjem aqwa u aktar vera f’dimensjoni trinitarja; imħabba lejn Kristu li jiġbed għall-intimità miegħu; imħabba lejn l-Ispirtu s-Santu li jħejji lil qlubna biex jilqgħu l-ispirazzjonijiet tiegħu; imħabba lejn il-Missier li hu l-bidu u l-għan aħħari tal-ħajja konsagrata.37 Il- ħajja konsagrata hekk issir stqarrija u sinjal tat-Trinità … il-Knisja turi dan il-misteru bħal xbieha u bidu ta’ kull sura ta’ ħajja nisranija.

L-istess ħajja tal-aħwa li biha l-persuni konsagrati jħabirku biex jgħixu fi Kristu “qalb waħda u ruħ waħda” (Atti 4,32), tagħti xhieda ċara tat-Trinità. Tħabbar lill-Missier li jixtieq li l-ġens kollu tal-bnedmin ikun familja waħda, tistqarr l-Iben magħmul bniedem, li jiġbor flimkien lill-mifdijin kollha bl-eżempju tiegħu, bit-talb, bi kliem u, fuq kollox, b’mewtu, li hi l-għajn ta’ rikonċiljazzjoni bejniethom tal-bnedmin kollha li kienu mifrudin u mxerrdin minn xulxin; tistqarr l-Ispirtu s-Santu bħala bidu tal-għaqda fil-Knisja, fejn qatt ma jieqaf iqajjem komunitajiet fraterni u għaqdiet spiritwali.

 

Konsagrati bħal Kristu għas-Saltna ta’ Alla

  1. Il-ħajja konsagrata, immexxija mill-Ispirtu s-Santu, “hi xebh aktar mill-qrib u tħabbira dejjem sejra tal-Knisja”38, sura ta’ ħajja li Kristu nnifsu, l-għola wieħed ikkonsagrat u missjunarju tal-Missier għas-Saltna tiegħu, ħaddan u stieden għaliha d-dixxipli li marru warajh (ara Mt 4 18-22; Mk 1, 16-20; Lq 5, 10-11; Ġw 15, 16). Fid-dawl tal-konsagrazzjoni ta’ Ġesù, nistgħu naraw l-inizjattiva tal-Missier, il-bidu ta’ kull qdusija u l-għajn ewlenija tal-ħajja konsagrata. Ġesù stess hu dak li Alla kkonsagra bl-Ispirtu s-Santu u l-qawwa (ara Atti 10 18), “li l-Missier qaddes u bagħat fid-dinja”(Ġw 10, 36). Huwa u jilqa’ l-konsagrazzjoni tal-Missier, l-Iben ikkonsagra lilu nnifsu lill-Missier għall-bnedmin kollha (Ġw 17,19), u b’ħajja ta’ verġinità, ubbidjenza u faqar fetaħ il-qalb kollha tiegħu ta’ Iben biex iseħħ il-pjan tal-Missier (ara Ġw 10,30; 14, 11). L-offerta sħiħa tiegħu lill-Missier tagħti qawwa ta’ konsagrazzjoni lill-ġrajjiet kollha ta’ ħajtu fid-dinja.

Ġesù̀ hu eżempju ta’ ubbidjenza: niżel mis-sema mhux biex jagħmel ir-rieda tiegħu iżda r-rieda ta’ Dak li bagħtu (ara Ġw 6, 38; Lhud 10, 5.7.). Ħalla f’idejn il-Missier is-suriet kollha ta’ ħajtu u ta’ għemilu (ara Lq 2, 49). Obda bħala Iben u ħa s-sura ta’ qaddej; “xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir, … u obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib” (Fil 2, 7,8). Kristu f’din il-qagħda ta’ mħabba kollha kemm hi marbuta mar-rieda tal-Missier, għalkemm wettaq u ħares id-dinjita u l-qdusija tal-ħajja fiż-żwieġ, għażel li jgħix ħajja ta’ verġn, u hekk wera kemm hi tassew għolja l-verġinità u x’kotra ta’ frott spiritwali misterjuż tagħti. Ir-rabta sħiħa tiegħu mal-ħsieb tal-Missier tidher ukoll mill-fatt li kellu qalbu għal kollox miftuma mill-ġid tal-art: “għad li kien għani, ftaqar, biex bil-faqar tiegħu nistagħnu aħna.” (ara 2 Kor 8,9). Il-kobor tal-faqar tiegħu jidher fl-offerta tiegħu nnifsu kollu kemm hu lill-Missier.

Il-ħajja konsagrata hi tassew tifkira ħajja tal-eżistenza u tal-imġieba ta’ Ġesù, bħala Verb magħmul bniedem, quddiem il-Missier u quddiem ħutu. Il-ħajja konsagrata hi tradizzjoni ħajja tal-eżistenza u l-missjoni tal-Feddej.

 

 

 

 

II BEJN L-GĦID U T-TMIEM TA’ KOLLOX

 

Mit-Tabor sal-kalvarju

  1. Id-dija tal-għaġeb tat-Trasfigurazzjoni ħejjiet il-ġrajja traġika, u fl-istess waqt ukoll glorjuża, tal-Kalvarju. Pietru , Ġakbu u Ġanni_____ jgħidilna l-evanġelista San Luqa ___ raw lill-Mulej Ġesù flimkien ma’ Mosè u ma’ Elija u magħhom tkellem dwar it-tmiem tiegħu …. li kellu jseħħ f’Ġerusalemm (9,31). Għajnejn l-Appostli huma għalhekk iffissati fuq Ġesù, li ħsiebu hu fis-salib (ara Lq9, 43-45). L-imħabba verġinali tiegħu għall-Missier u għall-bnedmin kollha hawn tilħaq il-milja tagħha; il-faqar sħiħ tiegħu jseħħ meta jitneżża minn kollox; l-ubbidjenza tiegħu tasal sal-offerta sħiħa ta’ ħajtu.

Id-dixxipli tal-Mulej huma mistiedna jikkuntemplaw lil Ġesù fuq is-Salib; minn hemm “il-Verb ħareġ mis-skiet”39, bis-skiet u s-solitudni tiegħu , u b’mod profetiku ħabbar it-traxxendenza perfetta ta’ Alla fuq il-ħolqien kollu; f’ġismu jirbaħ id-dnub tagħna u lejh jiġbed kull raġel u kull mara, u jagħti lil kulħadd il-ħajja ġdida tal-Qawmien mill-imwiet (ara Ġw 12, 32; 19, 34,37). Il-vokazzjonijiet kollha jsibu l-ispirazzjoni tagħhom fil-kontemplazzjoni ta’ Kristu msallab; minnha bħala don ewlieni tal-Ispirtu s-Santu joħorġu d-doni kollha u b’mod specjali d-don tal-ħajja konsagrata.

Wara Marija, Omm Ġesu, hu San Ġwann, id-dixxiplu li Ġesù kien iħobb, li jirċievi dan id-don, San Ġwann li bħala xhud flimkien ma’ Marija kien wieqaf ħdejn is-Salib (Ġw 19, 26-27). Il-fehma li jikkonsagra lilu nnifsu kollu kemm hu ħarġet mill-imħabba ta’ Alla li ħadmitu, wetqitu u mlietlu qalbu. San Ġwann , flimkien ma Marija hu fost l-ewwel minn għadd bla qjies ta’ rġiel u nisa li, sa mill-ewwel żminijiet tal-Knisja u sal-aħħar tagħha, imqanqlin mill-imħabba ta’ Alla, iħosu ruħhom imsejħin biex imorru wara l-Ħaruf sagrifikat u ħaj, kull fejn imur hu (ara Apok 14, 1-5)40.

 

Il-ħajja konsagrata u l-misteru tal-Għid

  1. Il-persuna konsagrata, bil-ħafna suriet ta’ ħajja li l-Ispirtu s-Santu jqajjem tul iż-żminijiet, turi l-verità tal-imħabba ta’Alla aktar fil-fond aktar ma toqgħod ħdejn is-Salib ta’ Kristu. Dak li f’għajnejn il-bnedmin jidher sfigurat bil-mewt, u nieqes minn kull ġmiel hekk li n-nies jaħbu wiċċhom minnu (ara Is 53, 2-3) , juri fuq is-salib il-ġmiel u l-qawwa tassew tal-għaġebtal-imħabba ta’Alla. Dan jgħidu Santu Wistin : “Sabiħ Alla, il-Verb ma’ Alla. Sabiħ fis-sema, sabiħ fuq l-art; sabiħ fil-ġuf, sabiħ f’dirgħajn il-ġenituri , sabiħ fil-mirakli, sabiħ fil-flaġellazzjoni, sbiħ jistieden għall-ħajja, sbiħ ma jibżax nill-mewt; sabiħ jagħti ruħu, sabiħ jerġa’ joħodha; sabiħ fuq l-għuda tas-Salib, sabiħ fil-qabar , sabiħ fis-sema. Isimgħu dan il-kantiku bl-intelliġenza tagħkom, u tħallux it-tiġrib tal-ġisem ibiegħed għajnejkom mid-dija tal-ġmiel tiegħu.”41

Il-ħajja konsagrata turi d-dija ta’ din l-imħabba, għaliex , minħabba l-fedeltà tagħha lejn il-misteru tas-Salib tistqarr it-twemmin tagħha u tgħix fl-imħabba tal-Missier tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. B’dan il-mod twassal biex tibqa ħajja fil-Knisja l-fehma li s-Salib tal-imħabba ta’ Alla li tissawwab fil-bnedmin, u għalhekk sinjal mill-aqwa tal-preżenza salvifika ta’ Kristu, l-aktar fost it-tiġrib u d-diffikultajiet. Ħafna persuni konsagrati taw dejjem xhieda ta’ dan bil-qawwa kollha l-aktar meta sabu ruħhom f’qagħdiet tassew diffiċli, anzi f’qagħdiet ta’ persekuzzjoni u martirju. Il-fedelta tagħhom lejn Imħabba waħdanija turi ruħha u tissaħħaħ fiċ-ċokon tal-ħajja moħbija fl-aċċettazzjoni tat-tbatijiet, “biex itemmu f’ġisimhom dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu” (ara Kol 1, 24) b’qagħdiet fis-skiet, f’rabta sħiħa mar-rieda qaddisa ta’ Alla, f’perseveranza hienja wkoll meta jiġu nieqsa s-saħħa u l-awtorità personali. Jiġi wkoll mill-fedeltà lejn Alla l-għoti sħiħ lil għajrek, għoti li l-persuni konsgrati jgħixu bi skomdu kbir tagħhom huma u jitolbu dejjem għall-ħtiġijiet tal-aħwa, u jaqdu b’qalb kbira l-foqra u l-morda, u jissieħbu fit-tbatijiet tal-oħrajn u jaqsmu mal-Knisja t-tħassib u t-tiġrib tagħha.

 

Xhieda ta’ Kristu fid-dinja

  1. Mill-misteru tal-Għid toħroġ il-ħidma missjunarja li tidher b’qawwa liema bħalha fil-ħajja tal-Knisja kollha kemm hi. Tilħaq il-qawwa tagħha l-aktar fil-ħajja konsagrata. Dan għaliex, barra l-kariżmi kollha proprji ta’ dawk l-Istituti li jiddedikaw ruħhom għall-missjoni ad gentes, jew huma mpenjati f’ħidmiet ta’ sura verament appostolika, nistgħu ngħidu li l-ħsieb missjunarju hu fil-qalba ta’ kull sura ta’ ħajja konsagrata. Dan għax persuna konsagrata tgħix ħajja dedikata kollha kemm hi għall-Missier (ara Lq 2, 49; Ġw 4, 34) , hi mħaddna minn Kristu (ara Ġw 15, 16; Gal 1 , 15-16), u jaħjiha l-Ispirtu s-Santu (ara Lq 24, 49; Atti1,8; 2, 4); b’dan il-mod tkun effettivament tissieħeb mal-ħidma tal-Mulej Ġesù (ara Ġw 20, 21) u b’mod tassew għoli tagħti sehemha għat-tiġdid tad-dinja.

Il-persuni konsagrati jaqdu l-ewwel dmir missjunarju tagħhom magħhom infushom, billi jiftħu qalbhom għal dak li jnebbaħhom l-Ispirtu s-Santu u jagħmluh. Ix-xhieda tagħhom tgħin lill-Knisja kollha tiftakar li l-ewwel ħidma tagħha hi dik li taqdi ‘l Alla bla xkiel ta’ xejn, u li dan jista’ jsir bl-għajnuna tal-grazzja ta’ Kristu, li tasal għand dawk li jemmnu bħala don tal-Ispirtu s-Santu.

Il-persuni konsagrati jkunu huma wkoll missjunarji jekk bla heda jagħrfu jarblu dejjem aktar fil-fond il-fatt li ġew imsejħa u magħżulin minn Alla, u għalhekk għandhom jagħtu lilu ħajjithom kollha, kulma huma u kulma għandhom, waqt li jwarrbu minnhom infushom kulma jista’ jfixkel it-tweġiba sħiħa tagħhom għall-imħabba. B’dan il-mod jistgħu jsiru veru sinjal ta’ Kristu fost il-bnedmin. L-istess sura ta’ ħajjithom trid turi d-dija tal-ideal li jħaddnu, u hekk ikunu sinjal ħaj u jitkellem, għalkemm xi kultant bis-skiet, tat-tħabbira tal-Evanġelju.

F’ebda żmien, b’mod speċjali llum, meta s-soċjetà hi kollha kemm hi sekularizzata, għalkemm kapaċitagħraf is-sinjali taż-żminijiet, il-Knisja trid tħabrek biex tkun preżenti fiċ-ċirkostanzi kollha tal-ħajja u ta’ kuljum. Il-Knisja bid-dritt kollu tistenna għajnuna għal dan, l-aktar mill-persuni konsagrati, għaliex huma msejħin biex, fiċ-ċirkostanzi kollha tal-ħajja, jagħtu xhieda oħra li huma ta’ Kristu.

Għax il-libsa reliġjuża hi sinjal ċar ta’ konsagrazzjoni, ta’ faqar u ta’ rabta ma’ xi familja reliġjuża, flimkien mal-Isqfijiet tas-Sinodu, inħeġġeġ lir-reliġjużi rġiel u nisa biex jilbsu l-libsa reliġjuża tagħhom, addattata għall-kondizzjonijiet taż-żmien u tal-imkien.42 Meta ċ-ċirkostanzi serji jitolbuh, skont ir-reguli u d-drawwiet ta’ kull Istitut, hi permessa l-libsa sempliċi u xierqa, flimkien ma’ xi sinjal li juri li dak jkun hu persuna konsagrata.

Dawk l-Istituti li, jew mill-bidu tagħhom jew mir-regoli proprji, ma jitolbux libsa reliġjuża speċjali, għandhom jaraw li l-libsa tal-membri tagħhom tkun twieġeb għad-dinjità u għas-sempliċità tan-natura tal-vokazzjoni tagħhom.43

 

Id-dimensjoni eskatoloġika tal-ħajja konsagrata

  1. Għaliex illum il-ħtiġijiet tal-appostolat qed jidhru aktar urġenti u hemm il-periklu li t-tħassib għall-ġid tad-dinja jimpenja aktar u aktar il-bnedmin, jidher li jaqbel ħafna li nħarsu lejn in-natura eskatologika tal-ħajja konsagrata u naħsbu fuqha.

“Fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm hi qalbek ukoll” (Mt 6, 21): it-teżor waħdieni tas-Saltna jqanqal il-ħerqa, it-tama, it-tħabrik u x-xhieda. Fil-Knisja tal-ewwel żminijiet kienu jistennew bil-ħeġġa kollha li l-Mulej ma jdumx ma jerġa jiġi. Matul iż-żminijiet il-Knisja ma naqsitx li żżomm ħajja din it-tama: kompliet tħeġġeġ lill-fidili biex iħarsu lejn is-salvazzjoni li għad trid tiġi, għax is-sura ta’ din id-dinja trid tgħaddi (ara 1 Kor7, 31; Piet 1, 36)44.

Fid-dawl ta’ dan, nistgħu nifhmu aħjar il-ħajja konsagrata bħala sinjal eskatoloġiku. Fil-fatt dan it-tagħlim dejjem insibuh kull meta ntwera li l-ħajja konsagrata hi qisha antiċipazzjoni tas-Saltna li għad trid tiġi. Il-Konċilju Vatikan II reġa’ tenna dan it-tagħlim meta qal: “L-istat reliġjuż aktar iħabbar il-Qawmien mill-imwiet u l-glorja tas-Saltna tas-semafil-ġejjieni”45. Dan l-aktar iseħħ bil-vot tal-verġinità, li fl-imgħoddi dejjem kienet meqjusa bħala tgawdija minn qabel tad-dinja li għad trid tiġi, u li ġa qed taħdem biex tbiddel għal kollox il-bniedem kollu kemm hu.

Dawk li jiddedikaw ħajjithom kollha lil Kristu ma jistgħux ma jgħixux bit-tama li xi darba għad jingħaqdu miegħu għal dejjem. Minn dan tiġi t-tama kollha ħeġġa, ix-xewqa “li jinxteħtu għal kollox f’dak in-nar ta’ mħabba li qed jaqbad fihom u li mhuwiex ħlief l-istess Spirtu s-Santu,46, tama u xewqa li jagħtu ħajja lid-doni li l-Mulej iqassam b’id miftuħa lil dawk kollha li qed ifittxu l-ħwejjeġ tas-sema.(ara Kol 3,1).

Il-persuna konsagrata, hija u tara l-ħwejjeġ tal-Mulej, tiftakar li “hawn ma għandniex għamara għal dejjem” (Lhud,13,14), għaliex “aħna pajżana tas-sema” (Fil 3, 20). Il-ħaġa waħda li għandna nfittxu hi s-“Saltna ta’ Alla u l-ġustizzja tiegħu”. (Mt 6, 33), waqt li bla heda nitolbu għal miġja tal-Mulej.

 

Tama ħajja, impenn u għassa

  1. “Ejja, Mulej Ġesù (Apok 22, 20) Din it-tama mhijiex xi ħaġa bla ħajja: għalkemm ħarsitha hi fis-Saltna li għad trid tiġi, turi ruħha fil-ħidma u fil-missjoni biex is-Saltna tkun preżenti wkoll f’dawn iż-żminijiet permezz tal-ispirtu tal-Beatitudnijiet, li kapaċi jqanqal ukoll fis-soċjetà tal-bnedmin xewqat ta’ ġustizzja, paċi, solidarjetà u maħfra.

Dan jidher ċar mill-istess ġrajja tal-ħajja konsagrata, li dejjem tat kotra ta’ frott għas-salvazzjoni tad-dinja. Bil-kariżmi tagħhom, il-persuni konsagrati jsiru sinjali tal-Ispirtu li jħabbar iż-żmien ġdid li għad irid jiġi, żmien imdawwal mill-fidi u t-tama nisranija. It-tama eskatoloġika ssir missjoni biex is-Saltna dejjem aktar isseħħ issa u f’dan iż-żmien. Mat-talba “Ejja, Mulej Ġesù” , tiżdied talba oħra: “Tiġi Saltnatek” (Mt 6, 16).

Min jishar jistenna li jseħħu l-wegħdiet ta’ Kristu, ikun jista’ jqawwi t-tama ta’ ħutu, irġiel u nisa, li spiss jaqtgħu qalbhom u jaraw ikrah il-ġejjieni. It-tama tiegħu hi mibnija fuq il-wegħdiet ta’ Kristu li jinsabu fil-Kelma rivelata: il-ġrajja tal-bniedem mixja lejn “smewwiet ġodda u art ġdida” (Apok 21,1), meta l-Mulej “jixxotta kull demgħa minn għajnejhom, mewt ma jkunx hemm iżjed anqas biki, jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-ħwejjeġ ta’ qabel” (Apok 21,4).

Il-ħajja konsagrata taqdi din ir-rivelazzjoni tal-aħħar tal-glorja ta’ Alla, “meta l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla” (ara Lq 3,6; Is 40,5) . Minħabba f’dan, l-Lvant nisrani jagħti ġieħ kbir lill-irħieb bħala anġli ta’ Alla fuq l-art li jħabbru t-tiġdid tad-dinja fi Kristu. Fil-punent, il-monakiżmu hu ċelebrazzjoni ta’ tifkira u ta’ sahra : tifkira tal-għeġubijiet magħmulin minn Alla; sahra għax nistennew isseħħ l-aħħar tama. Il-monakiżmu u l-ħajja kontemplattiva bla heda jħabbru lill-bnedmin li l-primat ta’ Alla jagħti kotra ta’ tifsir u ta’ ferħ lill-ħajja tagħhom, għax il-bniedem ġie maħluq għal Alla u ma jsibx mistrieħ sakemm ma jistrieħx fih47.

 

Il-Verġni Marija eżempju ta’ konsagrazzjoni u ta’ mixi wara l-Mulej

  1. Il-Verġni Marija, imissla mingħajr tebgħatad-dnub tan-nisel,hu dik li l-iktar tirrifletti l-ġmiel ta’ Alla. “Int kollok sbejħa” hu t-titolu li tagħtiha l-Knisja hija u titlobha. “Ir-relazzjoni mal-Imqaddsa Verġni Marija li kull min jemmen għandu minħabba r-relazzjoni tiegħu ma’ Kristu, tidher wisq aktar fil-ħajja ta’ persuna konsagrata … Kull Istitut ta’ ħajja konsagrata hu żgur li l-preżenza ta’ Marija għandha piż kbir kemm għall-ħajja ta’ kull persuna konsagrata u kemm għas-sħuħija, l-għaqda u l-progress tal-komunità kollha kemm hi”.48

Marija hi l-eżempju l-aktar għoli ta’ konsagrazzjoni perfetta, għaliex hi kollha kemm hi għalih. Magħżula mill-Mulej, li ried li fiha jseħħ il-misteru tal-Inkarnazzjoni, hi tfakkar lil kull persuna konsagrata li Alla hu l-bidu ta’ kull inizzjattiva. Fl-istess waqt meta laqgħet il-Verb ta’ Alla, li sar bniedem fil-ġuf tagħha, hi saret għal kull bniedem maħluq eżempju ta’ kif għandha tiġi milqugħa l-grazzja ta’ Alla.

Hija u tgħix ma’ San Ġużepp flimkien ma’ Kristu fil-ħajja moħbija ta’ Nażaret, u tissieħeb ma’ Binha fil-mumenti l-aktar importanti ta’ ħajtu, il-Verġni Marija tgħallem kif wieħed jista’ jkun dixxiplu u qaddej għaqli bla ebda kundizzjoni ta’ xejn. Fiha “tempju tal-Ispirtu s-Santu”49 tiddi d-dija ta’ ħolqien ġdid. Lejha tħares il-ħajja konsagrata bħala xempju mill-aqwa ta’ konsagrazzjoni magħmula mill-Missier, ta’ għaqda mal-Iben u ta’ ftuħ għall-Ispirtu s-Santu, hija u tagħraf sewwa li l-aċċettazzjoni tal-“ħajja verġinali u umli”50 ta’ Kristu, twassal ukoll għall-imitazzjoni tas-sura ta’ ħajja ta’ Marija.

Barra dan, persuna konsagrata tara fil-Verġni Marija Omm li m’hemmx oħra bħala. Dan għaliex jekk il-maternità mogħija lil Marija fuq il-Kalvarju hi don mogħti lil kull nisrani, din il-maternità tiswa aktar għal dawk li ddedikaw ħajjithom kollha lil Kristu. “Hawn hi ommok”. (Ġw 19,27). Kliem Ġesu lid-dixiplu “li kien iħobb” (Ġw 19, 26) għandu qawwa singulari fil-ħajja ta’persuna konsagrata. Il-persuni konsagrati huma msejħin flimkien ma’ San Ġwann biex jilqgħu għandhom l-Imqaddsa Verġni Marija (ara Ġw 19, 27) bill jħobbuha u jkunu jixbħuha b’dik is-sura tassew għolja tal-vokazzjoni tagħha, waqt li jħossu l-imħabba speċjali tagħha ta’ omm għalihom. Il-Verġni Marija taqsam magħhom dik l-imħabba li twassalhom biex kuljum joffru ħajjithom lil Kristu u jissieħbu miegħu għas-salvazzjoni tal-bnedmin. Għalhekk ir-relazzjoni ta’ wlied ma’ Marija hija t-triq li twassal għall-fedeltà lejn il-vokazzjoni proprja li wieħed ikollu u tagħtih għajnuna mill-aqwa biex jimxi ‘l quddiem fiha u jgħixha fil-milja kollha tagħha.51

 

 

 

III FIL-KNISJA U GĦALL-KNISJA

 

“Kemm hu sew li aħna hawn”; il-ħajja konsagrata

fil-misteru tal-Knisja

  1. Fit-Trasfigurazzjoni San Pietru tkellem f’isem l-Appostli l-oħra; “Kemm hu sew li aħna hawn” (Mt 17, 4) Il-glorja ta’ Kristu, li dehret quddiemu, imlietlu ruħu u qalbu, iżda ma qatgħatux mid-dinja , anzi rabtitu aktar mal-“aħna” tad-dixxipli. Dan l-“aħna” jwassalna biex naraw x’sehem għandha l-ħajja konsagrata fil-misteru tal Knisja. F’dawn l-aħħar snin ir-riflessjoni teoloġika dwar in-natura tal-ħajja konsagrata daħlet aktar fil-fond tal-aspetti ġodda li ħarġu mit-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II. Fid-dawl ta’ dan it-tagħlim, ir-riflessjoni teoloġika setgħet tara li l-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi hi, bla ebda dubju , parti mill-ħajja u l-qdusija tal-Knisja.52

Dan ifisser li l-ħajja konsagrata, li nsibuha fil-Knisja sa moll-bidu , qatt ma tista’ tiġi nieqsa; għax hi parti li l-Knisja qatt ma tista’ tiċċaħħad minnha u turi x’inhi l-istess natura tagħha.

Minn dan jidher ċar li l-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi għandha rabta sħiħamal-misteru ta’ Kristu, għaliex dmir tagħha hu li, b’xi mod, tagħmel preżenti s-sura ta’ ħajja li hu għażel għalih u wrieha bħala ġid kollu kemm hu eskatoloġiku.

Ġesù stess, meta sejjaħ lil xi wħud biex iħallu kollox u jmorrru warajh, daħħal din is-sura ta’ ħajja li, taħt it-tmexxija tal-Ispiru s-Santu, bil-mod il-mod tul iż-żminijiet, żviluppat f’ħafna suriet ta’ ħajja konsagrata.

Il-fehma tal-Knisja, magħmula biss minn ministri sagri u lajċi ma taqbilx mal-ħsieb tal-fundatur tagħha, kif juruhulna l-Evanġelji u l-kotba kollha tat-Testment il-Ġdid.

 

Konsagrazzjoni ġdida u speċjali

  1. Fit-tradizzjoni tal-Knisja, il-professjoni reliġjuża titqies bħala għarfien speċjali u aktar fil-fond tal-konsagrazzjoni li tagħti l-Magħmudija, għaliex biha dik l-għaqda ma’ Kristu, li bdiet isseħħ fil-Magħmudija ssir don ta’ xebh aktar sħiħ, aktar ċar u aktar veru miegħu permezz tal-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi.53

Din il-konsagrazzjoni għandha l-karattru proprju tagħha jekk inqabbluha mal-konsagrazzjoni li sseħħ fil-Magħmudija għaliex la hi parti minnha54 u l-anqas bilfors toħroġ minnha54 . Fil-fatt kull min hu mwieled mill-ġdid fi Kristu u msejjaħ biex , bil-qawwa li tingħatalu bħala don mill-Ispirtu s-Santu, jgħix il-kastità skont l-istat tal-ħajja tiegħu, jgħix l-ubbidjenza lejn Alla u l-Knisja, u jgħix nuqqas xieraq ta’ rbit mal-ġid tal-art, għax kulħadd hu msejjaħ għal dik il-qdusija li hi l-perfezzjoni tal-imħabba.55 Iżda l-Magħmudija minnha nfisha ma titlobx vokazzjoni għaċ-ċelibat u l-verġinità u l-anqas iċ-ċaħda tal-ġid tad-dinja u l-ubbidjenza għar-rieda tas-superjuri fis-sura proprja tal-kunsilli evanġeliċi. Il-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi tissopponi don speċjali ta’ Alla li ma jingħatax lil kulħadd, kif Ġesù stess stqarr meta tkellem fuq iċ-ċelibat (ara Mt 19,10-12).

Din il-vokazzjoni hi msieħba ma don speċjali tal-Ispirtu s-Santu biex persuna konsagrata tkun tista’ twieġeb għall-vokazzjoni u l-missjoni tagħha. Minħabba f’dan, kif jixhdu r-riti liturġiċi, kemm tal-lvant u kemm tal-punent, fil-professjoni monastika u fil-professjoni reliġjuża, kif ukoll fil-konsagrazzjoni tal-verġni, il-Knisja titlob għad-don tal-Ispirtu s-Santu biex jingħata lil dawk magħżulin u ssieħeb l-offerta tagħhom mas-sagrifiċċju ta’ Kristu.56

Il-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi hi wkoll żviluppp tal-grazzja li tingħata fis-Sagrament tal-Konfermazzjoni, iżda titlob aktar milli titlob il-konsagrazzjoni li tingħata fil-Konfermazzjoni għaliex fil-professjoni reliġjuża l-knisja titlob don speċjali tal-Ispirtu s-Santu li jiftaħ it-triq għal suriet ġodda ta’ qdusija u ta’ appostolat kif turina l-istorja tal-ħajja konsagrata.

Jekk niġu għall-presbiteri li jipprofessaw il-kunsilli evanġeliċi, l-esperjenza turina li s-Sagrament tal-Ordni jikseb kotra singulari ta’ frott b’din il-konsagrazzjoni li ġġib u tmexxi ‘l quddiem sura ta’ rabta spiritwali aktar qawwija mal-Mulej. Il-presbiteru li jħaddan il-kunsilli evanġeliċi jkollu għajnuna speċjali biex iħoss fih innifsu l-milja tal-misteru ta’ Kristu, ukoll minħabba l-ispiritwalità proprja tal-Istitut tiegħu u minħabba n-natura appostolika tal-katiżma tiegħu. Fil-presbiteru l-vokazzjoni għas-saċerdozju u l-vokazzjoni tal-ħajja konsagrata jwasslu għal sura ta’ għaqda għolja u sħiħa fuq li sħiħa.

Siwi tassew tal-għaġeb huma għall-knisja il-presbiteri reliġjużi li huma msejħin għall-ħajja kollha kemm hi ta’ kontemplazzjoni. L-aktar fiċ-ċelebrazzjoni ewkarista jagħmlu ħidma għall-Knisja u jżidu magħha l-offerta tagħhom infushom f’xirka ma Kristu, li offra lilu nnifsu għas-salvazzjoni tad-dinja.57

 

Ir-relazzjonijiet bejn suriet diversi tal-ħajja nisranija

  1. Il-ħafna suriet ta’ ħajja li nsibu fil-Knisja skont il-ħsieb tal-Mulej Ġesù għandhom relazzjonijiet diversi bejniethom, u fuq dawn irrid issa nitkellem.

L-insara kollha, minħabba t-twelid ġdid tagħhom fi Kristu, għandhom ilkoll sehem mill-istess dinjità u huma lkoll imsejħin għall-qdusija; ilkoll jagħtu sehemhom għall-bini tal-Ġisem waħdieni ta’ Kristu. Kull wieħed skont il-vokazzjoni proprja tiegħu u d-don li jirċievi mill-Ispirtu s-Santu (ara Rum 12,1-8).58 Id-dinjità, li għandhom l-istess il-membri kollha tal-Knisja, hi mill-ħidma tal-Ispirtu s-Santu u għandha l-għeruq tagħha fil-Magħmudija u fil-Konfermazzjoni u titwettaq bl-Ewkaristija. Hi wkoll ħidma tal-Ispirtu s-Santu d-diversità li hemm fil-Knisja. Hu jwaqqaf il-Knisja bħala xirka organika ta’ ħafna vokazzjonijiet, kariżmi u ministeri.59

Il-vokazzjoni għall-ħajja tal-lajċi, għall-ministeru sagramentali u għall-ħajja konsagrata nistgħu nqisuhom bħala paradigmi, għaliex kull vokazzjoni partikulari, b’mod jew ieħor għandha rabta magħhom, kemm jekk meqjusin waħda waħda u kemm jekk meqjusin flimkien, skont l-għana tad-don ta’ Alla. Jaqdu wkoll lil xulxin, għall-kobor tal-Ġisem ta’ Kristu tul iż-żminijiet u għall-missjoni tiegħu fid-dinja. Bis-sagramenti tal-Magħmudija u tal-Konfermazzjoni lkoll niġu konsagrati fil-Knisja, iżda l-ministeru tal-Ordni u l-ħajja konsagrata jitolbu sura ta’ konsagrazzjoni speċjali u proprja għall-ħidma partikulari.

Għall-missjoni tal-lajċi, li bħala vokazzjoni għandhom li jimpennjaw ruħhom fil-ħajja tad-dinja u jmexxuha skont il-ħsieb ta’ Alla, huma u jfittxu s-Saltna ta’ Alla,60 biżżejjed għalihom il-konsagrazzjoni li tiġi mill-Magħmudija u mill-Konfermazzjoni, konsagrazzjoni li għandhom il-membri kollha tal-Poplu ta’ Alla.

Barra din il-konsagrazzjoni ewlenija, il-ministri ordnati fl-istess ordinazzjoni jirċievu dik il-konsagrazzjoni li jeħtieġu biex jaqdu l-ministeru tagħhom fid-dinja.

Il-persuni konsagrati huma u jħaddnu l-kunsilli evanġeliċi, jirċievu konsagrazzjoni ġdida u singulari li, għalkemm mhijiex sagrament twassalhom biex fiċ-ċelibat, fil-faqar u fl-ubbidjenza, jagħmlu tagħhom dik is-sura ta’ ħajja li għex Ġesù stess u ħejja għaliha d-dixxipli tiegħu. Għalkemm dawn is-suriet kollha juru l-misteru waħdieni ta’ Kristu, il-lajċi għandhom il-karatteristika speċifika tagħhom, għalkemm mhux karatteristika esklussiva, li jgħixu fid-dinja, waqt li l-karatteristika ta’ rgħajja hi dik ta’ ministeru, u l-karatteristika tal-persuni konsagrati dik li jkunu xebh ma’ Kristu verġni, fqir u ubbidjenti.

 

Il-ġid speċjali tal-ħajja konsagrata

  1. F’din il-ġabra hekk xierqa ta’ doni, li kull stat ewlieni ta’ ħajja hu fid-dmir li juri, fis-sura proprja tiegħu, jidhru, issa mod u issa ieħor, il-ħafna aspetti tal-misteru waħdieni ta’ Kristu. Jekk il-missjoni ewlenija tal-ħajja tal-lajċi hi dik li tħabbar l-Evanġelju fil-ħajja ta’ kuljum tad-dinja, fix-xirka ekklesjali hu meħtieġ fuq li meħtieġ il-ministeru ta’ dawk li rċevew l-Ordni sagri, speċjalment l-isqfijiet. Dawn huma fid-dmir li jirgħu l-poplu ta’Alla billi jgħallmuh id-duttrina, jamministrawlu s-Sagramenti u jħaddmu s-setgħa qaddisa tagħhom biex jaqdu x-xirka tal-Knisja, xirka organika u ġerarkika.61

F’dak li għandu x’jaqsam mal-wiri tal-qdusija mill-Knisja, irridu ngħidu li ħajja konsagrata għandha superjorità oġġettiva, għaliex turi xbieha tal-ħajja li għex Kristu nnifsu. Hu minħabba f’hekk li l-ħajja konsagrata hi wiri tassew għani tal-valuri tal-Evanġelju u tifsira sħiħa tal-għan tal-Knisja li hu t-tqaddis ta’ soċjetà tal-bnedmin. Is-soċjetà konsagrata tħabbar u b’xi mod tgħix minn qabel il-ħajja li għad trid tiġi meta s-Saltna tas-sema, li ġa tinsab fostna bil-frott u l-misteru tagħha,62 isseħħ fil-milja kollha tagħha, u wlied il-qawmien mill-imwiet la jiżżewġu u lanqas iżewġu imma jkunu bħal anġli ta’ Alla. (ara Mt 22,30).

Dan għaliex il-Maġisteru tal-Knisja minn dejjem għallem li l-kastità perfetta għas-Saltna tas-smewwiet63 hi bir-raġun kollu l-bieb tal-ħajja konsagrata kollha64. Madankollu l-Knisja turi stima liema bħalha għaż-żwieġ li fih il-miżżewġin “huma xhieda u koperaturi tal-frott li tagħti l-Knisja Omm bħala sinjal u sehem ta’ dik l-imħabba li biha Kristu ħabb l-Għarusa tiegħu l-Knisja u ta ħajtu għaliha.”65

Fid-dawl ta’ dan, li nsibuh f’kull ħajja konsagrata, jiżviluppaw ħafna triqat magħżulin minn xulxin, iżda komplementari għal xulxin. Ir-reliġjużi, irġiel u nisa, impenjati kollhom kemm huma fil-ħajja ta’ kontemplazzjoni, b’mod speċjali, isiru xbieha ta’ Kristu qed jitlob fuq il-muntanja.66 Il-ħajja attiva ta’ persuni konsagrati juru ‘l Kristu jħabbar is-Saltna ta’ Alla lill-folol, jagħti s-saħħa lill-morda u lill-imġarrbin, u jiġbed lill-midinbin għall-ħajja fis-sewwa, ibierek lit-tfal u jagħmel il-ġid lil kulħadd.67 Il-persuni konsagrati jaqdu ministeru speċjali favur is-Saltna ta’ Alla fl-Istituti sekulari, għaliex b’mod singulari jorbtu flimkien il-konsagrazzjoni tagħhom mal-ħajja tagħhom fid-dinja,68 u “iħabirku biex jimlewha bl-ispirtu tal-Evanġelju għas-saħħa u l-kobor tal-Ġisem ta’ Kristu”.69 Minħabba f’hekk huma mseħbin fil-missjoni evanġelizzatriċi tal-Knisja bix-xhieda tagħhom ta’ ħajja nisranija, jew bl-għajnuna li jagħtu ħalli l-ġid tad-dinja jmexxuh skont il-pjan ta’Alla, jew bis-sehem tagħhom fil-qadi tal-komunita ekklesjali skont il-karattru sekulari proprju tal-ħajja tagħhom.70

 

Xhieda tal-Evanġelju tal-beatitudnijiet

  1. Missjoni speċjali tal-ħajja konsagrata hi wkoll li tnissel fl-imgħammdin kollha għarfien tal-valuri fondamentali tal-Evanġelju, waqt li “tagħti xhieda mill-aqwa, xhieda sabiħa, li d-dinja ma tistax tiġi trasfigurata u offerta lil Alla mingħajr l-ispirtu tal-beatitudnijiet”.71 B’hekk il-ħajja konsagrata twassal biex tqanqal fil-Poplu kollu ta’ Alla għarfien tal-ħtieġa li wieħed iwieġeb għall-imħabba ta’ Alla, li tissawwab fi qlubna mill-Ispirtu s-Santu (ara Rum 5, 5), bil-qdusija tal-ħajja, u turi l-konsagrazzjoni li seħħet bil-ħidma ta’Alla fil-Magħmudija, fil-Konfermazzjoni u fl-Ordni bl-imġiba kollha tal-ħajja. Jeħtieġ għalhekk li mill-qdusija mogħtija fis-sagramenti wieħed jgħaddi għall-qdusija fil-ħajja ta’ kuljum. Il-ħajja konsagrata, bil-mod stess kif tinsab fil-Knisja, tfittex li taqdi l-konsagrazzjoni tal-ħajja tal-insara kollha, sew lajċi u sew kjeriċi.

Lanqas għandna ninsew li l-istess persuni konsagrati jiksbu għajnuna mix-xhieda ta’ kif vokazzjonijiet oħra jgħixu f’rabta sħiħa mal-misteru ta’ Kristu u tal-Knisja fid-dimensjonijiet kollha tiegħu. Il-missjoni tal-persuni konsagrati ssir tfisser aktar u tkun aktar qawwija bil-mod kif jagħnu ‘l xulxin wieħed lill-ieħor; hi l-missjoni li ddawwal lill-aħwa l-oħra, irġiel u nisa, ħa jżommu ħarsithom fuq is-sliem li għad irid jiġi, u jħabirku għall-hena tal-aħħar f’Alla bħala għan għalihom.

 

Ix-xbieha ħajja tal-Knisja – Għarusa

  1. Fil-ħajja konsagrata għandha qawwa speċjali dik it-tifsira ta’ għerusija li turi l-ħtieġa tal-Knisja ħa tgħix kollha kemm hi u biss għall-Għarus tagħha , li minn għandu tikseb il-ġid kollu tagħha. F’din id-dimensjoni ta’ għerusija li hi ewlenija f’kull ħajja konsagrata, il-mara qisha tara l-identità proprja tagħha fl-għaqda tagħha mal-Mulej.

F’din il-ħaġa ifisser ħafna ir-rakkont tat-Testment il-Ġdid li juru lil Marija fiċ-Ċenaklu titlob flimkien mal-Appostli, tistenna l-miġja tal-Ispirtu s-Santu (ara Atti 1, 13-14). Hemm għandna xhieda ħajja tal-Knisja Għarusa, moħha fl-għarus tagħha, lesta li tilqa’ minn għandu d-don tiegħu. F’San Pietru u fl-Appostli l-oħra l-aktar li juri ruħu hu l-aspett tal-frott li se jinkiseb u li hu mfisser mill-ministeru ekklesjali bħala strument tal-Ispirtu ħa jitnisslu wlied ġodda bix-xandir tal-Kelma, biċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti, u bil-ħidma pastorali. F’Marija l-aspett tal-aċċettazzjoni tal-għerusija jidher b’mod tassew ċar; f’dan l-aspett il-Knisja tagħti kotra ta’ frott ta’ ħajja divina permezz tal-imħabba verġinali perfetta tagħha.

Il-ħajja konsagrata dejjem dehret l-aktar fix-xbieha ta’ Marija Verġni u Għarusa. Hu minn din l-imħabba verġinali li l-aktar toħroġ kotra ta’ frott li jgħin biex tinbet u tissaħħaħ il-ħajja divina fil-qlub tal-bnedmin72. Il-persuna konsagrata hija u timxi wara l-passi ta’ Marija, l-Eva l-ġdida, tagħti kotra ta’ frott spiritwali meta tilqa’ l-Kelma biex tagħti sehemha ħa tiġġedded in-natura tal-bnedmin b’devozzjoni bla ebda kondizzjoni u b’xhieda ħajja. Hekk il-Knisja turi biċ-ċar l-maternita tagħha kemm permezz tal-ħidma divina fdata lil San Pietru u kemm bl-aċċettazzjoni tad-don ta’ Alla, imfissra minn Marija.

Min-naħa tiegħu l-poplu nisrani jsib il-mezzi tas-salvazzjoni fil-ministeru tal-Ordni u jsib fil-ħajja konsagrata stedina għal tweġiba kollha mħabba mill-ħafna suriet ta’ qadi nisrani 73 .

 

 

IV IMMEXXIJIN MILL-ISPIRTU TA’ MĦABBA

 

Eżistenza “trasfigurata”; sejħa għall-qdusija

  1. “Id-dixxipli, meta semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art” (Mt 17, 6). Fil-ġrajja tat-Trasfigurazzjoni, l-Evanġelji sinottiċi, minkejja xi varjazzjonijiet bejniethom, minnufih juru l-biża’ li qabadhom lill-Appostli. Il-ġmiel isaħħar tal-wiċċ trasfigurat ta’ Kristu ma kienx tfixkil għalihom li jimtlew bil-biża’ quddiem il-kobor ta’Alla. Dan għaliex il-bnedmin meta jsibu ruħhom quddiem il-glorja ta’ Alla dejjem iħossu d-djufija tagħhom u għalhekk iħossu biża’ kbir. Dan il-biża’ jgħin għas-salvazzjoni. Juri lill-bnedmin il-kobor tal-perfezzjoni ta’ Alla u fl-istess waqt jimbuttahom lejn il-“qdusija” .

Ulied il-Knisja kollha, imsejħin mill-Missier biex “jisimgħu” ‘l Kristu, bilfors iħossu ħtieġa kbira għall-konversjoni u l-qdusija. Din il-ħtieġa , kif għallem is-Sinodu, issibha l-ewwelnett fil-ħajja konsagrata. Is-sejħa ta’ persuni konsagrati biex ifittxu s-Saltna ta’ Alla qabel kollox, hi l-ewwelnett eżortazzjoni għal konversjoni sħiħa, għaċ-ċaħda tiegħek innifsek ħa tgħix kollok kemm int għall-Mulej, biex Alla jkun kollox f’kulħadd. Imsejħin biex jikkontemplaw u jagħtu xhieda tal-wiċċ trasfigurat ta’Kristu, il-persuni konsagrati huma msejħin biex jgħixu ħajja “trasfigurata.”

Dwar dan, ifisser ħafna dak li ntqal fl-aħħar relazzjoni tat-tieni sezzjoni straordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet: “Fiċ-ċirkostanzi l-aktar diffiċli tal-ġrajja tal-Knisja dejjem kienu l-qaddisin irġiel u nisa l-għajn u l-bidu tat-tiġdid. Illum neħtieġu ħafna jkollna qaddisin jitolbu ‘l Alla bla heda. L-Istituti ta’ ħajja konsagrata bil-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi jħossu sewwa x’inhi l-vokazzjoni speċifika tagħhom fil-Knisja tal-lum, u aħna rridu nħeġġuhom f’din il-missjuni tagħhom”.74 L-isqfijiet li ħadu sehem f’din id-disa’ assemblea tas-Sinodu ħassew sewwa din il-ħaġa u qalu: “Tul il-ġrajja twila tal-Knisja, il-ħajja konsagrata kienet ukoll preżenza ħajja tal-ħidma tal-Ispirtu, sura ta’ ambjent privileġġjat ta’ mħabba sħiħa għal Alla u għall-proxxmu, u ta’ xhieda tal-pjan ta’ Alla biex il-ġens kollu tal-bnedmin jinġabar fiċ-ċiviltà tal-imħabba, u jkun il-familja kbira u waħda ta’ wlied Alla.” 75

Il-Knisja dejjem żammet li fil-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi hemm sura ta’ triq singulari għall-qdusija. Il-kliem stess li bih il-Knisja tfisser din il-ħajja – skola ta’ qadi tal-Mulej, skola ta’ mħabba u ta’ qdusija, triq lejn il-perfezzjoni – juri l-qawwa u l-għana ta’ mezzi li huma propji ta’ din is-sura ta’ ħajja evanġelika u tal-impenn soċjali ta’ dawk li jidħlu għaliha76. Mhux ta’ xejn kien hemm persuni tul iż-żminijiet kollha li taw xhieda mill-aqwa ta’ qdusija u wettqu għemejjel tqal u ta’ ġenerożita kbira ta’ evanġelizzazzjoni u ta’ ministeru.

 

Fedeltà lejn il-kariżma

  1. Fil-mixi wara Kristu u fl-imħabba għall-persuna tiegħu hemm mumenti li jinfluwenzaw it-tkattir tal-qdusija fl-istess ħajja konsagrata u għalhekk jeħtieġ li llum dawn jidhru sewwa.

Qabel xejn hemm il-ħtieġa tal-fedeltà lejn il-kariżma tal-fundatur u għalhekk lejn il-wirt spiritwali wkoll ta’ kull Istitut. F’din il-fedeltà lejn il-ħseb tal-fundaturi jew fundatriċi, ħsieb li hu don tal-Ispirtu s-Santu, aktar malajr wieħed jara liema huma l-elementi meħtieġa tal-ħajja konsagrata u jgħixhom bil-ħeġġa kollha .

Kull kariżma, fil-bidu tagħha stess turi tliet orjentamenti principali: l-ewwelnett lejn il-Missier bix-xewqa li tingħaraf bl-imħabba kollha x’inhi r-rieda tiegħu, b’għemil ta’ konverżjoni dejjem sejra fejn l-ubbidjenza hi l-għajn tal-libertà vera, fejn il-kastità tfisser il-ħerqa tal-qalb li mhijiex kuntenta b’imħabba li tista’ tiġi fix-xejn, u l-faqar imantni l-ġuħ u l-għatx għall-ġustizzja li Alla wiegħed li jissodisfa (Mt 5, 6). Għalhekk il-kariżma ta’ kull Istitut għandu jimbotta kull persuna konsagratabiex tingħaqad ma’ Alla kollha kemm hi u titkellem dwar Alla kif jingħad li tkellem San Duminku,77 biex tipprova, fiċ-ċirkostanzi kollha tal-ħajja, u tara kemm hu tajjeb il-Mulej. (Salm 34, 8).

Il-kariżmi tal-ħajja konsagrata jġibu magħhom ukoll ġibda lejn l-Iben u jħajru għal xirka intima u hienja miegħu, mgħallmin minnu kif jaqdu b’qalb kbira ‘l Alla u lill-proxxmu. “Min isir jixbaħ lil Kristu dejjem aktar jitgħallem b’dan il-mod kif jinfatam mill-ġid tad-dinja, mit-tqanqil tas-sensi, u minn kull ħaġa li ma tħallix ‘il-bniedem jeħfief biex jinħataf mill-Ispirtu,”78 u hekk ikun jista’ jidħol għall-missjoni ma’ Kristu u miegħu jitħabat u jbati biex tinxtered is-Saltna ta’ Alla .

Fl-aħħarnett kull kariżma jwassal għand l-Ispirtu s-Santu għaliex iħalli kull persuna konsagrata titmexxa u titwettaq minnu kemm fil-ħajja spiritwali tiegħu u kemm fil-ħajja komunitarja u fil-ħidma tal-appostolat, hekk li juri s-sura ta’ qadi li għandha tispira kull għażla ta’ min hu tassew nisrani.

Dawn it-tliet relazzjonijiet minkejja li huma ta’ ħafna aspetti fis-suriet differenti tagħhom, issibhom f’kull kariżma ta’ fundazzjoni għaliex f’kull kariżma hemm taħkem “ħerqa kbira fir-ruħ għax-xebh ma’ Kristu biex tingħata xhieda għal xi aspett tal-misteru tiegħu”79, dan l-aspett jrid jissawwar u jiġi ‘l quddiem skont it-tradizzjonivera tal-Istitut kif tidher mill-Kostituzzjonijiet u l-Istatuti tiegħu.80

 

Fedeltà kreattiva

  1. L-istituti ta’ ħajja konsagrata huma għalhekk imħeġġin biex b’ħerqa liema bħalha jgħixu mill-ġdid il-kreattività u l-qdusija tal-fundaturi jew fundatriċi tagħhom, biex iwieġbu għas-sinjali taż-żminijiet li qed jidhru fid-dinja tal-lum.81 Huma qabel xejn imħaġġin biex jibqgħu mexjin u ma jaqtgħux qalbhom fit-triq tal-qdusija fost il-ħafna diffikultajiet materjali u spiritwali tal-ħajja ta’ kuljum. Hi wkoll twissi biex il-ħidma personali kollha ssir bil-għaqal u tintwera fedeltà xierqa lejn il-missjoni proprja, waqt li s-suriet ta’ ħajja, jekk ikun meħtieġ, jiġu addattati għall-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet ġodda, dejjem bi ftuħ sħiħ għall-ispirazzjoni ta’ Alla u d-dixxerniment tal-Knisja. Iżda kulħadd ikun konvint li hu t-tfittix għal xebh dejjem akbar mal-Mulej, li jiggarantixi kull tiġdid li jrid jibqa’ fidil għall-kariżma tal-bidu.82

Skont dan il-ħsieb, kull Istitut llum hu fid-dmir li jiġġedded skont ir-regula tiegħu, għaliex fir-regula u fil-Kostituzzjonijietukoll wieħed għandu isib kif jimxi wara Kristu skont il-kariżma mwettaq mill-Knisja. Osservanza aktar sħiħa tar-regola ma tistax ma tagħtix lill-persuna konsagrata kriterju żgur fit tfittix ta’ suriet adatti ta’ xhieda li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-lum u mingħajr ma jitbegħdu mill-ispirazzjoni tal-bidu.

 

Talb u axxetiżmu: taqbida spiritwali

  1. Is-sejħa għall-qdusija tiġi milqugħa u tmur ‘l quddiem biss b’adorazzjoni siekta tat-traxxendenza infinita ta’Alla:”Irridu nistqarru li aħna lkoll ninħtiġuħ dan is-skiet mimli bil-preżenza ta’ adorazzjoni: fit-teoloġija,biex tagħraf is-siwisħiħ tan-natura sapjenzali u spiritwali tagħha; fit-talb, biex ma ninsew qatt li tara ‘l Alla jfisser li tinżel minn fuq il-muntanja b’wiċċek kollu jiddi hekk li jkollok tgħattih b’velu (ara Eż 34, 13); fl-impenn , biex jiġi evitat kull periklu li l-ġlieda titqies bla mħabba u bla maħfra ,,, Kull min jemmen u kull min ma jemminx irid jitgħallem dak is-skiet li jħalli lill-ieħor jitkellm , meta u kif irid , u nkunu nistgħu nifhmu kliemu.”83 Dan jitlob fedeltà liema bħalha lejn it-talb liturġiku u t-talb privat, bi żmien dedikat għat-talb mentali u għall-kontemplazzjoni, għall-irtiri kull xahar u għall-eżerċizzi spiritwali.

Meħtieġ ukoll li jkun hemm mezzi axxetiċi skont it-tradizzjonijiet spiritwali tal-Knisja u ta’ kull Istitut. Għall-mixi tassew ‘il quddiem fil-qdusija, dawn dejjem urew u għadhom juru għajnuna tassew effikaċi għall-mixi ‘il quddiem fil-qdusija. L-axxetiżmu hu meħtieġ fuq li meħtieġ għall-persuni konsagrati, biex irażżnu u jikkoreġu l-ġibdiet tan-natura tal-bniedem imdgħajfa mid-dnub, u hekk jibqgħu fidili għall-vokazzjoni tagħhom u jimxu wara Kristu mit-triq tas-salib.

Jeħtieġ ukoll li jingħarfu u jingħelbu dawk it-tentazzjonijiet li juru ruħhom bħala xi ħaġa tajba, imqanqlin mill-qerq tax-xitan. Hekk, biex insemmu eżempju, il-ħtieġa leġittima li wieħed ikun jaf sewwa s-soċjetà tal-lum, biex wieħed jista’ jwieġeb aħjar għall-isfidi tagħha, tista tħajjar biex wieħed iċedi għad-drawwiet taż-żmien li ikun, u hekk tonqos fih il-ħeġġa spiritwali jew jidħol il-qtigħ il-qalb. Il-formazzjoni spiritwali aktar għolja tista twassal lill-persuni konsagrati biex iħossu li huma superjuri għal-bqija tal-insara u, minn naħa l-oħra, il-ħerqa xierqa ghal ttħejjija tajba tista’ twassal għal tfittix ħerqan ta’ effiċjenza bħallikieku l-ħidma appostolika tiddependi aktar mill-ħila tal-bniedem milli minn Alla. Ix-xewqa ta’ min ifaħħarha li tkun aktar qrib l-irġiel u n-nisa tal-lum, jemmnu jew ma jemmnux, fqar jew għonja, tista’ twassal biex tfittex xi sura ta’ ħajja fid-dinja jew biex iġġib ‘l qudddiem il-valuri umani għar-raġunijiet materjali biss. It-tisħib fl-aspirazzjonijiet leġittimi tal-pajjiż u tal-kultura tiegħu jista’ wkoll iħajjar biex jitħaddnu xi suriet ta’ nazzjonaliżmu u ta’ drawwiet li jeħtiġilhom jiġu msoffija u mwassla għad-dawl tal-Evanġelju.

It-triq lejn il-qdusija għalhekk titlob li tiġi aċċettata ġlieda spiritwali. Hu dmir iebes li llum mhux dejjem hu magħruf biżżejjed. It-tradizzjoni spiss rat f’din il-ġlieda spiritwali xbieha tal-ġlieda ta’ Ġakobb mal-misteru ta’ Alla, li tħabat miegħu biex ikollu l-barka tiegħu u jarah (ara Ġen12. 12-23). F’din il-ġrajja tal-bidu tal-istorja biblika, il-persuni konsagrati jistgħu jaraw sinjal ta’dak l-axxetiżmu li jinħtieġu biex jiftħu qalbhom u jilqgħu lill-Mulej u lil ħuthom.

 

Inġibu ‘l quddiem il-qdusija

  1. Iż-żmien tal-lum, aktar minn żminijiet oħra, jitlob impennmġedded fil-qdusija mill-persuni konsagratibiex tiġi ‘l quddiem u titwettaq ix-xewqa ta’ kull nisrani għall-perfezzjoni. “Jeħtieġ għalhekk li f’kull nisrani ikun hemm ħerqa għall-qdusija, ħeġġa għall-konversjoni u xewqa għat-tiġdid, waqt li titkattar aktar il-ħerqa għat-talbu għas-solidarjetà mal-proxxmu, l-aktar ma’ dawk li huma fil-bżonn.”84

Il-persuni konsagrati, daqskemm ifittxu li jkabbru l-ħbiberija tagħhom ma’ Alla, jiksbu l-ħila li jgħinu lil ħuthom b’inizjattivi spiritwali sodi, bħalma huma l-ħafna suriet ta’ skeeejjel ta’ talb, eżerċizzi spiritwali, irtiri, ġranet ta’ ġabra fis-skiet, djalogu spiritwali u direzzjoni spiritwali. B’dan il-mod il-bnedmin jimxu ħafna ‘l quddiem fit-talb, aktar malajr jiksbu l-ħila li jagħrfu r-rieda ta’ Alla għalihom u li l-fidi titlob minnhom qlubija, meta ma titlobx ukoll eroiżmu. Dan għaliex il-persuni konsagrati “mill-istess natura tal-ħajja reliġjuża jinħatfu mid-dinamiżmu tal-ħajja tal-Knisja, għatxana għal dak l-Assolut li hu Alla u msejħa għall-qdusija. Huma xhieda ta’ din il-qdusija.85 Kulħadd hu msejjaħ għall-qdusija u dan ma jistax iseħħ jekk ma jwassalx lil dawk li għażlu bħala sura ta’ ħajjithom il-missjoni li jfakkru lill-oħrajn b’dan id-dmir.

 

“Qumu, la tibżgħux”: fiduċja mġedda

  1. “Ġesu resaq lejhom, messhom u qalilhom:”Qumu, la tibżgħux”. (Mt 17, 7). L-istess bħat-tliet Appostli tat-Trasfigurazzjoni, il-persuni konsagrati jafu sewwa mill-esperjenza li ħajjithom mhux dejjem tkun imdawla b’dik il-ħeġġa li twassalna biex ngħidu: “Kemm hu sew li aħna hawn” ( Mt 17, 4). Iżda ħajjithom dejjem “tmissha” id il-Mulej, u hi ħajja li tisma dejjem leħen il-Mulej u hi mwettqa bil-grazzja tiegħu..

“Qumu, la tibżgħux”. Dan il-kliem il-Mulej jgħidu lil kull nisrani, u din hi ħaġa ċara. Iżda dan il-kliem jiswa wisq aktar għal min ġie msejjaħ biex “iħalli kollox”, u għalhekk “jissogra” kollox għal Kristu. Dan aktarx jiġri l-aktar meta wieħed jinżel minn fuq il-muntanja flimkien ma’ Kristu, jinżel mit-Tabor biex, immexxi minnu, jaqbad it-triq tal-Kalvarju.

Meta San Luqa jgħid li Mosè u Elja tkellmu ma Kristu dwar il-misteru tal-Għid tiegħu , bil-ħsieb u b’tifsir liema bħalu uża l-kliem “it-tmiem ta’ ħajtu” (exodos): “dehru jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellha sseħħ f’Ġerusalemm” (Lq 7, 31). Exodus hija l-kelma fondamentali fir-Rivelazzjoni, kelma li tfakkar il-ġrajja kollha tas-salvazzjoni, u turi l-qawwa kbira tal-misteru tal-Għid. Dan il-ħsieb hu għażiż ħafna għall-ispiritwalità konsagrata għaliex tfissirha tajjeb ħafna. Fiha hemm dak kollu li għandu x’jaqsam mal-misteru tas-Salib . Dan l-exodus meta nħarsu lejh minn fuq il-muntanja Tabor jidher iebes, għax qisu triq bejn żewġt idwal: id-dawl imħabbar minn qabel tat-Trasfigurazzjoni u d-dawl definitiv tal-Qawmien mill-imwiet.

Il-vokazzjoni għall-ħajja konsagrata —– jekk inħarsu lejha fid-dawl tal-ħajja nisranija kollha kemm hi —- għalkemm titlob ċaħdiet u provi, anzi minħabba dawn iċ-ċaħdiet u provi, hija triq ta’ dawl li fuqha jgħasses bla heda l-Feddej: “Qumu, la tibżgħux.”

 

KAPITLU II

 

SIGNUM FRATERNITATIS

 

IL-ĦAJJA KONSAGRATA: SINJAL TA’ XIRKA FIL-KNISJA

 

  1. VALURI LI JIBQGĦU

 

Bħal xbieha ta’ Trinità

  1. Il-Mulej Ġesù, tul ħajtu fid-dinja , sejjaħ lil min ried biex iżommhom miegħu ujgħallimhom bl-eżempju ta’ ħajtu ħa jgħixu għall-Missier u għall-missjoni li hu rċieva minn għandu (ara Mk 3, 13-15). Hekk ta bidu għall-familja ġdida li fiha tul iż-żminijiet kellhom jidħlu dawk kollha li kienu lesti “jagħmlu r-rieda ta’ Alla” (ara Mk 3, 13-15). Wara li l-Mulej tela’ s-sema, bid-don mogħti mill-Ispirtu s-Santu twaqqfet komunità ta’ aħwa madwar l-Appostli għat-tifħir ta’ Alla u għal xirka bejniethom. (ara Atti 2,42-47; 4,32-35). Din il-ħajja ta’ xirka u, wisq aktar l-esperjenza ta’ qsim sħiħ ma’ Kristu li kellhom it-Tnax, kienu dejjem l-eżempju li lejh dejjem ħarset il-Knisja, kull darba li riedet tħoss mill-ġdid il-ħeġġa tal-ewwel żminijiet u ġġedded il-qawwa evanġelika tagħha fil-mixi tagħha tul iż-żminijiet.86

Fil-fatt, il-Knisja hi mill-istess natura tagħha xirka, poplu miġbur “fl-għaqda tal-Missier u tal-iben u tal-Ispirtu s-Santu.”87 Il-ħajja tal-aħwa trid turi l-għoli u l-għana kollu ta’ dan il-misteru, qisha toffri ruħha bħala post fejn tgħammar it-Trinità, u b’dan il-mod twassal fil-ġrajja tal-bniedem dawk id-doni tax-xirka li huma proprji tat-Tliet Persuni tat-Trinità Qaddisa. Ħafna huma fil-ħajja tal-Knisja l-oqsma u s-suriet ta’ ħajja li fihom isseħħ xirka tal-aħwa. Il-ħajja konsagrata bir-raġun kollu għandha titqies bħala dik il-ħajja li effettivament żammet bla mittiefsa fil-Knisja x-xirka tal-aħwa bħala xhieda tat-Trinità Qadddisa. Il-ħajja konsagrata, hija u ġġib ‘il quddiem l-imħabba bejn l-aħwa wkoll f’ħajja ta’ komunità, uriet li tisħib fix-xirka mat-Trinità jista jwassal għat-tibdil fir-relazzjonijiet bejn il-bnedmin, bil-ħolqien ta’ sura ġdida ta’ solidarjetà. B’dan il-mod uriet lin-nies kemm il-ġmiel ta’ xirka bejn l-aħwa u kemm it-triq li twassal għal din ix-xirka. Il-persuni konsagrati jgħixu “għal” Alla u għalhekk jistgħu jagħtu xhieda tal-qawwa tal-grazzja għar-rikonċiljazzjoni li ġġib fix-xejn kull fehma u kull tendenza għall-firda, li tinsab fil-qalb tal-bniedemu fis-soċjetà.

 

Ħajja tal-aħwa fl-imħabba.

  1. Il-ħajja tal-aħwa, li nistgħu nqisuha ħajja ta’ tisħib fl-imħabba, hi sinjal ċar tax-xirka fil-Knisja. L-Istituti reliġjużi u s-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika jgħożżuha b’mod speċjali, għax fihom tikseb tifsir speċjali ta’ ħajja f’komunita.88 L-għaqda bejn l-aħwa la hi barranija għall-Istituti sekulari u lanqas għall-ħajja konsagrata li wieħed jgħixha individwalment. L-eremiti, bil-ħajja ta’ solitudni sħiħa tagħhom, mhux biss ma jinqatgħux mix-xirka tal-Knisja, imma jaqdu din ix-xirka bil-kariżma speċifika tal-kontemplazzjon; il-verġni konsagrati li jgħixu fid-dinja juru l-konsagrazzjoni tagħhom permezz ta’ relazzjoni speċjali mal-Knisja partikulari u universali; l-istess nistgħu ngħidu għar-romol konsagrati, irġiel jew nisa.

Dawn il-persuni kollha, huma u jgħixu bħala dixxipli tal-Evanġelju, jaqdu l-kmandament ġdid tal-Mulej u “jħobbu lil xulxin bħalma ħabbna hu” (ara Ġw 13,34). L-imħabba ta’ Kristu wasslitu għall-għoti tiegħu nnifsu, sas-sagrifiċċju kbir tas-Salib. Fost id-dixxipli ma jistax ikun hemm vera għaqda jekk ma jkunx hemm imħabba bla tfixkil għal xulxin, imħabba li titlob ħerqa biex tgħin lill-oħrajn b’qalb kbira, ħeffa biex tilqa’ lil ieħor kif inhu, mingħajr ebda preġudizzju (ara Mt 7, 1-2), u ħila li taħfer lill-oħrajn, “sa sebgħa u sebgħin darba” (Mt 18, 22). Il-persuni konsagrati, “b’qalb waħda u ruħ waħda” (Atti 4, 32), b’din l-imħabba msawba fi qlubhom mill-Ispirtu s-Santu (Rum 5, 5), iħossu ruħhom imbuttati biex ikollhom kollox flimkien: kemm il-ġid materjali u kemm il-ġid spiritwali, it-talenti u l-ispirazzjonijiet, l-appostolat u l-għemejjel tal-imħabba. “Fil-ħajja konsagrata l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu mogħtija lill-individwu bilfors trid tasal għand l-oħrajn kollha ukoll … u hekk l-individwu jithenna bid-don tiegħu iżda jgħaddih ukoll lill-oħrajn, u hekk kulħadd jikseb il-frott tad-doni tal-oħrajn qisu kienu tiegħu stess89.

Fil-ħajja flimkien b’xi mod irid jidħer li x-xirka bejn l-aħwa aktar milli mezz għal xi missjoni, trid tkun post teologali fejn wieħed jista’ bl-esperjenza tiegħu stess iġarrab mistikament il-presenza tal-Mulej imqajjem mill-imwiet (ara Mt 18, 20).90 Dan iseħħ permezz tal-imħabba li jkollhom għal xulxin dawk kollha li huma membri tal-komunità, imħabba li titmantna mill-Kelma u mill-Ewkaristija, imsoffija mis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, imwettqa mit-talb flimkien, don speċjali tal-Ispirtu s-Santu lil dawk li jħejju ruħhom għas-smigħ bil-qima tal-Evanġelju. L-istess Spirtu jwassal lir-ruħ għall-esperjenza tal-għaqda mal-Missier u ma’ Ibnu Ġesù Kristu (ara 1 Ġw 1, 3), għaqda li hi l-għajn tal-imħabba bejn l-aħwa. Il-komunitajiet ta’ ħajja konsagrata jiġu mmexxija mill-Ispirtu s-Santu biex jaqdu l-missjoni tagħhom fil-Knisja u jaqdu l-bnedmin kollha, kull wieħed skont l-ispirazzjoni proprja tiegħu.

F’din il-ħaġa għandhom importanza kbira l-“Kapitli”, jew laqgħat oħra bħalhom, kemm partikulari u kemm ġenerali, fejn kull Istitut hu msejjaħ jagħżel is-Superjuri jew il-mexxejja tiegħu skont ir-reguli tal-Kostituzzjonijiet u, imdawlin mid-dija tal-Ispirtu, jaraw il-mod kif iħarsu u jaddattaw il-kariżma u l-wirt spiritwali proprju skont iż-żmien u l-kultura li tkun.91

 

Id-dmir tal-awtorità

  1. Fil-ħajja konsagrata d-dmir tas-Superjuri, ta-Superjuri lokali wkoll, dejjem kellu importanza kbira għall-ħajja spiritwali u għall-missjoni tal-komunità̀.F’dawn is-snin ta’ stħarriġ u ta’ tibdil xi drabi nħasset il-ħtieġa li dan id-dmir jiġġedded. Iżda wieħed irid jammetti li dawk li għandhom din l-awtorità ma jistgħux jiċċaħdu minn dan id-dmir li jkunu l-ewwel responsabbli tal-mixi appostoliku u spiritwali tal-aħwa fil-komunità.

F’qadgħiet fejn kulħadd jaħseb għal rasu hi ħaġa diffiċli li jingħaraf u jiġi aċċettat id-dmir li jrid ikollu min għandu l-awtorità ħa jġib ‘l quddiem il-ġid ta’ kulħadd. Iżda jeħtieġ li titwettaq l-importanza ta’ dan id-dmir, għax hu meħtieġ biex tissaħħaħ l-għaqda bejn l-aħwa u biex l-ubbidjenza li tkun ġiet imwiegħda ma tisfax fix-xejn. Jekk jeħtieġ li l-awtorita tkun qabel xejn l-awtorità fraterna u spiritwali, u għalhekk dak li jkollu l-awtorità jrid, fi djalogu mal-aħwa, jara x’għandu jsir, iżda wieħed qatt ma jrid jinsa li l-aħħar kelma hi ta’ min għandu l-awtorità u għalhekk għandu d-dritt li jara li jseħħ kulma jkun deċiż.92

 

Sehem l-anzjani

  1. Il-kura tal-anzjaniu tal-morda għandha importanza kbira fil-ħajja tal-aħwa, l-aktar f’dan iż-żmien meta f’ħafna postijiet qed jikber l-għadd ta’ persuni konsagrati anzjani. Mhuwiex biss sinjal ta’ mħabba u ta’ gratitudni turihom il-kura ħerqana li tkun tistħoqqilhom, imma hu wkoll għarfien li x-xhieda tagħhom hi ta’ servizz kbir għall-Knisja u għall-Istituti tagħhom, u li l-missjoni tagħhom għad għandha s-siwi tagħha għax tiswa wkoll meta l-għomor u l-mard iġegħluhom iħallu l-appostolat speċifiku tagħhom. L-anzjani għandhom ħafna x’jagħtu bl-għerf u l-esperjenza tagħhom lill-komunità jekk din hi qrib tagħhom, kollha ħerqana u lesta biex tismagħhom.

Fil-fatt il-missjoni appostolika vera aktar minn kull ħidma, tiddependi mix-xhieda tal-impenn sħiħ fir-rieda salvifika tal-Mulej, impenn li jitmantna bit-talb bla heda u bil-penitenzi. Għalhekk hemm ħafna raġunijiet għaliex l-anzjani jistgħu jkomplu jgħixu l-vokazzjoni tagħhom: talb bla heda, aċċettazzjoni bis-sabar kollu tal-qagħda li fiha jkunu, ħerqa biex jaqdu l-missjoni ta’ diretturi spiritwali, konfessuri u mexxejja fit-talb.93

 

Bħala komunitajiet ta’ żmien l-Appostli

  1. Il-ħajja tal-aħwa għandha ħidma fondamentali fil-mixi ‘l quddiem tal-persuni konsagrati, sew biex jiġġeddu bla heda u sew biex iwasslu għall-milja tagħha l-missjoni tagħhom fid-dinja: dan joħroġ mir-raġunijiet teoloġiċi li huma l-pedament ta’ din il-ħajja u li hi mwettqa mill-istess esperjenza. Għalhekk inħeġġeġ lill-persuni konsagrati kollha biex jgħożżu din il-ħajja bil-għaqal kollu, fuq l-eżempju tal-ewwel insara ta’ Ġerusalemm li kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-Appostli, fit-talb flimkien, fl-Ewkaristija mqaddsa, u fil-qsim flimkien tal-ġid kollha tan-natura u tal-grazzja li kien ikollhom (ara Atti 2, 42-47). Ir-reliġjużi rġiel u r-reliġjużi nisa, kif ukoll il-membri tas-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika, inħeġġiġhom bil-qawwa kollha biex b’qalb kbira jgħixu fl-imħabba ta’ xulxin, u juruha skont ma titlob in-natura tal-Istituti tagħhom biex kull komunità tidher bħala sinjal jiddi ta’ Ġerusalemm il-ġdida li hi “l-għamara ta’ Alla fost il-bnedmin.” (Apok 21, 2-3)

Il-Knisja tafda ħafna fix-xhieda tal-komunitajiet, mimlijin “bil-ferħ tal-Ispirtu s-Santu” (Atti 13, 52). Tixtieq turi lid-dinja kollha l-eżempju ta’ dawk il-komunitajiet fejn il-ħerqa għal xulxin tgħin biex tingħeleb is-solitudni, fejn il-komunikazzjoni ma’ xulxin tħeġġeġ għal-qsim flimkien ta’ kull responsabbilta, fejn il-maħfra tfejjaq it-tiġrib, u fejn jissaħħaħ l-impenn ta’ kull wieħed fl-għaqda bejniethom. F’dawn il-komunitajiet in-natura tal-kariżma tagħhom tmexxi l-enerġiji ta’ kulħadd, twettaq il-fedeltà tagħhom u twassal għal għan wieħed l-apostolat ta’ kulħadd. Il-Knisja biex turi l-veru wiċċ tagħha lill-bnedmin tal-lum, teħtieġ komunitajiet ta’ aħwa li minnhom infushom jagħtu sehemhom għall-evanġeliżżazzjoni l-ġdida, billi juru bil-fatti l-frott ta’ dan il-“kmandament ġdid”.

 

 

 

Inħossu mal-Knisja

  1. Dmir tassew kbir jintalab lill-istess ħajja konsagrata mit-tagħlim tal-Knisja bħala xirka, kif ġie mfisser bil-qawwa kollha mill-Konċilju Vatikan II. Il-persuni konsagrati, jekk tassew iridu jkollhom l-esperjenza tal-ispiritwalità tax-xirka u jgħixuha f’ħajjithom,94 huma mistednin biex ikunu “xhieda ta’ dak il-pjan għall-għaqda, li għandu jkun il-qofol tal-ġrajja tal-bniedem skont il-pjan ta’ Alla u jwettquh” 95. Il-ħsieb tax-xirka tal-Knisja huwa u jiżviluppa fi spiritwalità tax-xirka, iwassal biex wieħed jaħseb, jitkellem u jagħmel b’mod li l-Knisja dejjem aktar tikber u tinxtered. B’hekk jiġri li “l-ħajja tax-xirka tal-Knisja ssir sinjal għad-dinja, u qawwa li tiġbed u tmexxi lill-bnedmin biex jemmnu fi Kristu… Hekk ix-xirka, hija u tinfetaħ għall-missjoni, issir hi stess missjoni”, anzi “għax xirka ġġib xirka min-natura tagħha stess issir xirka missjunarja”.

Fil-fundaturi u fil-fundatriċi naraw dejjem sens ħaj tal-Knisja, li juri ruħu fit-tisħib sħiħ tagħhom fil-ħajja kollha tal-Knisja u fl-ubbidjenza ħerqana tagħhom lejn ir-Rgħajja u b’mod speċjali lejn il-Papa. F’din id-dehra ta’ mħabba għall-Knisja mqaddsa li hi “kolonna u pedament tal-verità (1 Tim 3, 15) nifhmu malajr u aħjar id-devozzjoni ta’ San Franġisk t’Assisi “għas-Sinjur Papa”97, il-ħerqa ta’Santa Katerinata’ ta’ Siena bħala bint ta’ dak li kienet issejjaħlu “l-ħelu Kristu fuq l-art”98, ta’San Injazju ta’ Loyola fl-ubbidjenza appostolika u fis-sentire cum Ecclesia tiegħu,99, tal-fidi ferrieħa ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù hija u tistqarr: “Jien bint il-Knisja”100 Hekk ukoll nistgħu nifhmu x-xewqa kbira ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù hija u tistqarr: “Jien bint il-Knisja.”100 Hekk ikoll nistgħu nifhmu x-xewqa kbira ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù hija u tgħid:”Inkun jien l-imħabba fil-qalb tal-Knisja ommi.”101 Dawn ix-xhieda juru ċar xirka perfetta mal-Knisja, xirka li ġarrbu l-qaddisin irġiel u nisa, il-fundaturi u l-fundatriċi fi żminijiet diversi u spiss diffiċli ħafna. Il-persuni konsagrati jridu iħarsu spiss lejn dawn l-eżempji biex iwarrbu minnhom dawk it-tendenzi li jbegħdu u jifirdu u li tant huma komuni fiż-żminijiet tal-lum.

Dan l-aspett li jfisser ħafna tax-xirka ekklesjali hi rabta sħiħa fil-fehma u fil-qalb mal-Maġisteru tal-Isqfijiet, għaqda li l-persuni konsagrati kollha jridu jgħixuha u jagħtu xhieda għaliha quddiem il-Poplu ta’ Alla u l-aktar dawk impenjati fir-riċerka teoloġika, fit-tagħlim, fil-kitba, fil-katekeżi u fil-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali.102 Għaliex il-persuni konsagrati għandhom post speċjali fil-Knisja l-imġiba tagħhom hi ta’ importanza kbira għall-Poplu kollu ta’ Alla. Il-ħidma appostolika tagħhom tikseb qawwa u saħħa mix-xhieda tal-imħabba tagħhom ta’ wlied li, fil-qasam tal-missjoni profetika li għandu kull min hu mgħammed, turi sura speċjali ta’ koperazzjoni mal-ġerarkija tal-Knisja.103 B’dan il-mod, l-aktar bl-għana tal-kariżmi tagħhom, il-persuni konsagrati jgħinu l-Knisja turi dejjem aktar fil-fond “l-għaqda intima tagħha ma’ Alla u l-għaqda tal-ġens kollu tal-bnedmin”.104

 

Il-fraternita fil-Knisja universali

  1. Il-persuni konsagrati huma mistiedna biex ikunu l-ħmira ta’ xirka missjunarja fil-Knisja universali, għaliex il-ħafna kariżmi mogħtijin lill-Istituti kollha mill-Ispirtu s-Santu għall-ġid tal-Ġisem mistiku ta’ Kristu huma għall-bini ta’ dan il-Ġisem (ara 1 Kor 12, 31) Hi tassew “don għola” (ara 1 Kor 12, 31) l-imħabba, jgħidilna l-Appostlu, għax “hi l-kbira fosthom” (1 Kor 13, 13) għax tgħaqqad flimkien il-ħafna doni diversi u ssaħħaħ kull don biex ikun ta’ għajnuna fil-ħidma tal-appostolat. Dan hu proprju l-għan ta’ dik ir-rabta partikulari li ħafna suriet ta’ ħajja konsagrata u ta’ Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika għandhom mal-ministeru ta’ għaqda u mal-missjoni universali li hi proprja tas-Suċċessur ta’ San Pietru. L-istorja ta’ l-ispiritwalità tfisser sewwa din ir-rabta u turi l-ħidma provvidenzjali tagħha, biex tħares kemm l-identità speċifika tal-ħajja konsagrata u kemm il-ħidma missjunarja għax-xandir tal-Evanġelju. Ix-xandir ferħan tal-Evanġelju u t-twaqqif fis-sod tal-Knisja f’ħafna postijiet tad-dinja u l-mixi ‘l quddiem tal-fehmiet insara li qed jaraw il-knejjes ġodda ma nistgħux nifhmuhom ____ kif qalu sewwa l-isqfijiet tas-Sinodu ____ kieku ma kienx hemm il-ħidma ta’ tant Istituti ta’ ħajja konsagrata u ta’ Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika li tul iż-żminijiet baqgħu fidili lejn is-suċċessuri ta’ San Pietru li f’dawn l-Istituti u Soċjetajiet sabu ħeġġa ħerqana biex jimpenjaw ruħhom fil-ħidma missjunarja li xi drabi meta kien meħtieġ, waslet ukoll għall-eroiżmu.

Dan juri l-karattru universali u komunitarju li hu proprja tal-Istituti ta’ ħajja konsagrata u tas-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika. Għaliex huma supra-djoċesani, minħabbba r-relazzjoni speċjali li għandhom mal-ministeru ta’ San Pietru, huma wkoll għall-qadi tal-koperazzjoni bejn il-ħafna Knejjes partikulari,105 għaliex jistgħu b’mod tassew effikaċi jġibu ‘l quddiem “il-bdil tad-doni” u hekk jagħtu sehemhom għall-inkulturazzjoni tal-Evanġelju u jsaffu l-kulturi tal-popli kollha, isaħħuhom u jagħtu ġieħ lill-għana kollu tagħhom .106 Illum ukoll, għax fil-Knejjes ġodda qed jiffjorixxu l-vokazzjonijiet għall-ħajja konsagrata, qed jidher ċar kemm il-ħajja konsagrata għandha l-ħila turi fix-xirka kattolika l-ħtiġijiet ta’ ħafna popli u kulturi.

 

Il-ħajja konsagrata ul-Knisja partikulari

  1. Il-persuni konsagrati għandhom ukoll ħidma importanti x’jagħmlu fi ħdan il-Knejjes partikulari. Hu għalhekk li mit-tagħlim tal-Konċilju dwar il-Knisja bħala xirka u misteru, u mit-tagħlim dwar il-Knejjes partikulari li huma parti mill-Poplu ta’ Alla , “li fihom tassew tinsab u taħdem il-Knisja Waħda, Qaddisa, Kattolika u Appostolika, 107 dan l-aspett tal-ħajja konsagrata ġie studjat fil-fond u miġbur f’ħafna dokumenti wara l-Konċilju. Minn dawn id-dokumenti jidher ċar li l-koperazzjoni tal-persuni konsagrati mal-Isqfijiet tgħin ħafna biex tiżviluppa b’mod organiku l-ħidma pastorali djoċesana. Jgħinu ħafna l-kariżmi tal-ħajja konsagrata għall-bini tal-imħabba fil-Knejjes partikulari.

Il-ħafna suriet ta’ kif wieħed jgħix il-kunsilli evanġeliċi, juru u huma l-frott ta’ doni spiritwali li rċevew il-fundaturi u l-fundatriċi: dawn huma esperjenzi tal-Ispirtu li għaddew għand id-dixxipli ta’ dawn il-fundaturi u l-fundatriċi, biex jgħixuhom, iħarsuhom, jifhmuhom aktar fil-fond u jkattruhom huma u jikbru fl-istess waqt flimkien mal-Ġisem ta’ Kristu.”108 L-identità proprja ta’ kull Istitut għandha rabta speċjali ma’ sura partikulari ta’ qdusija u ta’ appostolat, li tissaħħaħ bil-mod il-mod u ssir tradizzjoni speċifika, li turi ruħha f’għadd ta’ elementi oġġettivi.109 Minħabba f’dan, il-Knisja tieħu ħsieb tara li l-Istituti jikbru u jitkattru skond il-fehma tal-fundaturi u l-fundatriċi tagħhom u skont it-tradizzjonijiet tajba tagħhom.110

Għalhekk lil kull istitut tingħatalu awtonomija xierqa, u hekk kull Istitut ikun jista’ jħares id-dixxiplina tiegħu u jgħożż il-wirt spiritwali u appostoliku tiegħu. Hu dmir l-Ordinarji tal-post li jħarsu u jiddefendu din l-awtonomija.111 L-isqfijiet għalhekk għandhom jilqgħu u jistmaw il-kariżmi tal-ħajja konsagrata, u jagħtuhom posthom fil-ħidma pastorali tad-djoċesi. Għandhom juru ħerqa speċjali għall-Istituti ta’ dritt djoċesan li huma fdati f’idejn l-Ordinarju biex jieħu ħsiebhom b’mod speċjali. Djoċesi li hi nieqsa mill-ħajja konsagrata, barra li tkun imċaħħda minn tant u tant doni spiritwali, hi mċaħħda wkoll minn tant postijiet adatti għan-nies li qed ifitxu ‘l Alla, għall-attivitajiet speċifiċi ta’ appostolat u għall-ħidma pastorali, u hemm ukoll il-periklu li jiddgħajjef sewwa dak l-ispirtu missjunarju li jagħni l-kotra kbira tal-Istituti.112 Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm tweġiba għad-don tal-ħajja konsagrata li l-Ispirtu s-Santu jqajjem fi Knisja partikulari, għax dan id-don għandu jiġi milqugħ b’qalb kbira u b’radd il-ħajr.

 

Xirka ekkleżjali li tagħti l-frott u tkun organizzata tajjeb

  1. L-Isqof huwa l-missier u r-ragħaj tal-Knisja partikulari kollha kemm hi. Dmir tiegħu hu li jagħraf kull kariżma u jħarisha: iġibha ‘l quddiem, u jara li tkun f’ordni mal-kariżmi l-oħra. Għalhekk għandu jilqa’ bl-imħabba pastorali tiegħu l-kariżma tal-ħajja konsagrata bħala grazzja li mhijiex biss grazzja għal xi Istitut partikulari imm ahi grazzja li tinxtered fil-Knisja kollha. Għalhekk l-Isqof għandu jwettaq u jgħin il-persuni konsagrati biex, f’xirka mal-Knisja, ikunu miftuħin għall-inizzjattivi spiritwali u pastorali adatti għall-ħtiġijiet pastorali ta’żmienna, waqt li jibqgħu fidili lejn il-fehmiet tal-fundatur. Min-naħa tagħhom imbagħad, il-persuni konsagrati ma għandhomx jonqsu li bil-qalb kollha jagħtu sehemhom fil-ħidma tal-Knejjes partikulari, sa fejn jistgħu u skont il-kariżma proprja tagħhom, huma u jaħdmu f’xirka mal-Isqof fl-oqsma tal-evanġelizzazzjoni, tal-katekeżi u tal-ħajja tal-paroċċi.

Irridu niftakru li l-Istituti ta’ ħajja reliġjuża, waqt li jorbtu l-qadi tagħhom fil-Knisja universali mal-qadi tagħhom fil-Knisja partikulari, m’għandhomx jinsistu fuq awtonomija xierqa u fuq l-eżenzjonijiet li ħafna minnhom għandhom,113 biex jiġġustifikaw ċerti għażliet tagħhom li jmorru kontra dawk il-ħtiġijiet li għaqda organika titlob biex il-ħajja ekkleżjali timxi ‘l quddiem. Għall-kuntrarju jeħtieġ li l-inizzjattivi pastorali tal-persuni konsagrati jingħarfu u jseħħu fi djalogu miftuħ kollu tjieba bejn l-Isqfijiet u s-Superjuri tal-Istituti li jkun hemm. L-attenzjoni speċjali li jridu juru l-Isqfijiet għall-vokazzjoni u l-missjoni tal-Istituti u r-rispett li dawn ghandu jkollhom għall-ministeru tal-Isqfijiet, flimkien ma’ aċċettazzjoni minnufih tad-direttivi pastorali tagħhom għall-ħajja tad-djocesi, huma żewġ aspetti ta’ dik ix-xirka ekkleżżjali fl-imħabba li għandha timbotta lil kulħadd ħa jagħti sehmu għall-bini tax-xirka organika ___ kariżmatika u ġerarkika fl-istess waqt__ tal-poplu ta’ Alla.

 

Djalogu dejjem sejjer mogħti l-ħajja mill-imħabba

  1. Djalogu dejjem sejjer bejn l-Isqfijiet u s-superjurital-Istituti ta’ ħajja konsagrata u ta’ Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika hu dejjem f’waqtu biex ikun hemm għarfien ta’ xulxin, tant meħtieġ minn qabel għal koperazzjoni effettiva flimkien, l-aktar fil-qasam pastorali. B’kuntatt regulari s-Superjuri reloġjużi jostgħu jżommu infurmati l-Isqfijiet b’inizjattivi ta’ appostolat li fi ħsiebhom jagħmlu fid-djoċesitajiet tagħhom , biex ikun hemm ftehim dwar kif se jseħħu dawn l-inizjattivi. Min-naħa l-oħra jixraq li delegati tas-Superjuri jiġu mistiedna ħa jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Konferenzi Episkopali u, min-naħa l-oħra , d-delegati tal-Konferenzi Episkopali jiġu mistiedna ħa jieħdu sehem fil-Konferenzi tas-Superjuri maġġuri skont suriet li jridu jiġu definiti sewwa. F’din il-ħaġa tista’ tkun ta’ għajnuna kbira, jekk għad m’hemmx, Kummissjoni imħallta ta’ Isqfijiet u superjuri Maġġuri114 biex flimkien jiddiskutu problemi kollha li jistgħu jolqtuhom it-tnejn. Jgħin ħafna għall-għarfien ta’ xulxin il-fatt li fl-istudji teoloġiċi tal-presbiteri djoċesani tkun imdaħħla t-teoloġija u l-ispiritwalità tal-ħajja konsagrata u, fl-istess waqt, li fl-edukazzjoni tal-persuni konsagrati tingħata attenzjoni xierqa għat-teoloġija tal-Knisja partikulari u għall-ispiritwalità tal-kleru djoċesan.115

Hu ta’ faraġ għalija niftakar li fis-Sinodu mhux biss kien hemm ħafna diskorsi dwar id-duttrina tax-xirka, imma wkoll kulħadd wera ruħu kuntent bid-djalogu li seħħ, b’sinċerità sħiħa, bejn l-Isqfijiet u r-reliġjużi irġiel u nisa li kienu preżenti. Dan wassal biex intweriet ix-xewqa li “l-esperjenza spiritwali ta’ xirka u ta’ koperazzjoni tibqa’ sejra fil-Knisja kollha”, ukol wara s-Sinodu.116 Hi xewqa tiegħi li lkoll nikbru fil-fehma u l-ispiritwalità tax-xirka.

 

Fraternità f’dinja mifruda u ħażina

  1. Il-Knisja tafda lill-komunitajiet ta’ ħajja konsagrata d-dmir partikulari li jkattru x-xirka spiritwali, l-ewwel bejniethom u mbagħad fil-komunita ekkleżjali u, fl-aħħarnett, ‘l hemm minnha, billi jagħtu bidu jew ikomplu djalogu ta’ mħabba l-aktar fejn id-dinja tal-lum hi mġarrba minn mibegħda etnika u vjolenza tassew kiefra. Għas-soċjetajiet tad-dinja tal-lum – soċjetajiet spiss imġarrbin minn passjonijiet u interessi kontra xulxin, iżda dejjem ħerqana għall-għaqda mingħajr ma jafu kif se jaslu għaliha – il-komunitajiet ta’ ħajja nisranija li jinsabu fosthom, huma sinjal għaaaaalihom ta’ djalogu li dejjem jista’ jkun hemm u li jista’ jġib armonija fost tant diversitajiet – għaliex fihom jinsabu jgħixu flimkien bħal aħwa persuni ta’ etajiet, ilsna u kulturi differenti.

Il-komunitajiet ta’ ħajja konsagrata, bix-xhieda ta’ ħajjithom, huma mibgħutin iħabbru d-dinjità tal-fraternità nisranija u l-qawwa għat-tiġdid tal-Bxara t-tajba.117 li twassal biex ilkoll jagħrfu li huma wlied Alla u timbuttahom biex juru mħabba għal kulħadd u b’mod speċjali għal dawk l-aktar imsejkna. Dawn il-komunitajiet huma postijiet ta’ tama u ta’ għarfien tal-beatitudnijiet, postijiet fejn l-imħabba li tikseb il-qawwa mit-talb, jigifieri mill-għajn tax-xirka, hi msejħa biex tkun ir-raġuni tal-ħajja u l-għajn tal-hena.

L-Istituti internazzjonali, f’dan iż-żmien tagħna mmarkat minn tant kwistjonijiet li jħaddnu d-dinja kollha u li fiha qed jerġgħu jidhru l-idoli tan-nazzjonaliżmu, huma msejħin biex jagħtu ħajja lis-sentiment ta’ xirka bejn il-ġnus, razez u kulturi u jagħtu xhieda għalih. Sakemm issaltan fehma ta’ fraternità, il-ftuħ għall-problemi tad-dinja kollha, mhux se jkun bl-ebda mod ta’ tfixkil għall-għana tad-doni partikulari, kif l-importanza speċjali mogħtija lil xi don partikulari mhux se tfixkel id-doni l-oħra jew l-ustess għaqda. L-Istituti internazzjonali dan jistgħu jiksbuh b’mod tassew effikaċi, għax iridu jħabbtu wiċċhom b’mod kreattiv mal-problema tal-inkulturazzjoniwaqt li jibqgħu jgħożżu l-identità tagħhom.

 

 

 

Xirka bejn Istituti differenti

52.Is-sentiment tax-xirka ekkleżjali iwettaq u jmantni relazzjonijiet spiritwali fraterni u koperazzjoni bejn il-ħafna Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika. Persuni li humamarbutin ma’ xulxin għax mexjin flimkien wara Kristu u mogħtijin ħajja mill-istess Spirtu, ma jistgħux ma jurux, bħala friegħi ta’ Dielja waħda, il-milja tal-Evanġelju. Huma u jiftakru fil-ħbiberija spiritwali li spiss fuq l-art kellhom ma’ xulxin il-ħafna fundaturi u fundatriċi, il-komunitajiet ta’ ħajja konsagrata, waqt li jħarsu l-fedeltà lejn il-kariżma proprju tagħhom, huma msejħin biex juru dik il-fraternità għolja li għandha tħeġġeġ lill-membri l-oħra kollha tal-Knisja biex jagħtu xhieda tal-Evanġelju fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Kliem San Bernard lill-membri ta’ għadd ta’ Ordnijiet reliġjużi jgħoddu għal-lum ukoll: “Infaħħarhom kollha …. Jien marbut mal-ħarsien tar-regola ta’ Ordni wieħed, iżda marbut mal-Ordnijiet kollha bl-imħabba. Ilkoll neħtieġu ‘l xulxin; jalla l-imħabba twassal biex jien ma nkunx mill-frott spiritwali ta’ dawk l-Istituti li tagħhom miniex membru … Hi xi ħaġa tal-għaġeb li f’dan l-eżilju fuq l-art, fil-Knisja li għadha miexja lejn pajjiżha, hemm, f’ċertu sens, pluralità, biex ngħid hekk: pluralità waħdanija u għaqda fil-pluralità. Kif hemm fis-sema ħafna għamajjar f’dar waħda, hekk hawn fid-dinja hemm ħafna Ordnijiet fi Knisja waħda .. hawn għandna ħafna suriet ta’ grazzji, hemm insibu ħafna għażliet ta’ glorja .. Fl-aħħar mill-aħħar l-għaqda hemm u hawn tinsab fl-imħabba”. 118

 

Kordinament bejn l-Istituti

  1. Il-Konferenzi tas-Superjuri maġġuri u l-Konferenzi tal-Istituti sekulari jistgħu jgħinu ħafna x-xirka tal-Knisja. Dawn l-istituzzjonijiet imwettqin u regulati mill-Konċilju Vatikan II119 u mid-dokumenti li ħarġu wara,120 għandhom bħala għan ewlieni tagħhom li jġibu ‘l quddiem il-ħajja konsagrata fi ħdan il-missjoni tal-Knisja.

Permezz ta’ dawn il-konferenzi l-Istituti juru x-xirka li hemm bejniethom u jfittxu l-mezzi biex isaħħuha, waqt li jħarsu u jistmaw sewwa l-kariżmi proprji ta’ kull Istitut, li juru l-misteru tal-Knisja u l-għerf ta’ Alla ta’ ħafna suriet.121 Jien iħeġġeġ lill-Istituti ta’ ħajja konsagrata biex jaħdmu flimkien, u l-aktar f’dawk in-nazzjonijiet fejn, minħabba ċirkostanzi diffiċli ħafna huma mħajrin jingħalqu fihom infushom, bi ħsara kbira għall-ħajja konsagrata u għall-Knisja. Jeħtieġ għall-kuntrarju li huma jgħinu lil xulxin biex jagħrfu x’inhu l-ħsieb ta’ Alla f’dan iż-żmien tal-ġrajja tagħna, biex ikunu adatti għal dan iż-żmien l-inizzjattivi ta’ appostolat li jieħdu.122 Fid-dawl ta’ xirka, miftuħa għat-tamiet ta’ żminijietna, is-Superjuri Reliġjużi, “f’ħidma waħda mal-Isqfijiet” għandhom iħabirku biex “jutilizzaw il-ħidmiet tal-aħjar koperaturi ta’ kull istitut u joffru servizzi, mhux biss biex jingħelbu xi limiti li jista’ jkun hemm, imma wkoll biex joħolqu sura adatta ta’ formazzjoni fil-ħajja konsagrata.”123

Inħeġġeġ il-Konferenzi tas-Superjuri maġġuri u tal-Istituti sekulari biex ikollhom kuntatt dejjem sejjer mal-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u għas-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika, bħala sinjal tax-xirka tagħhom mas-Sede Appostolika. Għandu jkun hemm ukoll relazzjonijiet ħajja u kollhom fiduċja mal-Konferenzi Episkopali ta’ kull pajjiż. Fid-dawl tad-dokument Mutuae relationes, dawn il-kuntatti għandhom ikunu kuntatti regulari biex l-inizzjattivi li jittieħdu matul iż-żminijiet, ikunu dejjem koordinati ma’ xulxin u f’ħin f’waqtu. B’ħarsien sħiħ tal-fehmiet u tad-direttivi tal-Maġisteru, kull ma jsir biex ikun hemm koordinament u xirka, ikun ta’ siwi kbir ħalli jinsabu soluzzjonijiet biex jitwarrbu fil-ġenb kull nuqqas ta’ ftehim u kull tensjoni, kemm fit-teoriji u kemm fil-prattika.124 B’dan il-mod, mhux biss jgħinu għall-kobor tax-xirka bejn l-Istituti ta’ ħajja konsagrata u l-Isqfijiet, imma wkoll iġibu ‘l quddiem il-missjoni tal-Knejjes partikulari.

 

Xirka u koperazzjoni mal-lajċi

  1. Fost il-frott li f’dawn l-aħħar snin ta’ tagħlim dwar il-Knisja bħala xirka, irridu ngħoddu l-għarfien li l-membri kollha tal-Knisja jistgħu u għandhom jgħaqdu ma’ xulxin il-forzi tagħhom f’koperazzjoni u fi bdil bejniethom tad-doni tagħhom u hekk ikun hemm tisħib aktar qawwi fil-missjoni tal-Knisja. Dan iwassal biex ikollna dehra aktar ċara u aktar sħiħa tal-Knisja, u hekk tkun tista’ twieġeb b’qawwa akbar għall-sfidi ta’ żmienna, bl-għaqda flimkien tad-doni li jġibu dawk li jieħdu sehem fiha.

Ir-relazzjonijiet mal-lajċi fil-każ ta’ Istituti monastiċi u kontemplattivi huma aktarx relazzjonijiet ta’ karattru spiritwali, waqt li r-relazzjonijiet ma’ Istituti mpenjati fl-appostolat huma aktar relazzjonijiet ta’ koperazzjoni pastorali. Il-membri tal-Istituti sekulari , kemm lajċi u kemm kjeriċi, jitħalltu mal-bqija tal-insara fis-suriet tal-ħajja ta’ kuljum, Illum mhux ftit Istituti minħabba kondizzjonijiet ġodda, għarfu li jistgħu jsieħbu l-lajċi mal-kariżma tagħhom, u dawn jiġu mistiedna ħa jaqsmu b’ħeġġa akbar l-ispiritwalità u l-missjoni ta’ dawn l-Istituti. Nistgħu ngħidu li l-esperjenza storika tul iż-żminijiet turina li, kif fl-imgħoddi ħarġu l-Ordnijiet sekulari u terz’Ordnijiet issa qed tinkiteb ġrajja oħra, mimlija b’tamiet kbar, dik tar-relazzjonijiet ta’ persuni konsagrati mal-lajċi.

 

Għat-tiġdid ta’ dinamiżmu spiritwali u appostoliku

  1. Dawn is-suriet ġodda ta’ xirka u ta’ koperazzjoni għandhom jiġu ‘l quddiem għal ħafna raġunijiet. Qabel xejn jista’ jiġri li minn dawn is-suriet toħroġ dija ta’ spiritwalità bi frott kotran li tmur ‘l hemm mill-Istitut innifsu, u hekk jiġu żgurati wkoll li jkomplu fil-Knisja dawk is-suriet ta’ qadi proprju tal-Istitut li jkun. Minn hawn imbagħad tista’ tibda sseħħ ħidma qawwija favur il-missjoni tal-Istitut bit-tisħib flimkien tal-persuni konsagrati u tal-lajċi. Imqanqlin mill-eżempji ta’ qdusija tal-persuni konsagrati, il-lajċi jitwasslu biex ikollhom esperjenza diretta tal-kunsilli evanġeliċi, u qalbhom titqawwa biex jgħixu u jagħtu xhieda tal-ispirtu tal-Beatitudnijiet , u hekk ibiddlu d-dinja skont il-qalb ta’ Alla .

Is-sehem tal-lajċi spiss jista’ jwassal għall-għarfien aktar fil-fond ta’ xi aspetti tal-kariżma mhux mistennija, li jwasslu għal tifsir aktar spiritwali tiegħu u għajnuna ħa jinsabu u jitwettqu direttivi ġodda għall-ħeġġa f’appostolat imġedded. Huma liema huma l-ħidmiet u d-dmirijiet li għandhom il-persuni konsagrati, iridu jiftakru dejjem li, qabel xejn huma esperti fit-tmexxija tal-ħajja spiritwali u, minħabba f’hekk għandhom jgħożżu “talent ta’ siwi kbir, it-talent tal-ispirtu.”126 Il-lajċi mbagħad għandhom joffru lill-familji reliġjużi l-aspett sekulari ta’ ħajjithom u wkoll is-servizz speċifiku tagħhom.

 

 

Lajċi volontarji u assoċjati

  1. Mod ta’ tisħib li jfisser ħafna tal-lajċi fl-għana tal-ħajja konsagrata hu dik is-sura ġdida ta’ tisħib li biha l-lajċi jingħaqdu mal-Istitutibħala membri assoċjati, kif isejħulhom, jew jingħaqdu skont kondizzjonijiet li niltaqgħu magħom f’ċerti kulturi, bħala persuni li għal ċertu żmien jgħixu l-ħajja sħiħa tal-komunita li tkun u għall-ħidma kontemplattiva jew appostolika tagħha, sakemm – u dan hu evidenti – dan ma jkunx ta’ ħsara għall-ħajja intima tal-Istitut.127

Bir-raġun kollu din il-ħidma volontarja li toħroġ mill-għana tal-ħajja konsagrata hi ta’ siwi kbir; iżda jeħtieġ ukoll li dawn il-volontarji, barra li jkunu kapaci għaliha, ikunu wkoll imqanqlin min fehmiet spiritwali għoljin u jkollhom sens kbir tax-xirka fil-Knisja.128 Irridu wkoll inżommu ċar quddiemna li l-inizjattivi, li jista’ jkun hemm u li fihom ikunu mpenjati l-lajċi, meta tkun se titieħed xi deċiżjoni fuqhom, biex ikunu meqjusa bħala inizjattivi tal-Istitut li jkun, iridu jġibu ‘l quddiem l-għan tal-Istitut u l-Istitut stess ikun responsabbli għalihom. Għalhekk jekk xi lajċi se jmexxu dawn l-inizjattivi, iridu jagħtu kont ta’ għemilhom lis-Superjuri leġittimi. Jaqbel li dan kollu jistħarreġ u jitmexxa skont direttivi speċjali mfassla minn kull Istitut u approvati minn awtoritajiet aktar għolja; dawn id-direttivi jridu juru ċar liema huma r-responsabbiltajiet tal-Istitut innifsu, tal-komunitajiet, tal-membri assoċjati u tal-voluntieri.

Il-persuni konsagrati li jintbagħtu mis-Superjuri, waqt li jibqgħu soġġetti għalihom, jistgħu jissieħbu fl-inizjattivi tal-lajċi skont suriet speċifiċi ta’ koperazzjoni u l-aktar dawk l-istituzzjonijiet li qed jaħdmu fost l-imwarrbin mis-soċjetà u jridu jtaffu t-tbatijiet tan-nies. Din il-kollaborazzjoni, jekk imqanqla u mwettqa minn fehmiet insara ċari u qawwija, u tirrispetta n-natura partikulari tal-ħajja konsagrata, tista’ twassal il-qawwa tiddi tal-Evanġelju fil-qagħdiet l-aktar imdallma tal-ħajja tal-bniedem.

F’dawn l-aħħar snin mhux ftit persuni konsagrati saru membri ta’ dawn il-movimenti ekkleżjali, li tant żdiedu fi żminijietna. Din id-drawwa kinitilhom ta’ ġid, l-aktar jekk inqisu t-tiġdid spiritwali li seħħ. Iżda ma nistgħux niċħdu li f’xi ċirkonstanzi, dan it-tisħib fil-moviment ekkleżjali ġieb inkwiet u taħwid f’xi individwi u f’xi komunitajiet, l-aktar meta ħolqu konflitt ma’ dak li titlob il-ħajja komunitarja u l-ispiritwalità tal-Istitut. Għalhekk jeħtieġ li t-tisħib f’dawn il-movimenti ma jkunx ta’ theddid għall-kariżma u d-dixxiplina tal-Istitut li jkun,129 u kulma jsir ikun bil-permess tas-Superjuri, b’fehma sħiħa li wieħed joqgħod għad-deċiżjonijiet tagħhom.

 

Id-dinjità u l-ħidma tal-mara konsagrata

  1. Il-knisja turi ċar il-ħafna għana spiritwali li għandha meta twarrab fil-ġenb kull diskriminazzjoni u taċċetta bħala barka dawk id-doni li Alla jxerred kemm fuq l-irġiel u kemm fuq in-nisa, għax tqis li għandhom l-istess dinjità. In-nisa konsagrati huma, b’mod partikulari, mistiedna biex bid-dedikazzjoni tagħhom, li jgħixuha bil-ferħ fil-milja kollha tagħha jkunu sinjal ta’ tjieba ta’ Alla mal-bnedmin, u xhieda speċjali tal-Knisja verġni, għarusa u omm.130 Dan id-dmir tagħhom ħareġ ċar ħafna fis-Sinodu li fih ħadu sehem ħafna nisa, u l-fehmiet tagħhom kulħadd semagħhom u apprezzahom. Xi wħud minnhom ukoll ħarġu b’fehmiet li huma ta’ siwi kbir għall-ħajja tal-Knisja u għall-ħidma tax-xandir tal-Evanġelju. Ma jistax ikun li wieħed jiċħad il-verità ta’ ċerti fatti li jolqtu n-nisa f’xi qagħdiet soċjali u fl-istess Knisja. Iżda jeħtieġ ngħidu wkoll li l-għarfien tagħhom infushom tan-nisa, li qed iseħħ illum, qed jgħin l-irġiel biex ibiddlu fehmiethom, il-mod kif iqisu lilhom infushom, posthom fl-istorja tad-dinja, kif jifhmuh, il-mod kif jorganizzaw il-ħajja soċjali, politika, ekonomika, reliġjuża u ekkleżjali.

Meta l-Knisja rċeviet minn Kristu aħbar ta’ ħelsien, irċeviet ukoll id-dmir li dan l-aħbar tħabbru b’mod profetiku billi trawwem il-ħsieb u l-imġiba tan-nies skont il-ħsieb ta’ Alla. F’din il-ħaġa, il-mara konsagrata, mill-esperjenza tagħha fil-Knisja u ta’ mara fil-Knisja, tista’ tagħti sehma biex jitwarrbu ċerti fehmiet mgħawġa u nieqsa li la jagħrfu u lanqas juru ċar id-dinjità tagħha u s-sehem tagħha fil-ħajja u fil-ħidma pastorali u missjunarja tal-Knisja. Għalhekk jaqbel li l-mara konsagrata tħabrek biex il-kwalitajiet tagħha, il-fakultajiet tagħha, il-ħidma tagħha, ir-responsabbiltajiet tagħha jingħarfu fil-Knisja u fil-ħajja ta’ kuljum.

Il-ġejjieni tal-evanġeliżżazzjoni u ta’ kull sura ta’ ħidma missjunarja ma nkunux nistgħu nifhmuhom jekk inwarrbu fil-ġenb l-għajnuna li jagħtu n-nisa, u l-aktar in-nisa konsagrati.

 

Tamiet ġodda ta’ preżenza u ta’ ħidma

  1. Għalhekk jeħtieġ li jittieħdu xi passi bis-serjetà kollha billi qabel xejn jingħataw okkażżjonijiet ta’ tisħib lin-nisa f’ħafna oqsma u f’kull livell, ukoll fl-oqsma fejn jiġu diskussi u jittieħdu deċiżjonijiet, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam man-nisa.

Jeħtieġ ukoll li l-formazzjoni tan-nisa konsagrati, mhux inqas minn dik tal-irġiel, tkun adatta għaż-żminijiet ġodda u jingħata żmien xieraq u okkażjonijiet tajba ta’ edukazzjoni sistematika li tħaddan l-oqsma kollha, minn dawk tat-teoloġija u tal-pastorali sa dawk professjonali. Il-formazzjoni pastorali u kateketika, li hi dejjem importanti ħafna, għandha tifsira ta’ siwi kbir għall-evaġeliżżazzjoni l-ġdida, li titlob suriet ġodda ta’ tisħib minn nisa wkoll.

Hi ħaġa żgura wkoll li formazzjoni aktar sħiħa, waqt li tgħin lin-nisa konsagrati biex jagħrfu x’inhuma d-doni proprji tagħhom, twassal biex fil-Knisja wkoll ikun hemm tqassim meħtieġ tad-dmirijiet bejn nisa u rġiel. Fir-riċerka teoloġika, kulturali u spiritwali, l-intelliġenza tan-nisa tista’ tgħin ħafna mhux biss f’dak li għandu x’jaqsam man-natura tal-ħajja konsagrata tan-nisa, imma wkoll fl-għarfien tal-fidi fl-aspetti kollha tagħha. F’din il-ħaġa l-istorja tal-ispiritwalità kisbet ħafna minn dawk il-qaddisin bħal Santa Tereża ta’ Ġesù u Santa Katerina ta’ Siena, l-ewwel nisa li ġew mogħtija gieħ bit-titlu ta’ Dutturi tal-Knisja, u mit-tifsir li ħafna mistiċi oħra taw tal-misteru ta’ Alla u tal-ħidma tiegħu f’dawk li jemmnu! Il-Knisja għandha tama qawwija fin-nisa konsagrati li jagħtu kontribut mill-aqwa ħa jiġu ‘l quddiem id-duttrina u l-imġiba nisranija u l-istess ħajja tal-familja u tas-soċjetà, speċjalment f’dak kollu li jolqot id-dinjità tal-mara u r-rispett għall-ħajja tal-bniedem.131 In-nisa għandu jkollhom spazju, forsi tassew speċjali u deċisiv, għall-ħsieb u għall-ħidma tagħhom: hu dmirhom li jġibu ‘l quddiem “femminiżmu ġdid” li jwassal biex tingħaraf in-natura vera tal-mara f’kull qasam tal-ħajja tas-soċjetà, mingħajr ma jkun hemm għalfejn li l-mara tfittex li turi “xbieha esaġerata tar-raġel”, hija u tħabrek bex jitwarrbu s-suriet kollha ta’ diskriminazzjoni, vjolenza u abbużi.”132

Hemm għalfejn nittamaw li għarfien aktar sħiħ tal-missjoni tal-mara jwassal biex il-ħajja tan-nisa konsagrati jkollha għarfien aktar għoli tal-ħidma proprja tagħha u dedikazzjoni aqwa għall-kawża ta’ Alla. Dan jista’ jintwera f’ħafna suriet ta’ ħidma, bħalma huma l-ħidma tal-evanġeliżżazzjoni, l-attività edukattiva, sehem fil-formazzjoni tas-saċerdoti u tal-persuni konsagrati ta’għada, għajnuna spiritwali, promozzjoni tal-valuri fondamentali tal-ħajja u tal-paċi.

Mill-ġdid nixtieq nuri l-ħajr u l-ammirazzjoni tal-Knisja kollha għan-nisa konsagrati, u għall-ħila tagħhom biex jiddedikaw ruħhom għall-ħidma li jridu jagħmlu. Il-Knisja tiqaf magħhom biex jgħixu l-vokazzjoni tagħho fil-milja kollha tagħha u bil-ferħ kollu, u jħossu li huma msejħin biex jgħinu u jedukaw il-mara tal-lum.

 

 

 

 

II IL-ĦIDMA PERSEVERANTI TAL-ISPIRTU S-SANTU:

FEDELTÀ FIT-TIĠDID

 

Il-klawstrali

  1. Il-ħajja monastika tan-nisa u l-klawsura għandu jkollhom attenzjoni speċjali minħabba l-istima li l-komunità nisranija għandha għal din is-sura ta’ ħajja, għax hi xbieha tal-għaqda waħdanija tal-Knisja bħala Għarusa ma’ Sidha, li tħobbu fuq kull ħaġ’oħra. Il-ħajja tal-klawstrali li turi ruħha l-aktar fit-talb, fl-axxetiżmu u fi progress għaqli fil-ħajja spiritwali, “mhijiex ħaġ’oħra ħlief mixi lejn Ġerusalemm tas-sema u tgawdija minn qabel tal-Knisja eskatoloġika li ma tiċċaqlaq qatt fl-għaqda u l-kontemplazzjoni ta’ Alla.”133 Fid-dawl ta’ din il-vokazzjoni u missjoni tal-Knisja, il-klawsura twieġeb għall-ħtieġa, li ma hemmx oħra aqwa minnha, li tkun mal-Mulej. Il-verġni klawstrali, huma u jagħżlu li jgħixu magħluqin f’monasteru, jissieħbu ma’ Kristu li tneżża minn kollox biex iħaddan faqar sħiħ, billi ċċaħħad mhux biss minn kull ħaġa, imma wkoll minn “post”, minn kuntatti , mill-ġid kollu tal-ħolqien. Dan il-mod speċjali li bih il-klawstrali joffru l-“ġisem”, twassalhom biex jidħlu aktar fil-fond tal-misteru ewkaristiku. Flimkien ma’ Kristu jingħataw għas-salvazzjoni tad-dinja. L-offerta tagħhom , barra li hi offerta ta’ sagrifiċċju u ta’ tpattija, hi wkoll radd ta’ ħajr lill-Missier, imsieħeb mar-radd ta’ ħajr tal-Iben il-maħbub. Il-klawsura, bl-għeruq tagħha f’din l-aspirazzjoni spiritwali mhijiex biss għemil axxetiku mill-aqwa, imma hi wkoll sura ta’ għixien tal-Għid ta’ Kristu134. Minn din l-esperjenza ta’ “mewt” toħroġ kotra ta’ “ħajja,” li hi tħabbira hienja u antiċipazzjoni profetika tas-setgħa li għad tingħata lil kull persuna u l-ġens kollu tal-bnedmin ħa jgħixu biss għal Alla fi Kristu Ġesù.(ara Rum 6, 11). Il-klawsura tfakkar dik ir-rokna tal-qalb fejn kull min hu msejjaħ, jgħix f’għaqda mal-Mulej. Il-klawsura , milqugħa bħala don u magħżula bħala tweġiba ħielsa ta’ mħabba , issir post ta’ xirka spiritwali bejn Alla u l-aħwa, fejn in-nuqqas ta’ spazju u r-relazzjonijiet ftit ħafna man-nies iwasslu biex jiżirgħu fil-qlub il-ġid tal-Evanġelju. (Ġw 13, 34; Mt 5, 3-8).

Il-komunitajiet ta’ klawsura, qishom belt fuq muntanja u dawl fuq imnara (ara Mt 5, 14-15): għalkemm qed jgħixu ħajja modesta ħafna, ifissru b’mod l-aktar ċar l-għan li lejh sejra kull komunità ekkleżjali, “ħerqana għall-ħidma u mogħtija għall-kontemplazzjoni,” 135 timxi ‘l quddiem tul –ż-żminijiet, moħha biss fit-tiġdid ta’ kollox fi Kristu fil-ġejjieni, tidher mal-Knisja fis-sebħ tal-Għarus tagħha 9ara Kol 3, 1-4)136 u Kristu “jerħi s-Saltna f’idejn Alla l-Missier wara li jkun qered kull ħakma u kull setgħa … u Alla jkun kollox u f’kollox”. (1 Kor 15, 24-28). Lil dawn is-sorijiet għeżież , jien inrodd ħajr u , fl-istess waqt, inħeġġiġhom biex jibqgħu fidili lejn il-ħajja klawstrali skont il-kariżma proprju tagħhom. Bl-eżempju tagħhom din is-sura ta’ ħajja tqajjem ħafna vokazzjonijiet u tqajjem ħafna u tħajjar bis-sura għolja ta’ “għerusija” dedikata kollha kemm hi għall-kontemplazzjoni ta’ Alla. Xi kultant bħala sinjal ta’ mħabba safja, il-ħajja kontemplattiva tiswa wisq aktar minn kull ħidma għax tnissel qawwa liema bħala ta’ appostolat u ta’ missjoni.137

L-Isqfijiet fis-Sinodu wrew stima liema bħalha għall-ħajja fil-klawsura, u fl-istess waqt qiesu t-talbiet li waslu minn hawn u minn hemm dwar id-dixxiplina bl-fatti ta’ din il-ħajja. Dwar dan is-Sinodu b’mod speċjali wera x-xewqa li lis-Superjuri maġġuri jingħataw aktar awtorità biex jiddispensaw mill-klawsura għal raġunijiet ġusti u serji:138 dan irid jitqies sewwa fid-dawl tat-tiġdid li sa issa sar minn mindu beda l-Konċilju.139 B’dan il-mod il-klawsura – fis-suriet u l-gradi kollha tagħha— mill-klawsura papali u kostituzzjonali sal-klawsura monastika—tkun taqbel aktar mal-ħafna suriet tal-Istituti kontemplattivi u tat-tradizzjonijiet monastiċi.

Kif stqarr is-Sinodu, l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet ta’ monasteri tajjeb li jiġu ‘l quddiem, ħaġa li rrikmandaha l-Papa Piju XII u l-Konċilju Vatikan II,140 l-aktar meta jonqsu suriet oħra effettivi ta’ koperazzjoni u ta’ għajnuna, biex jiġu mħarsa u jmorru ‘l quddiem il-valuri tal-ħajja kontemplattiva. Dawn l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet, waqt li dejjem iħarsu l-awtonomija leġittima tal-monasteri, jistgħu jkunu ta’ għajnuna li tiswa ħafna biex jinħallu problemi komuni, bħalma huma t-tiġdid xieraq, il-formazzjoni tal-bidu u dik dejjem sejra, għajnuna ekonomika lil xulxin, u riorganizzazzjoni tal-istess monasteri.

 

Istituti lajkali

  1. Skond it-tradizzjoni tal-Knisja l-ħajja konsagrata min-natura tagħha stess la hi lajka u lanqa klerikali,141 għalhekk “il-konsagrazzjoni lajkali “ kemm ta’ rġiel u kemm tan-nisa, hi stat ta’ ħajja li fih l-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi hi kollha kemm hi sħiħa.142 Hi għalhekk valur fiha nfisha kemm għal individwu u kemm għall-Knisja, iżda mingħajr il-ministeru mqaddes.

Is-Sinodu, skont it-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II,143 wera stima kbira għal din is-sura ta’ ħajja konsagrata li fiha r-reliġjużi li jgħixuha jagħmlu ħafna qadi ta’ siwi ta’ kull xorta fi ħdan il-komunità u barra minnha, huma u jagħtu b’dan il-mod sehemhom għax-xandir tal-Evanġelju u għax-xhieda ta’ mħabba fil-ħajja ta’ kuljum. Anzi xi ħidmiet tagħhom jistgħu jitqiesu bħala ministri ekkleżjali li l-awtorità leġittima tħalli f’idejhom. Dan jitlob formazzjoni adatta u sħiħa: formazzjoni umana, spiritwali, teoloġika, pastorali u professjonali.

Illum qed jissejħu “Istituti lajkali”144 dawk l-Istituti li, jew skont ir-rieda tal-fundatur tagħhom jew skont tradizzjoni leġittima, min-natura u l-għan tagħhom, ma jitolbux li l-membriikollhom l-Ordni Sagri. Iżda fis-Sinodu ntqal ċar u tond li dan il-kliem ma jfissirx biżżejjed n-natura partikulari tal-vokazzjoni tal-membri ta’ dawn l-Istituti. Dawn, għalkemm jagħmlu ħafna għemil bħal dak tal-lajċi, jagħmluh bħala persuni konsagrati u hekk ifissru l-għoti sħiħ tagħhom lill-Knisja, skont il-kariżma proprju tagħhom.

Minħabba f’hekk l-Isqfijiet fis-Sinodu, biex jitwarrab kull dubju u dawn l-Istituti jitqiesu biss ta’ natura sekulari bħal lajċi,145 issuġġerew li jibdew jissejħu Istituti reliġjużi tal-aħwa.146 Dan is-suġġeriment jiswa ħafna l-iktar jekk inqisu li l-kelma “aħwa” tfakkar għana bla qies ta’ ġid spiritwali. “Dawn ir-reliġjużi huma mistednin biex ikunu aħwa ma’ Kristu b’rabta liema bħalha miegħu li hu l-‘kbir fost ħafna aħwa’ (Rum 8,29); biex ikunu aħwa fl-imħabba għal xulxin u fil-ħidma flimkien għall-ġid tal-Knisja; aħwa wkoll ma’ kull bniedem bix-xhieda ta’ dik l-imħabba li biha Kristu jħaddan lil kulħadd, u l-aktar lil dawk li huma l-aktar imsejknin u foqra; biex fl-aħħarnett ikunu aħwa ħalli l-fraternità tikber dejjem aktar fil-Knisja” 147. “L-aħwa reliġjużi” huma u jgħixu din is-sura ta’ ħajja nisranija u konsagrata ifakkru bl-aktar mod effettiv lill-istess saċerdoti reliġjużi x’inhi d-dimensjoni fondamentali tal-fraternità fi Kristu, li jridu jgħixuha flimkien mal-irġiel u n-nisa kollha, huma u jxandru kliem il-Mulej: “Intom ilkoll aħwa” (Mt 23, 8).

F’dawn l-Istituti reliġjużi tal-aħwa xejn ma hemm li jżomm li xi membri jirċievu l-Ordni Sagri biex bħala saċerdoti jaqdu l-komunità sakemm dan ikun approvat mill-kapitlu Ġenerali tal-Istitut. 148 Iżda l-Konċilju Vatikan II ma tantx iħajjar għal dan għax xtaq li l-Istituti tal-aħwa jibqgħu dejjem fidili lejn il-vokazzjoni u l-missjoni tagħhom. Dan jgħodd ukoll għal min jingħata d-dmir ta’ Superjur, għax Superjur , b’mod speċjali, irid juri n-natura tal-Istitut innifsu. Iżda l-vokazzjoni tal-aħwa f’dawk l-Istituti li jissejħu “klerikali” hi differenti, għaliex kemm fil-ħsieb tal-fundatur u kemm bil-qawwa tat-tradizzjoni leġittima, dawn l-Istituti jissopponu s-servizz tal-Ordni Sagri, huma mmexxijin minn kjeriċi, u huma magħrufin bħala klerikali mill-awtoritajiet tal-Knisja.149 F’dan l-Istituti l-ministeru mqaddes hu parti meħtieġa tal-kariżma tal-Istitut u turi n-natura, l-għan u l-ispirtu tiegħu. Il-preżenza tal-aħwa f’dawn l-Istituti turi l-missjoni tal-istitut permezz ta’ suriet differenti ta’ tisħib, b’qadi fi ħdan l-Istitut jew barra minnu, flimkien ma’ dawk li għandhom il-ministeru saċerdotali f’ħidmiet ta’ appostolat.

 

Istituti mħallta

  1. Xi Istituti reliġjużi, skont il-ħsieb oriġinali tal-fundatur huma fraternità li fiha l-membri kollha – kemm saċerdoti kemm mhux saċerdoti — huma meqjusin indaqs, kisbu sura differenti tul iż-żminijiet. Dawn l-Istituti jissejħu “mħallta”, huma u jżommu ċar quddiemhom il-kariżma tal-fundatur, iridu jqisu sewwa jaqbilx jew jistax ikun li jerġgħu lura għall-ħsieb u r-rieda tal-bidu. L-Isqfijiet tas-Sinodu xtaqu f’din is-sura ta’ Istituti l-membri kollha jkollhom l-istess drittijiet u l-istess dmirijiet ħlief dawk li jiġu mill-Ordni Sagri.150 Twaqqfet kummissjoni biex tistudja l-problema li toħroġ minn din il-ħaġa u ssib soluzzjoni għaliha; wieħed għalhekk irid jistenna l-konklużjonijiet ta’ din il-Kummissjoni qabel jieħu xi deċiżjoni biex din tkun skont ma jiġi deċiż leġittimament.

 

Suriet ġodda ta’ ħajja evanġelika

  1. L-Ispirtu, li tul iż-żminijiet qajjem ħafna suriet ta’ ħajja konsagrata, ma jieqaf qatt iwettaq il-Knisja sew fl-Istituti li hemm illum billi jgħin fil-ħidma għat-tiġdid b’fedeltà sħiħa lejn il-kariżma tal-bidu, u sew billi jagħti kariżmi ġodda lill-irġiel u n-nisa tal-lum ħa jwaqqfu Istituti li jkunu jistgħu jwieġbu għall-ħtiġijiet ta’ żminijietna. Sinjali ta’ din il-ħidma divina huma l-Istituzzjonijiet ġodda li juru karatteristiċi b’xi mod ġodda imqabblin ma dawk l-Istituzzjonijiet tradizzjonali. L-oriġinalità tal-komunitajiet ġodda spiss tinsab fil-fatt li huma komunitajiet ta’ rġiel u nisa, ta’ kjeriċi u lajċi, ta’ miżżewġin u mhux miżżewġin, li qed ifittxu sura partikulari ta’ ġajja, li issa mod u issa ieħor jhi ispirata minn sura tradizzjonali ta’ ħajja adatta għall-ħtiġijiet tas-soċjetà tal-lum. L-impenn tagħhom fil-ħajja evanġelika jieħu wkoll ħafna suriet, waqt li dejjem juru ħerqa kbira għall-ħajja komunitarja , għall-faqar u għat-talb. Kemm il-lajċi u kemm il-kjeriċi għandhom sehem fit-tmexxija skont il-fakultajiet mogħtija lilhom, u l-appostolat tagħhom hu favur l-evanġeliżżazzjoni ġdida.

Jekk min-naħa għandna nifirħu bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, min-naħa l-oħra jrid ikun hemm dixxerniment tal-kariżmi. Jekk irridu nitkellmu dwar il-ħajja konsagrata, irridu niftakru li l-prinċipju fondamentali li rridu nqisu hu dak li l-karatteristiċi ta’ dawn il-komunitajiet ġodda jridu jkunu mwettqa minn dawk l-elementi teoloġiċi u kanoniċi li huma proprji tal-ħajja konsagrata.151 Dan id-dixxerniment hu meħtieġ kemm fil-qasam lokali u kemm fil-qasam universali, biex ikun hemm ubbidjenza bħall-Ispirtu wieħed. Fid-djoċesijiet l-isqof għandu jitħarreġ dwar ix-xhieda ta-ħajja u tal-fidi retta tal-fundaturi u tal-fundatriċi ta’dawn il-komunitajiet u dwar il-ħajja spiritwali tagħhom, l-ispirtu ekkleżjali fl-qadi tal-missjoni tagħhom, il-formazzjoni u l-mod tad-dħul f’dawn il-komunitajiet; irid iqis in-nuqqasijiet li jista’ jkun hemm, u bis-sabar kollu jistenna l-frott li jistgħu jagħtu (ara Mt 7, 16),152 biex jagħraf il-verità tal-kariżma. B’mod speċjali hu mitlub jagħti ġudizzju, skont il-kriterji ċari li hemm, dwar l-idonejità ta’ dawk li f’dawn il-komunitajiet iridu jersqu għall-Ordni Sagri.153

Skont dan il-prinċipju ta’ dixxerniment ma nistgħux inqisu bħala kategorija ta’ ħajja konsagrata, dawk l-impenji, ta’ min ifaħħarhom ħafna, li jidħlu għalihom xi nsara miżżewġin f’xi assoċjazzjonijiet u movimenti; dan għaliex huma u jfittxu li jwasslu għall-perfezzjoni l-imħabba tagħhom ġa “huma konsagrati” bis-sagrament taż-Żwieġ154 u qed iwettqu din il-konsagrazzjoni tagħhom billi iħarsu l-kastità proprja tal-ħajja taż-żwieġ, mingħajr ma jonqsu mid-dmirijiet lejn uliedhom u jħaddnu l-faqar u l-ubbidjenza.155 Din il-kjarifikazzjoni dwar in-natura ta’ dawn l-esperjenzi bl-ebda mod ma tfiser nuqqas ta’ stima għal din it-triq tal-qdusija li żgur mhijiex nieqsa hi wkoll mill-ħidma tal-Ispirtu s-Santu li hu għani ħafna bid-doni u l-ispirazzjonijiet tiegħu.

Minħabba dan l-għana kollu ta’ doni u ispirazzjonijiet għall-ħolqien ta’ inizjattivi ġodda jidher li jaqbel li titwaqqaf kummissjoni biex tqis sewwa l-problemi li jistgħu joħolqu dawn is-suriet ġodda ta’ ħajja konsagrata, biex tħejji u tfassal kriterji dwar l-awtentiċità, ħa jgħinu fid-dixxerniment u fil-ġudizzji.156 Dmir ieħor ta’ din il-Kummissjoni ikun dak li tqis fid-dawl tal-esperjenza ta’ dawn l-aħħar għaxriet ta’ snin, liema suriet ġodda ta’ konsagrazzjoni jistgħu jingħarfu mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi b’għaqal pastorali u għall-ġid ta’ kulħadd, u hekk jiġu suġġeriti lil dawk l-insara li qed ifittxu ħajja nisranija aktar perfetta.

Dawn il-komunitajiet ta’ ħajja evanġelika bl-ebda mod ma jieħdu post dawk l-istituzzjonijiet imsemmijin aktar ‘l fuq u li t-tradizzjoni tagħtihom post mill-aqwa. L-istituzzjonijiet ġodda wkoll huma don tal-Ispirtu s-Santu biex il-Knisja tibqa miexja wara Sidha b’ġenerożità liema bħalha, dejjem moħħha fis-sejħat tal-Mulej li tarahom fis-sinjali taż-żminijiet. Hekk quddiem id-dinja turi ruħha mlibbsa b’ħafna suriet ta’ qdusija u ta’ ħidma, bħala “sinjal u strument ta’ għaqda ntima ma’ Alla u tal-unità tal-ġens kollu tal-bnedmin.” L-istituti antiki, li ħafna minnhom tul iż-żminijiet għaddew minn tiġrib kbir milqugħ bis-sabar jistgħu jistagħnu permezz ta’ djalogu u ta’ bdil ta’ doni mal-fundazzjonijiet li qed jitwaqqfu fi żminijietna. B’dan il-mod il-qawwa ta’ ħafna istituzzjonijiet ta’ ħajja konsagrata, mill-antiki sa dawk l-aktar reċenti u l-vitalità tal-komunitajiet ġodda jgħinu biex tiġi ‘l quddiem il-fedeltà lejn l-Ispirtu s-Santu, li hu l-bidu tax-xirka u tat-tiġdid dejjem sejjer tal-ħajja.

 

 

 

 

III B’ĦARSA LEJN IL-ĠEJJIENI

 

Diffikultajiet u previżjonijiet

  1. It-tibdil li qed isir fis-soċjetà u n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet f’xi naħiet tad-dinja, qed itaqqlu l-ħajja konsagrata. Il-ħidma appostolika ta’ xi Istituti u l-preżenza tagħhom f’xi Knejjes tal-post jinsabu fi kriżi. U kif ġara drabi oħra fl-istorja, hemm ukoll xi Istituti li jinsabu fil-periklu li fi żmien qasir jiġu fix-xejn. Il-Knisja universali trodd ħajr liema bħalu lil dawn l-Istituti għall-għajnuna li taw għall-bini tagħha u għax-xhieda u għall-qadi tagħha.158 It-tiġrib tal-lum ma jnaqqas xejn mill-merti u l-frott tal-ħidma kollha li għamlu.

Għall-Istituti oħra hemm il-problema ta’ kif se jkunu l-ħidmiet ġodda tagħhom. Din il-ħidma, bl-ebda mod ma hi ħidma ħafifa, imma kemm-il-darba hi ta’ tiġrib kbir, titlob studju u għaqal kbir fid-dawl ta’ xi kriterji. Biex jissemmew xi eżempji: is-sens tal-kariżma tagħhom irid jibqa’ mħares, il-ħajja tal-aħwa trid tkompli sejra ‘l quddiem, iridu jkunu mħarsa l-ħtiġijiet tal-Knisja kemm universali u kemm partikulari, irid jiġi mħares dak li d-dinja qed twarrab fil-ġenb, irid ikun hemm tweġiba qalbiena u sinċiera għas-suriet ġodda ta’ faqar, l-aktar f’postijiet l-aktar imwarrba, permezz ta’ tħabrik bil-fatti wkoll jekk dan ikun biss xi ħaġa żgħira.159

Il-ħafna diffikultajiet li hemm minħabba nuqqas ta’ nies u ta’ ħidma, ma għandhomx iwasslu għan-nuqqas ta’ fiduċja fis-siwi evanġelika tal-ħajja konsagrata li dejjem tinsab u qed taħdem fil-Knisja. Għalkemm ebda istitut ma hu għal dejjem, il-ħajja konsagrata fiha nfisha tkompli tmantni fost l-insara l-imħabba għal Alla u għall-aħwa. Għalhekk id-destin storiku ta’ kull Istitut u ta’ kull sura ta’ ħajja konsagrata trid tingħażel mill-missjoni ekkleżjali għall-ħajja konsagrata fiha nfisha. Ix-xorti tal-Istitut tista’ tinbidel meta jinbidlu ċ-ċirkostanzi, iżda l-missjoni ekkleżjali għall-ħajja konsagrata qatt ma tista’ tispiċċa.

Dan jgħodd kemm għall-ħajja konsagrata ta’ sura kontemplattiva u kemm għall-ħajja konsagrata mpenjata f’ħidma ta’ appostolat. Kullimkien taħt l-ispirazzjoni dejjem sejra tal-Ispirtu s-Santu, il-ħajja konsagrata tibqa’ timxi ‘l quddiem bla waqfien, bħala xhieda mill-aqwa tal-għaqda li ma tiġi nieqsa qatt bejn l-imħabba ta’ Alla fil-bniedem u l-imħabba tal-proxxmu, bħala frott tal-imħabba ta’ Alla fil-bniedem u fis-soċjetà. Il-qagħdiet ta’ diffikulta li magħhom niltaqgħu llum, għandna nilqgħuhom b’dik il-hena tal-qalb tal-bniedem li jaf li dak li hu meħtieġ mhuwiex is-suċċess imma l-fedeltà fid-dmir. Wieħed irid joqgħod attent li l-ħajja konsagrata ma tiġix fix-xejn, mhux għax jonqos l-għadd tal-aħwa, imma għax tiddgħajjef l-għaqda spiritwali ma’ Alla u mal-vokazzjoni proprja u mal-missjoni. Għall-kuntrarju l-persuni konsagrati huma u juru fedeltà lejn il-ħajja konsagrata tagħhom, jistqarru bil-qawwa kollha quddiem id-dinja, il-fedelta sħiħa tagħhom lejn il-Mulej tal-istorja, li f’idejh hemm il-ġrajjiet u d-destin tal-individwi, l-istituzzjonijiet u l-popli, u għalhekk ukoll is-sħuħija tad-doni tiegħu fiż-żmien. Iċ-ċirkostanzi ħżiena u kritiċi iġiegħlu l-persuni konsagrati iħabbru bil-qawwa kollha l-fidi tagħhom fil-mewt u l-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet , biex huma stess isiru sinjal ħaj tal-mogħdija mill-mewt għall-ħajja.

 

 

Suriet ġodda biex jiġu ‘l quddiem il-vokazzjonijiet

  1. Il-missjoni tal-ħajja konsagrata u s-saħħa tal-Istituti żgur jiddependu mill-fedelta li l-persuni konsagrati juru lejn il-vokazzjoni tagħhom, iżda l-ġejjeni tagħhom jiddependi mill-fatt li jkun hemm irġiel u nisa oħra li jilqgħu bil-qalb is-sejħa tal-Mulej. Il-problema tal-vokazzjonijiet hi tassew sfida li tolqot direttament l-ħafna istituzzjonijiet u l-istess Knisja wkoll. Għall-pastorali tal-vokazzjonijiet huma meħtiġa sforzi kbar spiritwali u materjali, iżda l-effetti li jinkisbu mhux dejjem jaqblu mat-tamiet u l-isforzi li jkun hemm. Qed jiġri li l-vokazzjonijiet għall-ħajja konsagrata qed jiffjorixxu fil-Knejjes ġodda u fil-Knejjes li sofrew persekuzzjoni minn setgħat totalitarji, waqt li f’dawk il-pajjiżi li kien ikollhom għana ta’ vokazzjonijiet, ukoll ta’ vokazzjonijiet missjunarji, illum il-vokazzjonijiet naqsu ħafna.

Din il-qagħda xejn sabiħa tolqot ukoll il-persuni konsagrati u xi kultant twassalhom biex jistaqsu lilhom infushom: “Tlifna l-ħila li niġbdu lejna vokazzjonijiet oħra?” Iridu jittamaw fil-Mulej Ġesù li ma jieqaf qatt isejjaħ għall-mixi warajh, u jridu jafdaw fl-Ispirtu s-Santu li jispira u jagħti l-kariżma ta’ ħajja konsagrata. Waqt li nifirħu fil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu li jagħti ż-żogħżija lill-Għarusa ta’ Kristu, billi jwassal biex il-ħajja konsagrata tiffjorixxi f’ħafna nazzjonijiet, irridu nitolbu ħafna lil sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema fil-Knisja tiegħu, minħabba l-ħtiġijiet tal-evanġeliżżazzjoni l-ġdida (ara Mt 9, 37-38). Barra t-talb għall-vokazzjonijiet, hi meħtieġa wkoll ħidma, permezz tat-tħabbira ċara u katekeżi xierqa, biex il-persuni msejħin għall-ħajja reliġjuża jagħtu dik it-tweġiba ħielsa, imħeġġa u ħerqana li biha sseħħ il-grazzja tal-vokazzjoni.

L-istedina ta’ Ġesù: “Ejjew u taraw” (Ġw 1, 39) fiż-żminijiet tal-lum ukoll hija r-regula tad-deheb tal-ħidma pastorali għall-vokazzjonijiet. Trid turi, skont l-eżempju tal-fundaturi u l-fundatriċi, il-ġibda li għandha l-persuna tal-Mulej Ġesù u l-ġmiel tal-għoti sħiħ tiegħek innifsek f’gieh l-Evanġelju. Id-dmir ewlieni tal-persuni konsagrati hu li juru bil-kelma mħeġġa u bl-eżempju tagħhom l-ideal tal-mixi wara Kristu, u mbagħad jgħinu biex tingħata tweġiba għall-ispirazzjoniet tal-Ispirtu s-Santu fi qlub dawk l-imsejħin.

Wara l-ewwel laqgħa kollha ħeġġa ma’ Kristu, irid ikun hemm sforz – u dan hu evidenti – biex wieħed kuljum ikompli iwieġeb għall-vokazzjoni, li mbagħad tinbidel fi ġrajja ta’ ħbiberija mal-Mulej. Minħabba f’dan, il-ħidma pastorali favur il-vokazzjonijiet irid ikollha mezzi adatti, bħalma hi d-direzzjoni spiritwali, biex titmantna t-tweġiba personali lill-Mulej li hi ta’ siwi kbir ħalli wieħed isir dixxiplu u appostlu tal-Mulej. Jekk it-tkattir ta’ ħafna vokazzjonijiet f’ħafna partijiet tad-dinja joħloq fiduċja u jwettaq it-tama, in-nuqqas tagħhom f’partijiet oħra tad-dinja, għall-kuntrarju m’għandux jaqta’ l-qalb u jwassal għall-għażla ta’ kandidati bl-għaġġla kollha u bla tħejjija ta’xejn. Jeħtieġ li l-ħidma għall-vokazzjonijiet issir b’mod li tidher bħala ħidma u mpenn tal-Knisja kollha. 160 Dan jitlob il-koperazzjoni attiva tal-Isqfijiet, tar-reliġjużi, tal-familji u tal-għalliema, kif hu meħtieġ f’ħaġa li hi parti integranti tal-ħidma pastorali ta’ kull Knisja partikolari. F’kull djoċesi għalhekk għandu jkun hemm dan il-ministeru flimkien li jgħaqqad u jkattar l-isforzi ta’ kulħadd, iżda mingħajr ħsara għall-ħidma vokazzjonali ta’ kull Istitut, imma b’għajnuna għalih.161

Din il-koperazzjoni attiva tal-poplu kollu ta’ Alla mwettqa mill-Providenza, ma tistax ma tiksibx kotra ta’ doni mis-sema. Is-solidarjetà nisranija trid tagħmel minn kollox biex tgħin il-formazzjoni vokazzjonali f’pajjiżi li huma ekonomikament ifqar. F’dawn in-nazzjonijiet il-kordinament tal-vokazzjonijiet mill-Istituti kollha irid isir flimkien mal-Knejjes tal-post permezz ta’ mpenn attiv u fit-tul fil-ħidma pastorali kollha tagħhom.162 Imbagħad tkun qed issir tweġiba tassew għall-ispirazzjonijiet tal-Ispirtu, meta dawn jagħtu l-aħjar sforzi tagħhom f’ħidma għall-vokazzjonijiet u l-aktar b’ħidma mpenjattiva fost iż-żgħażagħ.

 

L-impenn fil-formazzjoni tal-bidu.

  1. L-Assemblea tas-Sinodu wriet attenzjoni speċjali lill-formazzjoni ta’ dawk li xtaqu jikkonsagraw ruħhom lill-Mulej.163 L-għan ewlieni tal-formazzjoni hu li l-bniedem jissawwar b’mod li jkun jista’ jikkonsagra ruħu kollu kemm hu lil Alla fil-mixi wara Kristu, huwa u jaqdi l-missjoni tal-Knisja. L-“iva” hi tweġiba għas-sejħa tal-Mulej u l-aċċettazzjoni personali konxja tad-dinamiżmu tal-ħidma vokazzjonali huma parti mir-responsabbiltà li kull min hu msejjaħ ma jistax jeħles minnha, għax ħajtu kollha trid tkun miftuħa għall-ħidma tal-Ispirtu s-Santu u b’qalb kbira jrid jaqbad it-triq tal-formazzjoni huwa u jilqa’ bil-fidi l-mezzi li joffrulu l-Mulej u l-Knisja.164 Għalhekk il-formazzjoni trid tinżel fil-fond tal-persuna li tkun, hekk li kull mġiba tagħha, kull ġest, kemm fil-mumenti l-aktar importanti tal-ħajja u kemm fil-mumenti ordinarji tal-ħajja ta’ kuljum, juru ċar li l-qagħda sħiħa u ferrieħa tagħha hi kollha kemm hi ta’ Alla.165 Għaliex l-għan tal-ħajja konsagrata hu x-xebh mal-Mulej Ġesù sa l-offerta kollha sħiħa tiegħu,166 il-formazzjoni dan trid tiksbu qabel kollox. Dan mhux ħaġ’oħra ħlief il-mixi pass pass wara Kristu fil-mixi tiegħu lejn il-Missier.

Jekk dan hu l-għan tal-ħajja konsagrata, il-mod li jrid iwassal għaliha, għandu jkollu karattru ta’ sħuħija. Il-formazzjoni trid tħaddan il-persuna kollha kemm hi,167 fl-aspetti individwali kollha tagħha, sew fl-imġiba u sew fir-rieda. Barra dan għax il-ormazzjoni trid tbiddel il-persuna kollha kemm hi, jidher ċar li l-ħidma tal-formazzjoni ma tista’ tieqaf qatt. Jeħtieġ li l-persuni konsagrati jkollhom tul ħajjithom kollha l-mezzi kollha biex jimxu ‘l quddiem fir-rabta tagħhom mal-kariżma u l-missjoni tal-Istitut proprju tagħhom.

Il-formazzjoni, biex tkun tassew sħiħa, trid tħaddan l-oqsma kollha tal-ħajja nisranija u tal-ħajja konsagrata. Għalhekk trid tagħti tħejjija umana, kulturali, spiritwali u pastorali, u, fuq kollox, attenzjoni biex ikun hemm rabta sħiħa u xierqa bejn dawn l-aspetti kollha. L-ewwel formazzjoni, li għandha titqies bħala proċess ta’ żvilupp lejn il-kobor sħiħ tal-persuna – mill-aspett psikoloġiku u spiritwali sal-aspett teoloġiku u pastorali – teħtieġ żmien twil biżżejjed. Għal dawk imsejħin għall-presbiterat, imbagħad, il-formazzjoni tal-bidu trid tkun taqbel mal-programmi speċifikati ta’ studju, bħala programm ta’ formazzjoni aktar wiesgħa.

 

Ħidma ta’ għalliema fil-formazzjoni

  1. Alla l-Missier, b’don bla heda ta’ Kristu u tal-Ispirtu, hu l-aqwa għalliem ta’ dak li se jikkonsagra lilu nnifsu lilu. Iżda Alla l-Missier imexxi din il-ħidma permezz ta’ bnedmin li jkunu strumenti f’idejh, billi jqiegħed qrib dawk li jsejjaħ xi aħwa maġġuri.

Il-formazzjoni hi sehem fil-ħidma tal-istess Missier li, bl-Ispirtu s-Santu, isawwab fi qlub iż-żgħażagħ is-sentimenti tal-Iben. Għalhekk l-għalliema, irġiel jew nisa, iridu jkunu persuni esperti fl-għarfien ta’ triqat il-Mulej, biex ikunu jistgħu jissieħbu mal-oħrajn f’dan il-mixi. Huma u jqisu l-ħidma tal-grazzja ta’Alla, jagħrfu juru wkoll liema hu t-tfixkil moħbi, iżda fuq kollox iridu juru l-ġmiel tal-mixi wara Kristu u l-kobor tal-kariżma li fih jidher. Il-mezzi umani jridu jorbtuhom mad-dawl tal-għerf spiritwali, biex ikunu ta’ għajnuna fl-għarfien tal-vokazzjonijiet, u fil-formazzjoni tal-bniedem il-ġdid, sa ma jkun tassew ħieles. L-aqwa mezz ta’ formazzjoni hu l-kollokwju personali, li jrid isir regolarment u kull ċertu żmien, bħala drawwa meħtieġa, effettiva u m’hemmx aħjar minnha.

Għal din il-ħidma ta’ importanzahekk kbira hi meħtieġa fuq li meħtieġa l-formazzjoni ta’ għalliema adatti li bil-ħerqa kollha jaqdu dmirhom fi qbil mal-Knisja kollha. Jaqbel li jkun hemm struttura għall-formazzjoni ta’ dawn l-għalliema, l-aktar f’dawk il-postijiet fejn hemm relazzjonijiet mal-kultura li fiha għad trid isseħħ il-ħidma pastorali ta’ kull wieħed. F’din il-ħidma ta’ formazzjoni, l-Istituti li huma mwaqqfin aktar fis-sod għandhom jgħinu l-Istituti li twaqqfu dan l-aħħar billi jisilfuhom xi wħud mill-membri tagħhom .

 

Thejjija komunitarja u appostolika

  1. Il-formazzjoni trid tkun ukoll komunitarja u l-aħjar post għaliha hi l-komunità fl-istituti ta’ ħajja reliġjuża u s-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika. F’komunità wieħed jibda jissieħeb fit-tbatija u l-hena tal-ħajja flimkien. Kull wieħed jidra jgħix ma’ dak l-ieħor li Alla qegħdlu ħdejh u jilqa’ minn għandu dak li hu tajjeb tiegħu, kif ukoll id-diversitajiet u l-istess limiti tiegħu. L-ewwelnett jitgħallem jaqsam ma’ l-oħrajn id-doni li hu rċieva għall-bini ta’ kulħadd, għax lil kull wieħed “tingħata r-rivelazzjoni tal-Ispirtu għall-ġid ta’ kulħadd” (1 Kor 12, 7).169 Fl-istess waqt, sa mill-bidu tal-formazzjoni, il-ħajja komunitarja trid turi d-dimensjoni missjunarja essenzjali tal-konsagrazzjoni. Għalhekk fl-ewwel żmien tal-formazzjoni, fl-Istituti ta’ ħajja konsagrata tiswa ħafna xi esperjenza konkreta li l-għalliema mbagħad jistħarrġu bil-għaqal kollu, ħalli permezz ta’ djalogu mal-kultura tal-ambjent, iqisu l-ħila fl-appostolat, il-kapaċità għall-adattament, l-ispirtu tal-inizzjattiva.

Jekk min-naħa l-oħra jaqbel ħafna li persuna konsagrata bil-mod il-mod tikseb kuxjenza evanġelika li tgħinha tagħraf x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin, kemm fil-kultura tagħha u kemm f’dik li hi fiha ‘l quddiem trid taħdem; min-naħa l-oħra trid tkun imħarrġa fil-ħidma iebsa ħa toħloq għaqda fil-ħajja, armonija bejn l-imħabba għal Alla u għall-aħwa, waqt li tifhem li t-talb hu r-ruħ tal-appostolat u wkoll li t-talb jitmantna u jitħeġġeġ mill-appostolat.

 

Formazzjoni sħiħa u adatta għal żminijietna

  1. Ċertu żmien ta’ formazzjoni li jwassal sal-professjoni perpetwa tal-voti, hu meħtieġ, fl-Istituti kemm ta’ rġiel u kemm tan-nisa, meta niġu għall-formazzjoni tal-aħwa lajċi. L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-komunitajiet tal-klawstrali, li għandu jkollhom għal qalbhom programmi adatti għal dak li għandu x’jaqsam mal-formazzjoni awtentika għall-ħajja kontemplattiva u għall-missjoni speċjali tagħha fil-Knisja.

L-Isqfijiet fis-Sinodu bil-qawwa kollha riedu li kull Istitut ta’ ħajja konsagrata u kull Soċjetà ta’ ħajja appostolika, mill-aktar fis ihejju programm ta’ formazzjoni li jkun jaqbel mal-kariżma li wassal għat-twaqqif tal-Istitut, juri kif għandha tkun il-mixja ċara u dinamika lejn l-ispiritwalità sħiħa tal-Istitut li jkun. Illum dan il-programm hu meħtieġ tassew illum: min-naħa jrid juri kif għandu jitwassal l-ispirtu tal-Istitut ħa jibqa’ jingħaraf fit-tjieba tiegħu tal-bidu u jgħixuh fis-sħuħija tiegħu wkoll fil-ġejjieni, f’kulturi u ambjenti differenti; min-naħa l-oħra l-programm irid juri lill-persuni konsagrati l-mezzi li jeħtieġu biex jgħixu dan l-istess spirtu skont kif jinbidel iż-żmien tal-ħajja fil-mixja lejn il-kobor sħiħ tal-fidi fi Kristu.

Jekk hu minuu li t-tiġdid tal-ħajja konsagrata jiddependi l-aktar mill-formazzjoni, hu veru wkoll li din il-formazzjoni, min-naħa tagħha, hi marbuta mal-ħila li titħejja sistema li tagħti għerf spiritwali u pedagoġiku, li twassal bil-mod il-mod lil dak li jrid jiġi konsagrat biex ikollu l-istess sentimenti ta’ Kristu l-Mulej. Ma jistax jgħaddi mingħajr dan il-proċess ta’ formazzjoni min jrid jinbidel fil-persuna tal-Verb ta’ Alla sal-fond ta’ qalbu u, fl-istess waqt, jitgħallem jara s-sinjali ta’ Alla fid-dinja. F’dan iż-żmien, li fih il-valuri reliġjużi dejjem aktar qed jitbegħdu mill-kultura, dan il-proċess ta’ formazzjoni hu importanti għal żewġ raġunijiet: bih il-persuna konsagrata mhux biss tkompli “tara”’l Alla fid-dinja, li tiċħad il-preżenza tiegħu, imma wkoll tagħmel li b’xi mod “tinħass” il-preżenza tiegħu permezz tax-xhieda tal-kariżma tagħha.

 

Formazzjoni dejjem sejra

  1. Kemm l-Istituti ta’ ħajja appostolika u kemm dawk ta’ ħajja kontemplattiva jitolbu formazzjoni dejjem sejra bħala kondizzjoni essenzjali għall-konsagrazzjoni reliġjuża. Kif ingħad aktar ‘l fuq, il-proċess ta’ formazzjoni mhuwiex limitat biss għall-bidu , għaliex il-persuna konsagrata, minħabba d-dgħufija tal-bniedem, qatt ma tista’ tqis li waslet għall-kobor sħiħ tal-bniedem il-ġdid, li, fiċ-ċirkustanzi kollha tal-ħajja iħoss fih innifsu l-istess sentimenti ta’ Kristu. L-ewwel formazzjoni għalhekk tintrabat mal-formazzjoni dejjem sejra, b’mod li wieħed ikun qed jiġi ffurmat kuljum tal ħajtu kollha.170

Għalhekk hu importanti ħafna li kull Istitut ikollu, bħala parti mill-programm ta’ formazzjoni, pjan kemm jista’ jkun preċiż u ordnat ta’ formazzjoni dejjem sejra, li bħala għan ewlieni joffri programm ta’ formazzjoni lil kull persuna konsagrata ħa tolqot il-ħajja kollha tagħha. Ħadd ma jista’ jeżenta ruħu milli jħabrek biex jikber umanament u spiritwalment; u ħadd ma għandu jaħseb li jista’ jmexxi ‘l ħajtu hu waħdu. F’ebda mument tal-ħajja ħadd ma jista’ jħoss ruħu żgur u mpenjat tant li m’għandux għalfejn jara huwiex jonqos mill-fedeltà; kif ma hemm ebda żmien li fih wieħed jista’ jghid li laħaq il-kobor sħiħ tiegħu.

 

Fi tħabrik dejjem sejjer għall-fedeltà

70 Hemm żogħżija tal-ispirtu li tibqa’ dejjem matul iż-żmien kollu li jgħaddi ; din iż-żogħżija tikkonsisti filli kull bniedem, f’kull mument ta’ ħajtu, ifittex u jsib ħidma oħra x’jagħmel, u sura partikulari ta’ eżistenza, ta’ ħajja u ta’ mħabba.171

Fil-ħajja konsagrata, l-ewwel snin, li fihom wieħed jimpenja ruħu għal kollox fil-ħajja ta’ appostolat, minnhom infushom huma diffiċli, għaliex wieħed minn ħajja li fiha kien immexxi minn oħrajn, jgħaddi għall-ħajja ta’ responsabbiltà sħiħa fil-ħidma tiegħu. Jiswa ħafna għalhekk li l-persuni konsagrati ġodda jkollhom l-għajnuna ta’ xi ħadd mill-aħwa li jissieħeb magħhom, ħalli jgħinhom jgħixu fil-milja kollha tagħha ż-żogħżija tal-imħabba u tal-entużjażmu tagħhom għal Kristu.

Fi żmien ta’ wara jista’ jkun hemm il-periklu tad-drawwa, titfaċċa wkoll it-tentazzjoni tal-qtigħ il-qalb minħabba il-ftit frott li jkun inkiseb. Il-persuni konsagrati li jkunu f’nofs għomorhom għandu jkollhom għajnuna biex fid-dawl tal-Evanġelju u tal-kariżma tal-Istitut tagħhom iġeddu l-għażla tal-bidu, mingħajr ma jħawdu flimkien s-sħuħija tad-dedikazzjoni tagħhom mal-frott li jkunu kisbu. Dan joħloq fihom ħeġġa ġdida u raġunijiet oħra għall-għażla li jkunu għamlu. Huwa ż-żmien li fih jiġi mfittex dak li hu essenzjali.

Iż-żmien li fih wieħed jilħaq il-kobor sħiħ tiegħu u l-kobor fil-personalità tiegħu, jista’ jwassal għall-periklu li jaħseb biss fih innifsu, periklu li jew iġib miegħu biża’ li mhux miexi maż-żmien jew ikollu fehmiet ta’ intolleranza, ta’ egoiżmu u ta’ nuqqas ta’ entużjasmu. Il-formazzjoni dejjem sejra mhux biss trid tgħin biex jerġa’ jinkiseb grad aktar għoli ta’ ħajja spiritwali u appostolika, imma wkoll trid tgħin biex ikun magħruf l-karattru ta’ dan iż-żmien. Tul dan iż-żmien, wara tisfija xierqa ta’ xi aspetti tal-personalità, l-għoti lil Alla jsir aktar safi u aktar ġeneruż, u l-għoti lill-oħrajn ikun aktar hieni u aktar għaqli, aktar sempliċi u għani bi grazzji. Dan hu don u esperjenza ta’ paternità u maternità spiritwali.

Ix-xjuħija ġġib problemi oħra, li wieħed irid jithejja għalihom b’ċerta ħidma spiritwali kollha għaqal. L-irtirar bil-mod il-mod mill-ħidma, xi drabi minħabba l-mard jew minħabba waqfien bilfors mill-ħidma, iwasslu għall-esperjenza li tista’ tgħallem ħafna. Din il-qagħda hi spiss qagħda ta’tbatija, iżda lill-persuni konsagrati anzjani tagħtihom l-okkażżjoni li jgħaddu mill-esperjenza tal-Għid tal-Mulej,172 għaliex isiru jixbhu lil Kristu msallab li jtemm għal kollox ir-rieda tal-Missier u jħalli ruħu f’idejh sakemm iroddlu ruħu, dan ix-xebħ hu sura ġdida ta’ kif wieħed jgħix il-konsagrazzjoni tiegħu, li mhijiex marbuta ma’ xi ħidma ta’ responsabbiltà, ta’ tmexxija jew ta’ appostolat.

Meta jasal il-waqt l-persuna konsagrata tingħaqad mal-aħħar siegħa tal-passjoni tal-Mulej, u tagħraf li l-Missier qed iwassal għat-tmiem il-proċess misterjuż ta’ formazzjoni mibdi snin ilu. Imbagħad il-mewt wieħed jistenniha u jħejji ruħu għaliha bħala l-aħħar att ta’ mħabba u ta’ għoti tiegħu nnifsu.

Ta’ min jgħid ukoll li, mhux biss il-mumenti kollha tal-ħajja, iżda kull żmien jista’ jkun kritiku minħabba ħafna ċirkostanzi esterni – bħal meta jkun hemm tibdil tal-post jew tax-xogħol, diffikultajiet fix-xogħol jew nuqqas ta’ suċċess fl-appostolat, inkwiet, jew twarrib mill-ħajja soċjali, u ħwejjeġ oħra bħal dawn – jew meta jkun hemm raġunijiet aktar personali, bħal mard fiżiku u mentali, nixfa spiritwali, imwiet, problemi ta’ relazzjonijiet bejn persuni, tentazzjonijiet kbar, kriżijiet ta’ fidi u ta’ identità, sentiment li int ma tiswa għalxejn, u ħwejjeġ oħra bħal dawn. Meta l-fedelta ssir aktar iebsa, il-persuna għandha ssib għajnuna minn fiduċja akbar u minn imħabba aktar imħeġġa, kemm fuq livell tal-persuni u kemm fuq dak tal-komunità. Jeħtieġ ukoll qabel kollox li s-superjur ikun qrib b’tjieba liema bħalha; faraġ kbir jista’ jiġi minn xi ħadd mill-aħwa li, bil-preżenza ħerqana u kollha mħassba tiegħu, jista’ jwassal għall-għarfien mill-ġdid tat-tifsir tal-patt li sar ma’ Alla fil-bidu, u li Alla mhux se jikser. Il-persuna li tkun għaddejja minn din il-prova tissaffa u taċċetta t-tbatija bħala għemil meħtieġ għall-mixi wara Kristu msallab. L-istess tentazzjoni mbagħad tidher bħala strument providenzjali ta’ formazzjoni f’idejn il-Missier, bħala ġlieda li mhijiex biss ġlieda psikoloġika tal-“Jien” miegħu nnifsu u mad-dgħufijiet tiegħu, imma wkoll ġlieda reliġjuża li kuljum tidher fiha l-preżenza ta’ Alla u tal-qawwa tas-Salib.

 

Il-karattru tal-formazzjoni dejjem sejra

  1. Jekk is-suġġett tal-formazzjoni hu dejjem l-individwu fil-mumenti kollha ta’ ħajtu, l-oġġett tagħha hu l-persuna umana kollha kemm hi, imsejħa biex tfittex u tħobb lil Alla b’qalbha kollha, b’ruħha kollha u bil-qawwa tagħha kollha (ara Dewt 6, 5), u l-proxxmu bħalha nnifisha (ara Lev 19, 18; Mt 22,37-39). L-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu hi qawwa kbira li bla heda tmexxi l-proċess kollu tal-kobor u tal-fedeltà.

Il-Ħajja fl-Ispirtu hi żgur ta’ importanza liema bħala. F’din il-ħajja, il-persuna konsagrata terġa’ ssib l-identità tagħha u hena bla qjies, issir dejjem aktar attenta għall-isfidi li jiġuha mill-Kelma ta’ Alla u tħalli jmexxiha l-ħsieb oriġinali tal-Istitut tagħha.Immexxija mill-Ispirtu, il-persuna konsagrata żżomm sewwa l-ħinijiet tat-talb, tas-skiet, tas-solitudni, u qatt ma tieqaf titlob mis-sema d-don tal-għerf għall-ħajja ta’ kuljum (ara Għerf 9,10).

Id-dimensjoni umana u fraterna tal-ħajja konsagrata titlob li inti tagħraf lilek innifsek u l-limiti tiegħek, bħala ispirazjoni u għajnuna fil-mixi ħa tikseb ħelsien sħiħ.Għandhom importanza speċjali, fiċ-ċirkostanzi tal-lum, il-ħelsien tal-persuna konsagrata fiha nfisha, il-maturità effettiva tagħha, il-ħila li tikkomunika ma’ oħrajn u l-aktar mal-membri tal-komunità tagħha, spirtu hieni, mogħdrija għal min qed ibati, imħabba għall-verità, qbil bejn il-kliem u għemil.

Id-dimensjoni appostolika tiftaħ il-qalb u l-moħħ tal-persuna konsagrata u thejjiha għall-sforz dejjem sejjer fl-appostolat, bħala sinjal li hi l-imħabba ta’ Kristu li qed timbuttaha (ara 2 Kor 5, 14). Fil-prattika dan ifisser aġġornamet tal-metodi u tal-għanijiet tal-ħidma tal-appostolat, b’fedeltà sħiħa għall-ispirtu u l-ħsieb tal-fundatur jew il-fundatriċi u skont it-tradizzjonijiet li ġew wara,waqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet storiċi u kulturali, li dejjem qed jitbiddlu, fl-oqsma lokali u universali fejn qiegħed isir l-appostolat.

Id-dimensjoni kulturali u professjonali mibnija fuq taħriġ teoloġiku sod li jagħti dixxerniment xieraq, titlob aġġornament dejjem sejjer u interess speċjali fl-oqsma differenti li lejhom miexi kull kariżma. Jeħtieġ għalhekk li persuna konsagrata tkun moħħha miftuħ u, sa fejn jista’ jkun, ikollha l-ħila tadatta ruħha, biex il-qadi ta’ appostolat jitħejja u jseħħ skont il-ħtiġijiet taż-żmien, bl-użu ta’ mezzi li l-progress kulturali jista’ joffri.

Fl-aħħarnett dawn il-ħtiġijiet kollha jinġabru fid-dimensjoni tal-kariżma, qishom sintesi li titlob dħul dejjem aktar fil-fond tal-konsagrazzjoni ta’ dak li jkun, fl-aspetti kollha tagħha, mhux biss f’dak tal-appostolat, imma wkoll f’dawk tal-mistika u tal-axxetika. Dan jitlob li kull membru ta’ Istitut irid jistudja n-natura, l-istorja, u l-missjoni tal-Istitut tiegħu bla waqfien, biex itejjeb dejjem aktar l-għarfien personali u komunitarju tal-kariżma.173

 

 

 

KAPITLU III

 

SERVITIUM CARITATIS

 

IL-ĦAJJA KONSAGRATA:

DEHRA TAL-IMĦABBA TA’ ALLA GĦAD-DINJA

 

Konsagrati għall-missjoni

  1. B’xebh ma’ Kristu, l-Iben maħbub li l-Missier “ikkonsagra u bagħat fid-dinja” (ara Ġw 10, 36), dawk li Alla jsejjaħ biex jimxu warajh huma wkoll ikkonsagrati u mibgħutin fost il-bnedmin biex ikunu jixbhu ‘l Kristu u jkomplu l-missjoni tiegħu. Fondamentalment, dan jgħodd għal kull dixxiplu tal-Mulej, iżda jgħodd b’mod singulari għal dawk li, fis-sura proprja tal-ħajja konsagrata, huma msejħin biex jimxu “aktar fil-qrib” wara Kristu u jagħmlu ħajjithom “kollha kemm hi tiegħu”. Għalhekk fil-vokazzjoni tagħhom hemm ukoll id-dedikazzjoni sħiħa tagħhom għall-missjoni; anzi, bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, li minnu tiġi kull vokazzjoni u kull kariżma, l-istess ħajja konsagrata ssir missjoni, l-istess kif kienet il-ħajja ta’ Ġesù. Il-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi, li tagħti ħelsien sħiħ lil persuna ħa taqdi l-Evanġelju, turi l-importanza tagħha wkoll f’din il-ħaġa. Għalhekk irridu ngħidu li din il-missjoni hi meħtieġa f’kull Istitut, mhux biss fl-Istituti ta’ ħajja attiva fl-appostolat, imma wkoll fl-Istituti ta’ ħajja kontemplattiva.

Qabel stess mal-missjoni sseħħ f’ħidma fid-dinja, trid isseħħ billi turi ’l Kristu lid-dinja permezz ta’ xhieda personali fost il-bnedmin. Din hi l-isfida, dan hu d-dmir ewlieni tal-ħajja konsagrata. Aktar ma persuna konsagrata ssir tixbah lil Kristu, aktar tagħmlu preżenti bil-ħidma tagħha fid-dinja għas-salvazzjoni ta’ kulħadd. Għalhekk nistgħu ngħidu li persuna konsagrata ġa qiegħda “f’missjoni” bis-saħħa tal-istess konsagrazzjoni tagħha u li tagħha tagħti xhieda skont l-għan tal-Istitut tagħha. Meta l-kariżma tal-fundazzjoni tal-Istitut jitlob ħidma pastorali, hi meħtieġa kemm ix-xhieda tal-ħajja u kemm ix-xhieda tal-appostolat u tal-progress tal-bniedem; Kristu juri dawn iż-żewġ aspetti: għax fl-istess waqt juri ruħu bħala dak li ġie konsagrat għall-glorja tal-Missier u dak li ntbagħat fid-dinja għas-salvazzjoni ta’ ħutu.174

Il-ħajja reliġjuża tkompli l-missjoni ta’ Kristu, ukoll proprju minħabba l-aspett proprju tagħha jiġifieri minħabba l-ħajja tal-aħwa fil-komunità għall-missjoni. Għalhekk aktar mal-ħajja reliġjuża tkun appostolika, aktar tkun dedikata internament lil Kristu l-Mulej, u aktar ma tkun fraterna l-ħajja komunitarja aktar tkun dedikata għall-għan proprju tal-Istitut.

 

Għall-qadi ta’Alla u tal-ġens tal-bnedmin

73 Il-ħajja konsagrata għandha d-dmir profetiku li tfakkar il-pjan ta’ Alla għall-bnedmin u taqdih, kif hu mħabbar fil-Kotba Mqaddsa u kif jidher minn stħarriġ attent tas-sinjali tal-ħidma provvidenzjali ta’Alla fil-ġrajja tal-bniedem. Dan huwa l-pjan tas-salvazzjoni u tar-rikonċiljazzjoni tal-ġens kollu tal-bnedmin.(ara Kol 2, 20-22). Biex jaqdu b’mod xieraq dan il-ministeru l-persuni konsagrati jrid ikollhom esperjenza kbira

ta’ Alla u jagħrfu sewwa l-isfidi ta’ żmienhom u jifhmu t-tifsir teoloġiku għoli ta’ dawn l-isfidi b’dixxerniment, li jaslu għalih bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt fil-ġrajjiet tal-istorja spiss hemm moħbija s-sejħa ta’ Alla biex il-bnedmin iħabirku skont il-pjan tiegħu b’mod effikaċi fil-ġrajjiet ta’ żmienna.175 Is-sinjali taż-żminijiet, kif qal il-Konċilju, iridu jistħarrġu fid-dawl tal-Evanġelju biex tkun tista’ tingħata tweġiba għall-mistoqsijiet li dejjem jagħmlu l-bnedmin dwar it-tifsir tal-ħajja ta’ issa u tal-ħajja fil-ġejjieni u dwar ir-relazzjonijiet bejniethom.175 jeħtieġ għalhekk li jkollna fehmietna miftuħa għall-ispirazzjonijiet tal-Ispirtu s-Santu, li jsejħilna biex nagħrfu l-ħsibijiet għoljin tal-Providenza ta’ Alla. Hu jsejjaħ il-persuni konsagrati biex jagħtu tweġib ġdid għall-problemi tad-dinja tal-lum. Hi stedina minn Alla li biss erwieħ li mdorrijin ifittxu r-rieda ta’ Alla f’kollox huma kapaċi jilqgħuha bil-fedeltà kollha u mbagħad bil-qawwa kollha jbiddluha f’għażliet li jkunu jaqblu mal-kariżma tagħhom tal-bidu u ma’ dak li tkun titlob l-qagħda storika tal-mument.

Quddiem tant problemi kbar, li jistgħu jheddu, anzi jeqirdu l-ħajja konsagrata, dawk li huma msejħin ma jistgħux ma jħossuxl-impenn li jkollhom f’qalbhom u fit-talb tagħhom, il-ħtiġijiet tad-dinja kollha u fl-istess waqt iħabirku bil-ħeġġa kollha fl-oqsma li huma proprji tal-kariżma tagħhom. Hi ħaġa ċara li d-dedikazzjoni tagħhom għandha tkun regolata minn dixxerniment soprannaturali, biex jingħaraf dak li jkun ġej mill-Ispirtu u dak li jkun kuntrarju għalih (ara Gal 5, 16.17.22; 1 Ġw 4, 6.) B’fedelta lejn ir-Regola u il-Kostituzzjonijiet, dan id-dixxerniment irid ikun f’xirka sħiħa mal-Knisja.177 B’dan il-mod il-ħajja konsagrata ma taqrax biss is-sinjali taż-żminijiet, imma tagħti sehemha wkoll għat-tfassil u t-twettiq ta’ inizzjattivi ġodda għall-evanġeliżżazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-lum. Dan kollu irid isir b’dik il-fidi żgura li ġġiegħelek temmen li l-Ispirtu jista’ jagħti tweġib adatt għall-problemi li huma mill-aktar diffiċli. F’din il-ħaġa jaqbel dejjem niftakru li dejjem għallmu l-aqwa ħaddiema fl-appostolat: nafdaw f’Alla dejjem bħallikieku kollox jiddependi minnu, u fl-istess waqt nimpenjaw ruħna u nħabirku b’qalb kbira qisu kollox jiddependi minna.

 

Koperazzjoni ekkleżjali u spiritwalità appostolika

  1. Kollox irid isir f’xirka u djalogu mas-sezzjonijiet l-oħra tal-Knisja. L-isfidi tal-missjoni huma ta’ sura li ma jistgħux jintrebħu mingħajr il-ħidma tal-membri l-oħra tal-Knisja, kemm biex jingħarfu x’inhuma u kemm fil-ħidma biex jintrebħu. Hi ħaġa tqila biex individwu waħdu jwieġeb definittivament għall-isfidi li jkun hemm, iżda din it-tweġiba tista’ tiġi minn laqgħat u djalogu ma’ oħrajn. Xirka bil-fatti bejn dawk li għandhom kariżmi differenti twassal mhux biss biex jistagħnu b’xulxin, imma wkoll biex il-missjoni li għandhom issir b’mod aktar effikaċi. L-esperjenza ta’ dawn l-aħħar snin turi li “d-djalogu hu l-isem ġdid illum tal-imħabba”,178 u l-aktar tal-imħabba ekkleżjali, għax id-djalogu jgħin biex jingħarfu sewwa x’inhuma l-problemi u jwassal biex jinsab tarf għalihom b’tama akbar ta’ suċċess. Għalhekk il-ħajja konsagrata, għax tfittex il-ġid tal-ħajja tal-aħwa, turi li hi esperjenza mill-aqwa tad-djalogu. Għalhekk tista’ tghin biex toħloq ambjent ta’ tolleranza għal xulxin, fejn il-ħafna membri tal-Knisja , huma u jħossu li qegħdin jiġu stmati kif jixraq għal dak li huma, jingħaqdu, aktar konvinti f’xirka ekkleżjali ħa jaqdu d-dmir tal-missjoni universali.

Jixraq għalhekk li tiġi ’l quddiem spiritwalità soda ta’ ħidma f’dawk l-Istituti li, b’mod jew ieħor, huma mpenjati fl-appostolat, waqt li jaraw ’l Alla f’kollox u kollox f’Alla. Għalhekk “għandna nkunu nafu li, kif ħajja tajba tfittex li tgħaddi minn ħajja attiva għal ħajja kontemplattiva, hekk ukoll, kemm-il-darba, il-qalb mill-ħajja kontemplattiva tgħaddi għal dik attiva biex hekk il-ħidma attiva titjieb b’dak li bih il-ħajja kontemplattiva tkebbes il-qalb. Għalhekk il-ħajja attiva għandha twassalna għall-ħajja kontemplattiva, u xi kultant dak li fina nfusna ksibna bil-ħajja kontemplattiva jwassalna aħjar għall-ħajja attiva.”179 Ġesù stess ħallielna eżempju ta’ kif tista’ tingħaqad f’xirka mal-Missier ħajja ta’ ħidma attiva liema bħalha. Jekk wieħed ma jfittixx dejjem din ir-rabta, ikun dejjem mhedded mill-periklu li l-bniedem jiġġarraf fih innifsu, jitħawwad u jitfarrak.

Rabta sħiħa bejn kontemplazzjoni u azzjoni twassal biex wieħed ikun jista’ jiffaċċja problemi diffiċli ħafna, illum l-istess bħal fl-imgħoddi.

 

 

 

1 IMĦABBA SA L-AĦĦAR

 

Imħabba il-qalb ta’ Kristu

  1. Ġesù “li ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar …. Kienu għall-ikel … qam… u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxottahomlhom fil-fardal li kellu ma’ qaddu” (ara Ġw 13, 1-2. 4. 5) .

Fil-ħasil tas-saqajn Ġesù wera ċar il-kobor tal-imħabba ta’ Alla għall-bnedmin: f’Ġesù Alla ta lilu nnifsu bħala qaddej tal-bnedmin! U fl-istess waqt wera li s-sens tal-ħajja nisranija, u wisq aktar dak tal-ħajja konsagrata, hu ħajja ta’ mħabba bl-offerta tiegħek innifsek, permezz ta’ qadi mill-qalb u bil-fatti. Fl-impenn fil-mixi wara Bin il-Bniedem li “ġie mhux biex ikun moqdi imma biex jaqdi” (Mt 20, 28), il-ħajja konsagrata, almenu fl-aħjar żminijiet tal-ġrajja twila tagħha, dejjem intweriet fil-“ħasil tas-saqajn”, jiġifieri fil-missjoni, l-aktar fost il-foqra u l-imsejkna. Jekk min-naħa l-ħajja konsagrata turi l-misteru għoli tal-Verb fi ħdan il-Missier (ara Ġw 1,1), min-naħa l-oħra tmur wara l-verb magħmul bniedem (ara Ġw 1,14), li ċekken u xejjen lilu nnifsu biex jaqdi l-bnedmin. Il-persuni li jimxu mit-triq tal-kunsilli evanġeliċi llum ukoll iridu jmorru fejn Kristu mar qabilhom u jagħmlu dak li għamel Hu. Bla heda jsejjaħ dixxipli ġodda, irġiel u nisa, biex, bit-tiswib tal-Ispirtu s-Santu (ara Rum 5, 5) jagħtihom sehem fl-agape divina u fil-mod kif iħobb hu, u jimbuttahom biex jaqdu lill-oħrajn ħalli bl-għoti umli tagħhom infushom jaqdu lill-oħrajn, ħielsa minn kull interess għalihom infushom. San Pietru li msaħħar mid-dija tat-Trasfigurazzjoni,qal: “Kemm hu tajjeb li aħna hawn” (Mt 17, 4) ġie mistieden biex jerġa’ lura fid-dinja biex ikompli jaqdi s-Saltna ta’ Alla . “Inżel, Pietru, xtaqt tistrieħ fuq il-muntanja, inżel, xandar il-Verb, sus f’ħin waqtu, ċanfar, widdeb,wissi, bis-sabar kollu u bit-tagħlim, ħabrek, għereq, bati xi tiġrib; biex dak li hu mfisser bil-bjuda ta’ lbies il-Mulej int tiksbu bis-safa u l-ġmiel tal-għemil tajjeb tiegħek bl-imħabba.”180 Il-ħarsa lejn wiċċ il-Mulej ma tnaqqasx fl-appostlu d-dmir tiegħu lejn il-bnedmin; għall-kuntrarju tagħti saħħa ġdida lil dan id-dmir li jinfluwenza l-ġrajja tal-bniedem u jeħlisha minn dak kollu li qed iħassarha. It-tfittix tal-ġmiel ta’ Alla iħeġġeġ lill-persuni konsagrati biex jieħdu ħsieb il-wiċċ imħassar ta’ Alla fl-aħwa, wiċċ imħassar mill-ġuħ, wiċċ imqarraq minn wegħdet politiċi fiergħa, wiċċ imċekken għax jara mmaqdra l-kultura tiegħu, uċuh imwerwrin minħabba vjolenza addoċċ u bla waqfien, uċuh ta’ tfal imnikkta, uċuh ta’ nisa mġarrbin u mmaqdrin, uċuh ta’ emigranti għajjiena mingħajr kenn xieraq, uċuh ta’ anzjani neqsin ukoll mill-ftit meħtieġ biex jgħixu ħajja li tixraq il-bniedem.181 B’hekk il-ħajja konsagrata titkellem bl-għemejjel tagħha, u turi li hi l-imħabba ta’ Alla l-pedament ta’ mħabba ħabrieka murija mill-qalb, li hi l-imħabba ta’ Alla li tqanqal din l-imħabba bla nteress u ħabrieka. Minn dan kien konvint San Vinċens de Paule, meta lis-Sorijiet tal-Karità tiegħu tahom dan il-għan: “L-ispirtu tas-Soċjetà jinsab filli jiddedikaw ruħhom lil Alla u jaqduh materjalment u spiritwalment fil-foqra, fi djarhom jew f’postijet oħra, biex jgħallmu lit-tfajliet foqra, it-tfal u lil kull min tibgħatilhom il-Providenza.”182 Fost il-ħafna suriet ta’ għemejjel ta’ mħabba li jistgħu jsiru, li b’mod speċjali juru il-bnedmin imħabba “sal-aħħar” illum hu żgur it-tħabbira mħeġġa ta’ Ġesù Kristu lil dawk li għad ma jafux bih, jew insewh, imma l-aktar lill-foqra.

 

Il-kontribut speċifiku tal-ħajja konsagrata għall-evanġeliżżazzjoni

76 Is-sehem proprju tal-persuni konsagrati fl-evanġeliżżazzjoni hu l-ewwelnett ix-xhieda ta’ ħajja mogħtija kollha kemm hi lil Alla u lill-aħwa b’xebh ml-Feddej li għall-imħabba tal-bnedmin sar qaddej tagħhom. Fil-ħidma tas-salvazzjoni kollox joħroġ mit-tisħib fl-agape divina. Il-persuni konsagrati, bil-konsagrazzjoni u d-dedikazzjoni sħiħa tagħhom juru l-preżenza kollha mħabba ta’ Kristu l-Feddej li, kkonsagrat hu stess mill-Missier, intbagħat jaqdi l-missjoni tiegħu.183 Meta l-persuni konsagrati jħallu lilhom infushom jintrebħu minn Kristu (ara Fil 3, 12) iħejju ruħhom biex b’xi mod ikomplu n-natura umana tiegħu.184 Il-ħajja konsagrata, bil-qawwa kollha, tixhed li, dqaskemm aktar tgħix bi Kristu, daqshekk iehor taqdih aħjar fl-oħrajn, ukoll fiċ-ċentri l-aktar imbegħdin tal-missjoni u fejn hemm l-akbar perikli.185

 

L-ewwel evanġeliżżazzjoni: tħabbar Kristu lill-ġnus

  1. Min iħobb lil Alla, il-Missier tal-bnedmin kollha, ma jistax ma jħobbx lill-bnedmin bħalu, li jagħrafhom bħala ħutu. Għalhekk ma jistax ikun li ma jimpurtahx li tant irġiel u nisa għad ma jafux sewwa l-kobor tal-imħabba ta’ Alla għalihom fi Kristu. Minn hawn toħroġ il-ħidma missjunarja ad gentes, b’ubbidjenza għall-kmandament tal-Mulej, l-ewwelnett il-ħidma missjunarja ad gentes . li kull nisrani mpenjat iħossha mal-Knisja, li min-natura tagħha hi Knisja missjunarja. Din il-ħeġġa missjunarja iħossuha l-aktar il-membri tal-Istituti kemm dawk kontemplattivi u kemm dawk attivi.186 Dan għaliex il-persuni konsagrati huma fid-dmir juru ’l Kristu lil dawk li mhumiex insara,187 safi, fqir, ubbidjenti, missjunarju u jitlob.188 Huma u jħarsu bil-fedeltà kollha l-kariżma proprju tagħhom, permezz tal-konsagrazzjoni intima tagħhom lil Alla,189 huma għandhom iħossu li huma mpenjati li jagħtu s-sehem proprju tagħhom fil-ħidma missjunarja tal-Knisja. Ix-xewqa li spiss uriet Santa Tereża tal-Bambin Ġesù li “inħobbok u nġiegħel oħrajn jħobbuk”, il-ħerqa mħeġġa ta’ San Franġisk Saverju li ħafna “huma u jimmeditaw fuq dak li l-Mulej Alla tagħna jistenna minnhom u mit-talenti li tahom, jitqanqlu biex jagħmlu użu minn mezzi xierqa u mill-Eżerċizzi spiritwali ħa jagharfu u jħossu fil-fond ta’ qalbhom ir-rieda ta’ Alla u hekk jaddattaw ruħhom aktar għal din ir-rieda milli għall-inklinazzjonijiet proprji tagħhom, jgħidu: Mulej hawn jien, xi trid nagħmel? Ibgħatni fejn trid,”190 u tant u tant xhiedet oħra bħal dawn ta’ tant erwieħ qaddisa juru x’ħerqa li ma tintemm qatt għandhom għall-missjoni dawk li jħaddnu l-ħajja konsagrata, ħerqa li tagħżilha u turi n-nobiltà tagħha.

 

Preżenti kullimkien fid-dinja

78 “L-imħabba ta’ Kristu ġġiegħelna naħsbu dan” (2 Kor 5, 14). Il-membri ta’ kull Istitut jistgħu jtennu dan il-kliem flimkien mal-Appostlu għax id-dmir ta’ kull ħajja konsagrata hu li taħdem f’kull qasam tad-dinja biex twettaq u xxerred is-saltna ta’ Kristu kullimkien ukoll sal-aktar naħiet imbiegħda tad-dinja.191 Fil-fatt l-istorja tal-missjonijiet tixhed il-ġid kbir li taw il-persuni konsagrati huma u jxandru l-Evanġelju lill-ġnus: mill-familji monastiċi l-aktar antiki sal-Istituzjonijiet ta’ dawn l-aħħar żminijiet, mill-Istituti ta’ ħajja attiva għal dawk ta’ ħajja kontemplattiva,192 huma u jaħdmu fil-missjoni ad gentes, għadd bla qies ta’persuni offrew ħajjithom kollha għal din “il-ħidma ewlenija tal-Knisja, ħidma li ma tintemm qatt,”193 għaliex hi għal dak l-għadd dejjem jikber ta’ nies li ma jafux bi Kristu.

Illum ukoll dan id-dmir għadu isejjaħ l-Istituti ta’ ħajja konsagrata u s-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika għax huma mistennija jagħtu l-aqwa sehem għax-xandir tal-Evanġelju. L-Istituti ġodda li qed jitwaqqfu u l-Istituti li qed jaħdmu fil-Knejjes ġodda huma mistednin biex jinfetħu għall-missjoni fost dawk li mhumiex insara, f’pajjiżhom u barra minnu. Għalkemm hemm diffikultajiet, li wieħed jifhimhom sewwa, li xi Istituti qed isibu quddiemhom, ilkoll għandhom jilqghu f’waqtha t-twissija li “l-fidi issaħħaħ billi tingħata lill-oħrajn;”194 u hekk l-istess missjoni ssaħħaħ il-ħajja konsagrata għaliex tagħtiha raġunijiet oħra għall-ħidmiet tagħha u hekk tqanqal il-fedeltà tal-persuni konsagrati. Min-naħa tagħha l-attività missjunarja toffri ħafna oqsma fejn jistgħu jsibu posthom il-ħafna suriet tal-ħajja konsagrata.

Il-missjoni ad gentes toffri lix-xebbiet konsagrati u lill-aħwa reliġjużi lajċi u wkoll lill-membri tal-Istituti sekulari ħafna okkażjonijiet speċjali u straordinarji għall-ħidma tagħhom biex tkun tassew effikaċi. Imbagħad l-Istituti sekulari, fil-ħafna oqsma aktar adatti għall-vokazzjoni lajkali tagħhom, jistgħu jkollhom ħidma tassew importanti ħa jxandru l-Evanġelju fl-oqsma kollha tas-soċjetà u fl-istrutturi u l-liġijiet li jmexxuha. Jistgħu wkoll jagħtu xhieda tal-Evanġelju fost nies li għad ma għarfux lil Kristu u hekk jagħtu kontribut speċifiku għall-missjoni tagħhom.

Wieħed irid joqgħod attent li f’dawk in-nazzjonijiet fejn reliġjonijiet mhux insara għamlu l-għeruq tagħhom, għandha importanza kbira l-preżenza tal-ħajja konsagrata kemm b’ħidmiet u attivitajiet edukattivi, karitattivi u kulturali, u kemm bl-istess ħajja kontemplattiva. Għalhekk jeħtieġ ħafna li jitwaqqfu fil-knejjes ġodda komunitajiet dedikati għall-kontemplazzjoni, għax “il-ħajja kontemplattiva hi parti mill-qofol tal-preżenza tal-Knisja.195 B’mezzi adatti għandu jsir tqassim xieraq tal-ħafna suriet tal-ħajja konsagrata, biex ikun hemm ħeġġa ġdida għax-xandir tal-Evanġelju, jew billi jintbagħtu missjunarji, irġiel u nisa, jew b’għajnuna minn Istituti ta’ ħajja konsagrata lid-djoċesijiet l-aktar fqar.196

 

It-tħabbira ta’ Kristu u l-inkulturazzjoni

79 It-tħabbira ta’ Kristu għandu jkollha ”post ewlieni fil-missjoni197 tal-Knisja, u trid tfittex il-konverżjoni nisranija jiġifieri qima sħiħa u sinċiera ta’ Kristu u l-Evanġelju tiegħu.”198 Fost l-attivitajiet tal-missjoni hemm il-proċess tal-inkulturazzjoni u d-djalogu mar-reliġjonijiet. Il-persuni konsagrati għandhom jilqgħu l-isfida tal-inkulturazzjoni bħala stedina biex jissieħbu mal-grazzja ħalli jinkiseb frott mil-laqgħa mal-ħafna kulturi diversi tal-bniedem. Dan jitlob thejjija serja minn kulħadd, don ta’ dixxerniment li jilħaq il-kobor sħiħ tiegħu, qbil perfett mal-kriterji tal-ortodossija duttrinali, mal-verita u max-xirka tal-Knisja199 Bil-għajnuna tal-kariżma tal-fundaturi ħafna persuni konsagrati rnexxielhom jersqu lejn varjeta ta’ kulturi b’dik l-imġiba li biha Kristu ”xejjen lilu nnifsu u ħa sura ta’ lsir”(Fil 2, 7), u bis-sabar u l-kuraġġ kollu taw bidu għal djalogu ma’ ħafna popli, huma u jħabbru lil kull wieħed t-triq tas-salvazzjoni. Illum ukoll ħafna persuni konsagrati qed ifittxu u jsibu fil-ġrajja ta’ individwi u ta’ popli sħaħ sinjali tal-preżenza ta’ Alla, li qed tmexxi l-ġens kollu tal-bnedmin biex jagħraf is-sinjali tar-rieda tiegħu għas-salvazzjoni ta’ kulħadd. Dan l-istħarriġ jiswa ħafna wkoll għall-istess persuni konsagrati: il-valuri li jinstabu fil-ħafna kulturi jistgħu jħajruhom biex jistudjaw aktar fil-fond il-kontemplazzjoni nisranija, il-ħajja komunitarja, il-laqgħa tal-barranin, ir-rispett għall-persuni, u l-istess ħarsien tal-ambjent.

Biex ikun hemm inkulturazzjoni tassew wieħed irid ikollu l-istess sentimenti li kellu l-Mulej meta sar bniedem u għammar fostna kollu mħabba u umiltà. B’dan il-mod il-ħajja konsagrata twassal lil dawk impenjati fl-inkulturazzjoni biex ikunu persuni adatti għax idarrihom jinqatgħu minn kollox u saħansitra mill-aspetti kollha tal-kultura proprja tagħhom. Huma u jiddedikaw ruħhom b’dawn il-kwalitajiet ħa jifhmu sewwa u aħjar kulturi oħra, jaslu biex jagħrfu l-valuri veri ta’ dawn il-kulturi, u l-aħjar mod kif jilqgħuhom u jtejbuhom bil-għajnuna tal-kariżma proprju tagħhom.200 Iżda m’għandniex ninsew li fost ħafna kulturi antiki r-reliġjon hi hekk imħallta magħhom li spiss hi l-istess reliġjon li turi l-aspett traxxendentali tal-kultura. F’dan il-każ inkulturazzjoni vera bilfors titlob djalogu miftuħ bejn ir-reliġjonijiet, li “ma jmurx kontra l-missjoni ad gentes u lanqas jeżenta mill-evanġeliżżazzjoni.”201

 

L-inkulturazzjoni tal-ħajja konsagrata

80 Il-ħajja konsagrata minnha nfisha għax twassal il-valuri tal-Evanġelju, meta wieħed jgħixha fil-verità kolha tagħha, tista’ tkun ta’ għajnuna speċjali biex tintrebaħ l-isfida tal-inkulturazzjoni. Għaliex il-ħajja konsagrata hi sinjal tal-primat ta’ Alla u ta’ Saltnatu, minnha nfisha tħeġġeġ biex permezz tad-djalogu tqanqal il-kuxjenzi tan-nies. Jekk il-ħajja konsagrata tħares il-qawwa profetika tagħha issir f’kultura sura ta’ ħmira tal-Evanġelju biex issaffiha u jtejjibha. Dan tixhdu l-ġrajja ta’ tant qaddisin li fi żminijiet differenti tal-ġrajja tal-bniedem daħlu fil-fond sewwa ta’ żmienhom, mingħajr ma ġew mirbuħin minnu, anzi fetħu triqat ġodda għal żmienhom. Is-sura tal-ħajja evanġelika hi għajn tassew importanti għall-wiri ta’ sura ġdida ta’ kultura, ħafna fundaturi u fundatriċi. Minkejja l-limitazzjonijiet li raw li kellhom, għarfu l-ħtiġijiet ta’ żmienhom u taw tweġiba għalihom, tweġiba li saret proposta għal tiġdid kulturali .

Il-komunitajiet tal-Istituti reliġjużi u tas-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika jistgħu joffru proposti ta’ kultura ċerta li tfisser ħafna meta jagħtu xhieda għall-mod kif jgħixu l-Evanġelju, huma u jaċċettaw lil xulxin minkejja l-ħafna differenzi bejniethom, u kif iħaddmu l-awtorità meta jaqsmu bejniethom il-ġid materjali u spiritwali li jkollhom, meta jkollhom mentalità tassew internazzjonali, meta jissieħbu fil-ħidma ma’ Istituti oħra, meta jisimgħu x’għandhom x’jgħidu l-irġiel u n-nisa tal-lum. Il-mod kif wieħed li jimxi wara Kristu aktar mill-qrib jaħseb u jgħix, kultura ċerta u vera li turi ċar dak li hu kontra l-bniedem, u li Alla waħdu isaħħaħ u jtejjeb kull valur. Min-naħa l-oħra l-inkulturazzjoni vera twassal biex tkun ta’ għajnuna għall-persuni konsagrati ħa jgħixu b’mod radikali l-Evanġelju skont il-kariżma proprja tal-Istitut u skont il-karattru tal-poplu li miegħu għandhom relazzjoni. Dawn ir-relazzjonijiet li jħallu kotra ta’ frott, jagħtu bidu għal suriet ta’ ħajja u għall-ħidmiet pastorali li jistgħu jagħnu lill-Istitut kollu kemm hu, jekk ikunu jaqblu mal-kariżma tal-fundaturi u bil-ħidma li tgħaqqad tal-Ispirtu s-Santu. F’dan il-proċess, li jitlob dixxerniment, kuraġġ, djalogu u sfida evanġelika, is-Santa Sede, tiżgura li l-mixi għaddej minn triq tajba: dan għax is-Santa Sede bħala dmir għandha li tħeġġeġ għall-evanġeliżżazzjoni tal-kulturi, twettaq il-progress li jsir, u tapprova dak li jseħħ fil-qasam tal-inkulturazzzjoni:202 dan hu dmir iebes ħafna u jitlob għaqal kbir, għaliex hu dwar il-fedeltà tal-Knisja għall-Evanġelju u t-tradizzjoni tal-Appostli, fi ħdan il-progress dejjem sejjer tal-kulturi.203

 

L-evanġeliżżazzjoni ġdida

81 Biex jirnexxielna neħduha kontra l-isfidi ta’ żmienna għall-evanġeliżżazzjoni l-ġdida, jeħtieġ l-ewwelnett li l-ħajja konsagrata tkun dejjem lesta tilqa’ is-sejħa tal-Kelma rivelata u s-sinjali taż-żminijiet.204 It-tifkira tal-evanġeliżżaturi kbar, irġiel u nisa, li ġew qabel evanġeliżżati huma stess, turi l-ħtieġa li jkun hemm bnedmin kollhom kemm huma dedikati lill-Mulej u lill-evanġelju tiegħu, jekk irridu mmorru niltaqgħu mal-bnedmin tal-lum. “ Il-persuni konsagrati, huma mħeġġin mill-istess vokazzjoni tagħhom biex juru għaqda bejn l-evanġeliżżazzjoni tagħhom infushom u x-xhieda li jagħtu, bejn it-tiġdid fihom infushom u l-ħerqa tal-appostolat tagħhom, bejn dak li huma u dak li għamlu, u hekk juru li din il-qawwa ġejja dejjem mill-ewwel wieħed taż-żewġ elementi li ssemmew hawn fuq,”205

L-evanġeliżżazzjoni l-ġdida, mhux inqas minn dik tas-soltu, tkun effikaċi jekk tħabbar minn fuq il-bjut dak li tkun ħasset qabel minn laqgħa intima mal-Mulej. L-evanġeliżżazzjoni l-ġdida titlob mill-irġiel u n-nisa konsagrati għarfien sħiħ tas-sens teoloġiku tal-isfidi ta’ żmienna. Dawn l-isfidi jridu jiġu meqjusa permezz ta’ dixxerniment għaqli minn kulħadd, biex l-istess missjoni tiġġedded. Fit-tħabbira tal-Mulej Ġesù l-qlubija trid tkun imsieħba ma’ fiduċja fil-ħidma tal-Provvidenza, li taħdem fid-dinja u “tqassam kollox, it-tiġrib tal-bnedmin ukoll, bl-għerf kollu, ghħall-ġid tal-Knisja”206

Biex l-Istituti jagħtu kotra ta’ frott fil-proċess tal-evanġeliżżazzjoni l-ġdida, irid ikun hemm fedeltà sħiħa għall-kariżma tal-fundatur, b’rabta sħiħa ma’ dawk li fil-Knisja huma mpenjati fl-istess ħidma, u l-aktar mal-Isqfijiet, u t-tisħib sħiħ mal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba. Dan jitlob għarfien ta’ dak li l-Ispirtu qed jitlob lil kull Istitut, kemm f’oqsma fejn mhux mistenni li jkun hemm progress kbir minnufih u kemm f’oqsma oħra fejn tiġdid sħiħ hu mistenni sewwa. Kullimkien u fiċ-ċirkostanzi kollha, il-persuni konsagrati jridu jkunu ħabbara kollhom ħeġġa tal-Mulej Ġesù, b’fedeltà sħiħa lejn il-ħsieb tal-fundaturi tagħhom, lesti bex iwieġbu bl-għerf kollu tal-Evanġelju għall-mistoqsijiet li qed joħorġu minn qalb il-bnedmin bla mistrieħ, li ġejjin minn qtigħ il-qalb u mill-ħtiġijiet kbar tal-qalb tal-bniedem illum.

 

Ħerqa u mħabba għall-foqra u promozzjoni tal-ġustizzja

  1. Fil-bidu tal-missjoni tiegħu, fis-sinagoga ta’ Nażaret, Ġesù ħabbar li ġie konsagrat mill-Ispirtu biex ihabbar il-Bxara t-tajba lill-fqajrin, ixandar il-ħelsien lill-imjassrin, jagħti d-dawl lill-għomja, irodd il-ħelsien lill-maħqurin , u jħabbar is-sena tal-grazzja tal-Mulej (ara Is 4, 16-19). Il-Knisja hija u tagħmel tagħha l-missjoni tal-Mulej, tħabbar l-Evanġelju lil kull raġel u li kull mara u titgħabba bid-dmir li salvahom ilkoll. Iżda b’ħerqa liema bħalha u b’imħabba tassew preferenzjali, iddur lejn dawk li jinsabu f’qagħda ta’ dgħufija akbar, u għalhekk b’aktar ħtiġijiet. “Il-foqra” huma mġarrbin minn ħafna suriet ta’ faqar: imwarrbin, xjuħ, morda, tfal u dawk kollha li fis-soċjetà huma u jitqiesu bħala “l-inqas” fost kulħadd. Din l-għażla favur il-foqra tinsab b’dik il-qawwa dinamika tal-imħabba li wieħed jgħixha fi Kristu. Għalhekk id-dixxipli kollha ta’ Kristu huma marbutin b’din l-għażla, iżda dawk li tassew iridu jimxu aktar fil-qrib wara l-Mulej, billi jkunu jixbhuh fl-imġiba kollha tiegħu, ma jistgħux ma jkunux impenjati b’mod tassew singulari. It-tweġiba sinċiera tagħhom għall-imħabba ta’ Kristu timbuttahom biex jgħixu fil-faqar u jħaddnu l-kawża tal-foqra. Għal kull Istitut dan ifisser li jagħżel sura ta’ ħajja umli u iebsa, kemm għal kull membru tal-Istitut u kemm għall-komunità kollha. Il-persuni konsagrati mwettqin b’din ix-xhieda ħajja u ħielsa minn kull ideoloġija politika minħabba l-għażla ta’ ħajja li jagħmlu, jistgħu jikkundannaw l-inġustizzji li jsiru kontra tant u tant ulied Alla u jimpenjaw ruħhom biex iġibu ‘l quddiem il-ġustizzja fis-soċjetà fejn jgħixu.207 Hekk fiż-żminijiet tal-lum, ukoll permezz tax-xhieda ta’ tant persuni konsagrati, isseħħ mill-ġdid dik id-dedikazzjoni li kienet il-karatteristika ta’ tant fundaturi u fundatriċi li għaddew ħajjithom jaqdu l-Mulej fil-foqra tiegħu. Kristu “hawn fid-dinja hu fqir fil-foqra tiegħu … Għani bħal Alla, fqir bħala bniedem. Bħala bniedem tela’ għani fis-sema, u qiegħed fuq in-naħa tal-lemin tal-Missier, iżda għadu fqir hawn fid-dinja , bil-ġuħ, bil-għatx u għeri”.208

L-Evanġelju jaħdem permezz tal-imħabba u dan hu ġieħ tal-Knisja u sinjal tal-fedeltà tagħha lejn il-Mulej. Dan turih il-ġrajja kollha tal-ħajja konsagrata, li tista’ titqies bħala tifsira ħajja ta’ kliem Ġesù: “Kull ma għamiltu mal-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi”.(Mt 25, 40) Ħafna Istituti, l-aktar f’dawn l-aħħar żminijiet, twaqqfu biex jieħdu ħsieb dawn u dawk il-ħtiġijiet tal-foqra. Iżda wkoll meta mhux dan hu l-għan ewlieni tal-Istitut, il-ħsieb u l-ħerqa għall-foqra , li juru ruħhom fit-talb, fl-għajnuna ul-ospitalità għalihom, huma parti normali tal-ħafna suriet tal-ħajja kontemplattiva. Kif jista’ jkun mod ieħor, meta Kristu li miegħu niltaqgħu fil-kontemplazzjoni, huwa dak stess li qed jgħix u jbati fil-foqra? L-istorja tal-ħajja konsagrata stagħniet f’din il-ħaġa b’eżempji li huma tassew tal-għaġeb u xi kultant ukoll maħsuba sewwa. San Pawlinu ta’ Nola li qassam ġidu kollu lill-foqra biex jikkonsagra lilu nnifsu kollu kemm hu lill-Mulej, bena ċ-ċelel tal-monasteru tiegħu foq ospizju għall-foqra. Feraħ b’dan il-ħsieb tiegħu ta’ “bdil ta’ doni”: il-foqra li tagħhom kien qed jieħu ħsieb bit-talb tagħhom kienu qed joffru “pedament” sod għad-dar tiegħu, dedikata kollha kemm hi għat-tifħir ta’ Alla.209 U min-naħa tiegħu San Viċenz de Paul, kien iħobb jgħid li kull darba li kien ikollu iħalli t-talb biex jgħin xi wieħed fqir, it-talb ma kienx jieqaf, għaliex “ ‘l Alla kien qed iħallih għal Alla.210

L-għajnuna lill-foqra hu għemil ta’ evanġeliżżazzjoni u fl-istess waqt hu siġill tal-verità tal-Evanġelju, u ħajra liema bħalha għall-konverżjoni dejjem sejratal-ħajja konsagrata għax, kif jgħid San Girgor il-Kbir, b’mod tal-għaġeb tasal għall-ogħla mħabba meta kollha ħniena titbaxxa sal-fond tal-ħtiġijiet tal-proxxmu, u daqs kemm titbaxxa b’tjieba kbira daqshekk ieħor titla’ fl-għoli nett”211

 

L-għajnuna lill-morda

83 Kotra kbira ta’ persuni konsagrati, l-aktar nisa, huma u jkomplu tradizzjoni tassew ta’ ġieħ, jaqdu l-appostolat tagħhom fil-qasam tas-saħħa bil-kariżma proprju tal-Istitut tagħhom. Tul iż-żminijiet ħafna kienu l-persuni konsagrati li taw ħajjithom biex jaqdu lil dawk imġarrbin minn mard jittieħed, u hekk wrew li d-dedikazzjoni sal-eroiżmu hi parti mill-karattru profetiku tal-ħajja konsagrata.

Il-Knisja tħares kollha mistagħġba u b’radd ta’ ħajr lejn dawk il-persuni konsagrati li huma u jduru bil-morda u b’dawk li qed ibatu, jgħinu ħafna l-missjoni tal-Knisja. Hekk ikomplu l-ministeru tal-ħniena ta’ Kristu li “kien jgħaddi jagħmel il-ġid u jfejjaq lil kulħadd” (ara Atti 10, 38). Il-persuni konsagrati, mexjin fuq il-passi tas-Samaritan divin, “tabib tar-ruħ u l-ġisem,” 212 u fuq l-eżempju tal-fundaturi u l-fundatriċi tagħhom, immexxijin mill-kariżma tal-Istitut tagħhom, għandhom iżommu sħiħ fix-xhieda li jagħtu tal-imħabba għall-morda, li jiddedikaw ruħhom għalihom b’imħabba u mogħdrija kbira. Barra dan għandu jkollu post speċjali l-ministeru tagħhom mal-morda l-aktar foqra, u l-aktar mitluqin waħedhom, bħalma huma l-anzjani,u l-ħandikappati, l-imwarrbin, l-inkurabbli, id-drogati u l-imġarrbin bil-mard ġdid. L-persuni konsagrati għandhom iħajru lill-morda biex joffru t-tbatijiet tagħhom flimkien ma’ Kristu msallab u glorifikat għas-salvazzjoni ta’ kulħadd, 213 anzi għandhom iqawwu fil-morda l-għarfien li huma qed jaqdu ministeru pastorali proprju tagħhom permezz tal-kariżma tas-Salib bit-talb u xhieda tagħhom bil-kliem u l-għemil.214

Barra dan il-Knisja trid tfakkar lill-persuni konsagrati li part mill-missjoni tagħhom hi wkoll l-evanġeliżżazzjoni taċ-ċentri tas-saħħa fejn jaħdmu, billi jħabirku ħa jwasslu d-dawl tal-Evanġelju fil-mod kif in-nies tal-lum qed jgħixu, ibatu u jmutu. Hu dmir tagħhom ukoll jagħmlu aktar umana l-prattika tal-mediċina, u jidħlu aktar fil-fond tal-bio-etika għall-qadi tal-Evanġelju tal-ħajja. Għalhekk qabel kollox iridu jġibu ‘l quddiem ir-rispett għall-ħajja tal-bniedem mit-tnissil tagħha sat-tmiem naturali tagħha, bi qbil sħiħmad-duttrina morali tal-Knisja215, għalhekk għandu jkollhom ċentri ta’ formazzjoni216 u jikkoperaw sewwa ma dawk l-istituti ekkleżjastiċi mpenjati fil-ministeru pastorali tal-kura tas-saħħa.

 

 

 

II XHIEDA PROFETIKA QUDDIEM SFIDI KBAR

 

Il-karattru profetiku tal-ħajja konsagrata

  1. L-Isqfijiet tas-Sinodu nsistew bil-qawwa kollha fuq il-karattru profetiku tal-ħajja konsagrata, għax qisha sura speċjali ta’ kif iseħħ tisħib mal-ministeru profetiku ta’ Kristu, li l-Ispirtu s-Santu jagħti lill-poplu kollu ta’ Alla . Din id-dimensjoni profetika tinsab fil-ħajja konsagrata nfisha, għax hi mixi b’mod radikali wara Kristu u minn dan il-mixi tiġi d-dedikazzjoni għal dik il-missjoni li hi proprja tal-ħajja konsagrata. Il-valur ta’ sinjal li l-Konċilju Vatikan II jara fil-ħajja konsagrata,217 hu mfisser mix-xhieda profetika tal-primat ta’ Alla u tal-Evanġelju fil-ħajja nisranija. Minħabba dan il-primat xejn ma jista’ jiġi qabel l-imħabba speċjali għal Kristu u għall-foqra li fihom jinsab.218

Fil-profeta Elija, profeta qalbieni u ħabib ta’Alla, Missirijiet il-Knisja jaraw eżempju tal-ħajja reliġjuża monastika,219 għex quddiem Alla u kkontemplah għaddej fis-skiet; talab għall-poplu u bil-qawwa kollha ħabbar ir-rieda tiegħu; iddefenda d-drittijiet ta’ Alla u biex iħares l-foqra, ħadha kontra s-setgħanin tad-dinja (ara 1Sl 18-19). Fil-ġrajja tal-Knisja, flimkien mal-insara l-oħra qatt ma naqsu rġiel u nisa konsagrati lil Alla, li b’don singulari tal-Ispirtu, qdew ministeru tassew profetiku, huma u jitkellmu f’isem Alla ma’ kulħadd, u wkoll mar-Rgħajja tal-Knisja. Minn Alla tiġi l-profezija vera, mill-ħbiberija miegħu, mis-smigħ ħerqan ta’ kelmtu fiċ-ċirkostanzi kollha tal-istorja. Il-profeta iħoss f’qalbu nar iħeġġeġ għall-qdusija ta’ Alla, jisma’ l-kelma fi djalogu ta’ talb, iħabbarha b’ħajtu b’fommu u b’għemilu, u jitkellem f’isem Alla kontra l-ħażen u d-dnub. Ix-xhieda profetika titlob bla heda stħarriġ ħerqan tar-rieda ta’ Alla, xirka meħtieġa u sinċiera mal-Knisja, tħaddim ta’ dixxerniment spiritwali, u mħabba għall-verità. Tidher ukoll fiċ-ċaħda ta’ dak kollu li hu kontra r-rieda ta’ Alla u fit-tfittix ta’ triqat ġodda biex l-Evanġelju jinfluwenza l-istorja bit-tama tas-Saltna ta’ Alla li ġejja.220

 

L-importanza tal-profezija tal-lum

  1. Fid-dinja tagħna, li fiha ta’ spiss ħafna jidher li qed jintilef kull sinjal ta’Alla, ix-xhieda profetika tal-persuni konsagrati hi meħtieġa ħafna. Qabel xejn titlob l-istqarrija tal-primat ta’ Alla u tal-ġid li għandu jiġi kif jidher fil-mixi wara Kristu u fix-xebħ miegħu, hu li kien safi, fqir u ubbidjenti mogħti biss għall-glorja ta’ Alla u għall-imħabba ta’ ħutu. Il-profezija hija l-istess ħajja tal-aħwa fis-soċjetà li tixtieq ħafna l-fraternità bla xkiel ta’ xejn, għalkemm mhux dejjem tintebaħ b’dan. Il-fedeltà lejn il-kariżma proprju qed tħeġġeġ il-persuni konsagrati biex kullimkien jagħtu xhieda mill-isbaħ b’qawwa ta’ profeta li ma jibżax jissogra ħajtu stess.

Il-qawwa perswasiva tal-profezija tiġi wkoll mill-qbil li jkun hemm bejn il-kelma li tħabbar u l-ħajja li l-profeta jgħix. Il-persuni konsagrati jkunu fidili għad-dmir tagħhom fil-Knisja u fid-dinja jekk bis-sinċerita kollha bla heda jagħarfu x’inhuma fid-dawl tal-Verb ta’ Alla.221 B’dan il-mod jistgħu jagħnu l-bqija tal-insara bid-don tal-kariżma li rċevew, waqt li huma mbagħad min-naħa tagħhom iħallu jqanqluhom l-isfidi profetiċi li jiġuhom minn oqsma oħra tal-Knisja. B’dan il-qbil ta’doni, f’armonija sħiħa mal-Maġisteru u d-dixxiplina tal-Knisja, tiddi b’ħidma tal-Ispirtu li jgħaqqad il-Knisja fix-xirka u l-ministeru, huwa u jgħallimha u jmexxiha permezz ta’ ħafna doni ġerarkiċi u kariżmatiċi.222

 

Fedeltà sal-martirju

  1. F’dan is-seklu, l-istess bħal fi żminijiet oħra tal-istorja, il-persuni konsagrati taw xhieda għal Kristu l-Mulej, bid-don ta’ ħajjithom. Eluf minnhom kellhom isibu kenn fil-katakombi minħabba l-persekuzzjoni ta’ reġimi totalitarji jew minn gruppi ta’ nies vjolenti, jew ġew imfixklin huma u jaqdu l-ħidma missjunarja tagħhom, fil-ħidmiet tagħhom fost il-foqra, fil-kura tagħhom tal-morda u tal-imwarrbin, iżda għexu u qed jgħixu l-konsagrazzjoni tagħhom fi tbatija qalbiena u bla waqfien, u spiss bit-tixrid ta’ demmhom, b’xebh sħiħ mal-Mulej imsallab. Il-Knisja għarfet pubblikament bl-awtorità tagħha lil xi wħud minnhom u tathom ġieh bħala martri ta’ Kristu. Lilna jdawluna bl-eżempju tagħhom, jitolbu għalina biex nibqgħu fidililejn Kristu u qed jistennewna fil-glorja. Hemm xewqa kbira li t-tifkira ta’ tant xhieda tibqa’ ħajja fil-kuxjenza tal-Knisja bħala stedina ħa niċċelebraw it-tifkira tagħhom u nimitawhom. Għal dan il-għan l-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika jistgħu jgħinu billi jiġbru l-ismijiet u x-xhieda ta’ dawn il-persuni konsagrati kollha li jistħoqqilhom jinkitbu fil-martiroloġju tas-seklu għoxrin.223

 

L-isfidi ewlenin tal-ħajja konsagrata

  1. Il-ħidma profetika tal-ħajja konsagrata turi ruħha fit-tliet sfidi li l-Knisja għandha quddiemha; huma l-isfidi ta’ dejjem li jidhru f’suriet ġodda u forsi b’mod l-aktar radikali, fis-soċjetà tal-lum, almenu f’xi partijiet tad-dinja. Jolqtu direttament il-kunsilli evanġeliċi tal-faqar, tas-safa u tal-ubbidjenza waqt li jġiegħlu lill-Knisja, u lill-persuni konsagrati b’mod partikulari biex jiċċaraw u jagħtu xhieda tat-tifsir antropoloġiku għoli tal-kunsilli. L-għażla ta’ dawn il-kunsilli mhux biss ma tnaqqasx bl-ebda mod il-valuri tal-bniedem, imma għall-kuntrarju twassal biex tbiddilhom għal kollox. Il-kunsilli evanġeliċi m’għandhomx jitqiesu bħala ċaħda tal-valuri tas-sesswalità, lanqas bħala ċaħda tad-dritt li tiddeċiedi int stess għalik innifsek. Dawk l-inklinazzjonijiet, għax jinsabu fin-natura stess tal-bniedem, huma tajbin fihom infushom. Iżda n-natura umana, midruba bid-dnub tan-nisel, tinsab fil-periklu li tużahom b’mod ma jaqbilx mal-liġi morali. Il-professjoni tal-kastità, tal-faqar u tal-ubbidjenza hi twissija biex ma nistmawx bħala xejn il-ġerħat li ġieb id-dnub tan-nisel, u waqt li nagħarfu l-valur tal-ġid maħluq, inqisuh biss bħala xi ħaġa relattiva quddiem Alla li hu l-ġid assolut tagħna. Hekk waqt li dawk li qed iħaddnu l-kunsilli evanġeliċi jridu l-qdusija għalihom infushom, qed joffru, biex ngħidu hekk, terapija spiritwali għall-ġens kollu tal-bnedmin, għax qed jiċħdu l-idolatrija tal-ħlejjaq u qed juru b’xi mod lil Alla l-ħaj. Il-ħajja konsagrata hi barka għall-ħajja tal-bniedem, u barka wkoll għall-ħajja ekkleżjali, speċjalment fi żminijiet ta’ tiġrib.

 

L-isfida tal-kastità konsagrata

88 L-ewwel sfida tiġi minn kultura edonistika li twarrab l-użu tas-sess minn kull regola morali oġġettiva, u tqis is-sesswalità biss bħala xi gost u pjaċir, u bl-għajnuna tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali, tagħtiha sura ta’ idolatrija tas-sess. L-effetti ta’ din il-qagħda kulħadd qed jarahom: kull sura ta’ għemil kontra sesswalità li qed joħloq għadd bla qies ta’ tbatijiet spiritwali u materjali fl-individwi u fil-familji. Il-ħajja konsagrata twieġeb għal dan l-aktar billi tħaddan bil-ferħ il-kastita perfetta bħala xhieda tal-qawwa tal-imħabba ta’ Alla fid-dgħufija tal-qagħda tal-bniedem. Il-persuna konsagrata tixhed u turi li dak li ħafna jaħsbu li hu impossibli, bl-għajnuna tal-grazzja ta’Alla jista’ jseħħ u verament jagħti l-ħelsien lill-bniedem. Iva, wieħed jista’ jħobb ‘l Alla fi Kristu b’qalbu kollha, u jħobbu fuq kull imħabba oħra, u hekk iħobb il-ħlejjaq kollha bil-ħelsien ta’ Alla. Illum aktar milli fl-imgħoddi, hi meħtieġa din ix-xhieda għax ftit jifhmuha n-nies tal-lum. Tingħata lill-bnedmin kollha – żgħażagħ u għarajjes, miżżewġin u familji nsara – biex turi li l-imħabba ta’ Alla tista’ tagħmel għeġubijiet kbar fi ħdan l-istess imħabba tal-bnedmin. Din ix-xhieda wkoll tissodisfa x-xewqa dejjem aktar kbira ta’ onestà fil-qalb fir-relazzjonijiet tal-bnedmin bejniethom. Jeħtieġ li l-ħajja konsagrata tagħti lin-nies ta’ żmienna eżempji tal-kastità li qed jgħixu tant irġiel u nisa huma u juru li kollox qed jagħmlu bil-qies, jafu jrażżnu lilhom infushom, juru spirtu intraprendenti, laħqu kobor sħiħ psikoloġikament u affettivament.234 B’din ix-xhieda l-imħabba umana għandha għan li lejh tista’ tħares biex lejh tersaq, l-għan li l-persuna konsagrata, tilħaq hija u tikkontempla l-imħabba tat-Trinità Qaddisa, rivelata minn Kristu. Il-persuna konsagrata għax tidħol fil-fond ta’ dan il-misteru tħoss li għandha l-ħila li tħobb b’imħabba radikali u universali, imħabba li tagħtiha l-qawwa trażżan lilha nfisha u jkollha dik id-dixxiplina meħtieġa biex ma tiġix maħkuma mis-sensi u l-istinti tagħha. Hekk il-kastità konsagrata tidher bħala esperjenza ferrieħa u ħielsa. Imdawla mill-fidi fi Kristu rxoxt u bit-tama ta’ art ġdida u smewwiet ġodda (Apok 2, 1), toffri ispirazzjonijiet mill-aqwa għall-ħidma ta’ edukazzjoni fil-kastità fis-suriet l-oħra tal-ħajja wkoll.

 

L-isfida tal-faqar

  1. Sfida oħra llum tiġi mill-ħerqa materjalistika għall-ġid tal-art, li ma jimpurtahiex mill-ħtiġijiet u t-tbatijiet tad-dgħajfin, u ma titħasseb xejn dwar il-qjies fir-riżorsi naturali. Kontra dan twieġeb il-ħajja konsagrata li tħaddan il-faqar evanġeliku li jista’ jkun ta’ ħafna suriet, iżda spiss ħafna juri ruħu f’impenn attiv ħa jiġu ’l quddiem is-solidarjetà u l-imħabba.

Kemm Istituti jiddedikaw ruħhom għall-edukazzjoni, għat-tħarriġ u għat-tħejjija ta’ tant żgħażagħ u ta’ kbar ukoll biex ikunu il-bennejja tal-ġejjieni tagħhom.! Kemm persuni konsagrati jinfnew bla ebda ħsieb għal saħħithom biex jgħinu l-ifqar fost in-nies tad-dinja! Kemm fosthom jaħdmu biex iħarrġu l-edukaturi ta’ għada u l-mexxejja tas-soċjetà biex huma mbagħad jimpenjaw ruħhom ukoll biex iwarrbu l-istrutturi tal-moħqrija u fl-istess waqt iġibu ’l quddiem proġetti ta’ solidarjetà mal-foqra! Il-persuni konsagrati jitħabtu biex jintrebaħ il-ġuħ u dak kollu li jwassal għalih; jispiraw l-attivitajiet tal-volontarjat u tal-organiżżazzjonijiet umanitarji, huma u jissieħbu ma għaqdiet pubbliċi jew privati biex iġibu ’l quddiem tqassim xieraq ta’ kull għajnuna internazzjonali. In-nazzjonijiet jafu sewwa x’siwi kbir huma għalihom dawn l-attivitajiet kollha ta’ mħabba ta’ tant irġiel u nisa u kemm għenu u qed jgħinu biex id-dinja tkun aktar umana.

 

Il-faqar evanġeliku u l-qadi tal-foqra

  1. Il-faqar evanġeliku, qabel ma hu tassew qadi tal-foqra, hu ta’ ġid fih innifsu, għax ifakkar l-ewwel fost il-Beatitudnijiet f’xebh ma Kristu l-fqir.225 L-ewwel dmir tiegħu hu li jixhed illi Alla hu l-veru għana tal-bniedem. U minħabba f’hekk il-faqar evanġeliku jisfida bil-qawwa kollha l-idolatrija tal-flus, u joqgħod bħala sejħa profetika quddiem dik is-soċjetà li, b’tant oqsma ta’ nies għonja tinsab fil-periklu li titlef kull sens ta’ moderazzjoni u saħansitra l-istess tifsira ta’ kollox. Minħabba f’hekk, illum aktar minn dari, is-sejħa tal-faqar evanġeliku qed tiġi milqugħa minn dawk ukoll li huma u jifhmu li l-ġid u l-għana kollha tad-dinja hu limitat, jitolbu li l-ħlejjaq kollha jkunu mħarsin u jitnaqqas l-isfruttament tagħhom b’ħajja aktar sempliċi u b’kontroll xieraq fuq ix-xewqat kollha tal-bniedem.

Għalhekk il-persuni konsagrati huma mitlubin jagħtu xhieda evanġelika mġedda u ħerqana ta’ ċaħda u kontroll, f’sura ta’ ħajja bejn l-aħwa mmexxija b’sempliċità u ospitalità wkoll bħala eżempju għal dawk li ma jimpurtahom xejn mill-ħtiġijiet ta’ għajrhom. Din ix-xhieda trid tkun imsieħba ma’ mħabba liema bħalha għall-foqra u trid turi ruħha b’mod speċjali b’tisħib fil-qagħda tal-ħajja ta’ dawk l-aktar abbandunati. Hemm ħafna komunitajiet li qed jgħixu u jaħdmu fost il-foqra u l-imwarrrbin, iħaddnu l-qagħda tagħhom u jaqsmu magħhon in-niket, t-tiġrib u d-diffikultajiet.

Ma jispiċċċaw qatt il-paġni tas-solidarjetà evanġelika u tad-dedikazzjoni erojka tal-persuni konsagrati li f’dawn l-aħħar snin ta’ tibdiliet kbar fid-dinja ta’ inġustizzji bla qies, ta’ tamiet u ta’ qerq, ta’ rebħiet kbar u ta’ disgrazzji kollha mrar. Mhux inqas importanti huma l-paġni li nkitbu u għad jinkitbu minn għadd bla qies ta’ persuni konsagrati li qed jgħixu l-milja ta’ ħajjithom “moħbijin ma’ Kristu f’Alla “ (Kol 13,3) għas-salvazzjoni tad-dinja li offrew ruħhom minn rajhom biex jgħixu ħajja għall-għanijiet ftit magħrufa u wisq inqas imfaħħra. B’dawn il-ħafna suriet li jikkomplimentaw lil xulxin, il-ħajja konsagrata tissieħeb sewwa fil-faqar tal-Mulej u taqdi d-dmir speċifiku tagħha fil-misteru salvifiku tal-Inkarnazzjoni u fil-misteru tal-Mewt għall-fidwa tad-dinja.226

 

L-isfida tal-libertà fl-ubbidjenza

  1. It-tielet sfida tiġi mill-fehma tal-libertà li tagħżel dan il-ġid fondamentali mir-relazzjoni essenzjali tagħha mal-verità u man-normi morali.227 Fil-fatt il-promozzjoni tal-libertà hi valur veru li hu marbut mar-rispett għall-persuna tal-bniedem. Imma min ma jintebaħx għal liema għemejjel kbar ta’ inġustizzja, anzi ta’ vjolenza fil-ħajja tal-individwi u ta’popolazzjonijiet sħaħ, iwassal l-użu ħażin tal-libertà?

Għal dan twieġeb bil-qawwa kollha l-ubbidjenza li hi karatteristika tal-ħajja konsagrata. Din l-ubbidjenza fil-ħajja konsagrata tfakkar b’mod mill-aqwa l-ubbidjenza ta’ Kristu lilil-Missier; u mill-misteru ta’ Kristu toħroġ ix-xhieda li bejn l-ubbidjenza u libertà m’hemmx kontradizzjoni. Il-qagħda tal-Iben innifsu turi l-misteru tal-libertà tal-bniedem bħala t-triq lejn l-ubbidjenza għar-rieda tal-Missier, u l-misteru tal-ubbidjenza bħala t-triq li twassal pass pass għall-kisba tal-libertà vera. Hu proprju dan il-misteru li l-persuna konsagrata trid tagħraf bil-vot tagħha ta’ ubbidjenza. B’din l-istess ubbidjenza l-persuna konsagrata trid turi l-għardien tar-relazzjoni filjali tagħha mal-Missier, li tqisha bħala l-ħobża tagħha ta’ kuljum (ara Ġw 4,34), bħalha l-blata tagħha, l-hena tagħha,il-kenn tagħha, it-tarka tagħha (ara Salm 18/17, 2). Barra dan turi li qed tikber fil-verità sħiħa tagħha nfisha,waqt li tibqa’ marbuta mal-bidu tal-eżistenza tagħha, u hekk tagħti aħbar ta’ faraġ kbir: “Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek, ma hemm ebda tfixkil għalihom (Salm 119/118 165)

 

 

Flimkien biex isseħħ ir-rieda tal-Missier

  1. Din ix-xhieda ta’ persuni konsagrati fil-ħajja reliġjuża tieħu tifsir speċjali minħabba l-karattru komunitarju tagħha. Il-ħajja bejn l-aħwa hu l-post ewlieni fejn tingħaraf ir-rieda ta’Alla u tiġi milqugħa, waqt li lkoll jimxu ’l quddiem b’qalb waħda u ruħ waħda. L-ubbidjenza mwettqa mill-imħabba tgħaqqad flimkien il-membri ta’ Istitut biex jagħtu l-istess xhieda u jagħmlu l-istess missjoni, għalkemm hemm varjetà ta’ doni u kulħadd għandu l-karattru tiegħu. Fi ħdan il-fraternità li jqajjem l-Ispirtu kull wieħed iżomm djalogu mal-oħrajn, djalogu li hu ta’ siwi kbir biex tingħaraf ir-rieda tal-Missier, u lkoll jagħarfu f’min imexxi dehra tal-paternità ta’ Alla u t-tħaddim ta’ awtorità li ġejja minn Alla għall-qadi tad-dixxerniment u tax-xirka. 228

Il-ħajja tal-komunità hi wkoll sinjal mill-aqwa quddiem il-Knisja u s-soċjetà ta’ dik ir-rabta li toħroġ mill-istess vokazzjoni u mix-xewqa ta’ kulħadd li jobdi din il-vokazzjoni, minkejja differenzi ta’ razza, lsien u kultura. Kontra l-ispirtu ta’ firda u ta’ diviżjoni, l-awtorità u l-ubbidjenza jiddu qishom sinjal ta’ dik il-paternità waħdanija li tiġi minn Alla, tal-fraternità li tasal mill-Ispirtu, ta’ ħelsien fil-qalb ta’ min jafda biss f’Alla, minkejja n-nuqqasijiet umani ta’ dawk li huma floku. Permezz ta’ din l-ubbidjenza, li xi wħud jagħmlu regola ta’ ħajjithom, l-hena mwiegħed minn Ġesù “lil dawk li jisimgħu l-Kelma ta’Alla u jagħmluha” (9Lq 11. 28) jinħass u jitħabbar għall-ġid ta’ kulħadd. Barra dan min jobdi żgur jaf li għandu sehem fil-missjoni, jiġifieri li miexi wara l-Mulej u mhux skont ix-xewqat u t-tamiet tiegħu. Hekk jista’ jagħraf li hu mmexxi mill-Ispirtu tal-Mulej u huwa mwettaq, ukoll fost ħafna diffikultajiet kbar, minn id soda. (ara Atti 20.22-23).

 

Impenn deċisiv fil-ħajja spiritwali

  1. Ħerqa fost il-ħafna li ssemmew fis-Sinodu kienet dik li l-ħajja konsagrata titmantna min spiritwalità għolja u soda. Din hi ħtieġa ewlenija, li nsibuha fl-essenza stess tal-ħajja konsagrata għax, l-istess bħal kull min hu mgħammed, minħabba raġunijiet aktar għolja dawk li jħaddnu l-kunsilli evanġeliċi huma fid-dmir li jħabirku bil-qawwa u l-imħabba kollha ħa jiksbu l-perfezzjoni.229 Dan id-dmir juruh tant eżempji ta’ fundaturi u fundatriċi qaddisin u ta’ tant persuni konsagrati li taw xhieda għal Kristu sal-martirju. Tħabrek għall-qdusija: dan fil-qosor hu l-programm ta’ kull ħajja konsagrata, b’mod partikulari fid-dawl tat-tiġdid li jrid iseħħ fuq l-għatba tat-tielet elf sena. Minn hawn ukoll jiġi l-programm tal-ħajja ta’ min jħalli kollox għal Kristu (ara Mt 4,18-22; 19, 21,27; Lq 5,11) , programm li jrid jintgħażel ‘il fuq minn kull ħaġ’oħra biex ikun hemm tisħib sħiħ fil-misteru tal-Għid.

Dan għarfu sewwa San Pawl meta qal: “Jien ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi … lilu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet” (Fil 3,8. 10). Din hi t-triq li ntweriet sa mill-bidu mill-Appostli, u li hi mfakkra mit-tradizzjoni tal-lvant u tal-punent: “Dawk li llum mexjin wara Kristu, u jħallu kollox minħabba fih, ifakkruna fl-Appostli li ħallew kollox biex iwieġbu għas-sejħa tiegħu. Għalhekk hi ħaġa tradizzjonali llum li nitkellmu dwar il-ħajja reliġjuża bħala sura ta’ ħajja appostolika”.230 Din it-tradizzjoni tagħti importanza kbira fil-ħajja konsagrata għall-patt speċjali ma’ Alla, anzi għall-patt ta’ għerusija ma’ Kristu li San Pawl wera bl-eżempju tiegħu stess (ara 1Kor 7, 7) u wassal bl-istess tagħlim tiegħu, immexxi mill-Ispirtu (ara 1 Kor 7,40). Nistgħu ngħidu li l-ħajja spiritwali hija ħajja fi Kristu jew ħajja skont l-Ispirtu, qisha triq ta’ fedelta dejjem akbar li fiha l-persuna konsagrata titmexxa mill-Ispirtu u ssir tixbah lil Kristu f’rabta liema bħalha miegħu u fil-qadi tal-Knisja. Dan kollu, li jieħu sura fil-ħafna forom differenti ta’ ħajja konsagrata, jagħti bidu għall-ispiritwalita speċifika, jigifieri programm ċert ta’ relazzjonijiet ma’ Alla u mal-ambjent kollu, li jiġi mmarkat mill-aspetti spiritwali proprji u mill-ħidmiet tal-appostolikat li b’mod jew ieħor idawlu u juru il-misteru waħdani ta’ Kristu. Meta il-Knisja tagħraf xi sura konsagrata jew xi sura jew xi ‘Istitut, turi li fih jinsabu l-aspetti meħtieġa kollha tal-kariżma spiritwali u tal-appostolat biex tintlahaq il-perfezzjoni evanġelika ta’ kull membru u tal-komunità kollha.

Jeħtieġ għalhekk li l-ħajja spiritwali ikollha l-ewwel post fil-programm tal-familji ta’ ħajja konsagrata biex kull Istitut u kull komunità tkun skola ta’ vera spiritwalita evanġelika. Minn din l-għażla ewlenija li ssir minn kull membru u minn kull komunità jiddependu l-frott tal-appostolat, il-ġenerożità fl-imħabba għall-foqra, u wkoll il-ħila li tiġbed vokazzjonijiet mill-ġenerazzjonijiet ta’ għada. Din il-kwalità spiritwali tal-ħajja konsagrata tista’ tħajjar in-nies ta’ żmienna li huma wkoll imxennqin għall-valuri assoluti ux-xhieda tagħha tiġbidhom lejha.

 

Is-smigħ tal-Kelma ta’ Alla

  1. l-ewwel għajn ta’ kull spiritwalità nisranija hi l-Kelma ta’ Alla. Tmantni relazzjoni singulari ma’ Alla l-ħaj u mar-rieda tiegħu li ssalva u tqaddes. Għalhekk sa mill-bidu stess tal-Istitut ta’ ħajja konsagrata, u l-aktar tal-ħajja monastika, dejjem kienet stmata ħafna il-lectio divina. Biha l-kelma ta’Alla tidħol fil-ħajja u fuqha titfa’ d-dawl tal-għerf hu don tal-Ispirtu s-Santu. Għalkemm l-Iskrittura “tiswa biex wieħed jitgħallem” (2 Tim 3, 16) u hi “għajn safja li ma tiġi nieqsa qatt”,231 il-kotba tat-Testment il-Ġdid, u l-aktar l-Evanġelji, għandu jkollhom venerazzjoni speċjali, għaliex huma “l-qalba tal-Iskrittura kollha.”232 Jiswa ħafna għalhekk li l-persuni konsagrati għall-meditazzjoni regolari tagħhom jużaw is-siltiet tal-Evżnġelju u tal-kotba l-oħra tat-Testment il-Ġdid li jwasslulna l-kliem u l-eżempji ta’ Kristu u tal-Verġni Marija u s-sura wkoll tal-ħajja appostolika. Il-fundaturi u l-fundatriċi ġew ispirati minn dawn is-siltiet biex aċċettaw il-vokazzjoni tagħhom u għarfu l-kariżma u l-ħidma tal-Istitut tagħhom.

Tiswa ħafna mbagħad il-meditazzjoni komunitarja tal-Bibbja. Meta ssir skont il-kwalitajiet ta’ ħajja u l-qagħda tal-komunità tista’ twassal għal-qsim fi ħdan il-komunità tal-għana kollu li jista’ jinkiseb mill-Kelma ta’ Alla u li b’dan il-għana lkoll jkbru flimkien, jgħinu lil xulxin ’l quddiem fil-ħajja spiritwali. Anzi jixraq li din id-drawwa tiġi suġġerita wkoll lill-membri oħra tal-poplu ta’ Alla, lill-presbiteri u lill-lajċi, u hekk jiġu ’l quddiem skejjel ta’ spiritwalità, ta’ talb, ta’ qari tal-Iskrittura bħala talb, skejjel li jkunu jaqblu mal-kariżma ta’ dak li jkun, li fihom Alla “jitkellem bħala ħabib mal-bniedem” (ara Eż 33, 11; Ġw 15, 14-15) u jgħix magħhom (ara Bar 3, 38) biex jistedinhom u jilqagħhom fl-għaqda miegħu. 233

Bil-meditazzjoni tal-Kelma ta’ Alla u l-aktar tal-misteri ta’ Kristu, kif tgħallimha t-tradizzjoni spiritwali, tikber il-ħeġġa fil-kontemplazzjoni u l-ħeġġa fl-appostolat. Kemm fil-ħajja reliġjuża kontemplattiva u kemm f’dik appostolika, dejjem għamlu għaġubijiet irġiel u nisa mogħtijin għat-talb, huma u jfittxu x’inhi r-rieda ta’ Alla u jagħmluha. Miċ-ċelebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla kisbu dawl għal dak id-dixxerniment singulari u komunitarju li għenhom biex jagħrfu t-triqat tal-Mulej mis-sinjali taż-żminijiet. Hekk kisbu sura ta’ istint soprannaturali li permezz tiegħu jevitaw li joqgħodu għall-mentalità tad-dinja, imma jġeddu fehmithom biex jagħrfu “x’inhi r-rieda ta’ Alla, x’inhu li jogħġbu, x’inhu perfett.”(Rum 12, 2)

 

F’xirka ma’ Kristu

  1. L-aqwa mezz li bih titmantna b’mod mill-aktar effkaċi l-għaqda mal-Mulej hu żgur il-liturġija mqaddsa, u l-aktar iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika u l-Liturġija tas-Sigħat. Qabel kollox “fl-Ewkaristija Mqaddsa jinsab il-ġid spiritwali kollu tal-Knisja, Kristu l-Għid tagħna, il-ħobż ħaj li jagħti l-ħajja b’Ġismu u jitmantna mill-Ispirtu s-Santu.”234 L-Ewkaristija hi l-qalba tal-ħajja konsagrata wkoll. Kif tista’ persuna msejħa biex bil-professjoni tal-kunsilli evanġelici tagħżel lil Kristu bħala t-tifsir ewlieni ta’ ħajjitha, ma tixtieqx ikollha miegħu relazzjoni aktar għolja b’tisħib kuljum f’dak is-Sagrament li jagħmlu preżenti, f’dak is-sagrifiċċju li jtemm id-don ta’ mħabba mogħti fuq il-Kalvarju, b’dik l-ikla li tmantni u twettaq il-Poplu ta’ Alla fil-mixi tiegħu lejn is-sema? Min-natura tagħha l-Ewkaristija hi fiċ-ċentru tal-ħajja konsagrata, kemm ta’ kull membru u kemm tal-Istitut kollu kemm hu. L-Ewkaristija hi l-“vjatku” ta’ kuljum u għajn spiritwali għal kull membru u għall-Istitut kollu. Fl-Ewkaristija l-persuni konsagrati kollha huma msejħin biex jgħixu l-misteru tal-Għid ta’ Kristu billi miegħu jissieħbu fl-offerta tal-ħajja lill-Missier bl-Ispirtu s-Santu. L-adorazzjoni regolari u fit-tul ta’ Kristu preżenti fl-Ewkaristija tħalli lill-persuna konsagrata ġġarrab b’xi mod l-esperjenza li kellu San Pietru waqt it-trasfigurazzjoni. “Kemm hu sew li aħna hawn”. Fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteru tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej titwettaq u tissaħħaħ l-għaqda u l-imħabba ta’ dawk kollha li ddedikaw ħajjithom lil Alla.

Flimkien mal-Ewkaristija, u b’rabta liema bħalha magħha, il-Liturġija tas-Sigħat kemm f’ċelebrazzjoni komunitarja u kemm individwalment skont in-natura tal-Istitut, f’rabta sħiħa mat-talba tal-Knisja kollha, turi s-sejħa proprja tal-persuni konsagrati biex ifaħħru u jitolbu ’l Alla.

Ir-rabta intima mal-Ewkaristija tidher ukoll fil-konverżjoni dejjem sejra u fit-tisfija meħtieġa li l-persuni konsagrati jagħmlu fis-Sagrament ta’ Rikonċiljazzjoni. B’din il-laqgħa ta’ spiss mal-ħniena ta’Alla, isaffu u jġeddu lil qalbhom u bl-istqarrija umli ta’ dnubiethom juru r-rabta tagħhom miegħu; l-esperjenza ferrieħa tal-maħfra sagramentali fil-mixi flimkien tal-aħwa twassal għat-tjieba fil-qalb u tħajjar għall-fedeltà aqwa fil-qadi tad-dmirijiet.

Hi għajnuna mill-aqwa għal min hu miexi ’l quddiem fit-triq tal-Evanġelju, l-aktar fiż-żmien tal-formazzjoni u fi żminijiet oħra importanti tal-ħajja, hi t-tfittxija umli u fiduċjuża tad-direzzjoni spiritwali, li biha l-persuna jkollha l-għajnuna ħa twieġeb bil-ħeġġa għat-tqanqil tal-Ispirtu u tfittex il-qdusija bil-qawwa kollha. Il-persuni konsagrati kollha huma mħeġġin biex skont it-tradizzjonijiet proprji tagħhom, kuljum iġeddu l-għaqda spiritwali tagħhom mal-Vergni Marija, u jgħixu magħha l-misteri ta’ Binha l-aktar billi jgħidu r-Rużarju Mqaddes.

 

 

 

III OQSMA ĠODDA GĦALL-MISSJONI

 

Fid-dinja tal-edukazzjoni

  1. Il-Knisja dejjem fehmet li l-edukazzjoni hi dejjem essenzjali tal-missjoni tagħha. L-imgħallem fil-ħajja tagħha hu l-Ispirtu s-Santu li jidħol fil-qiegħ nett tal-qalb ta’ kull bniedem u jaf kif timxi ’l quddiem il-ġrajja misterjuża tal-istorja. Il-Knisja kollha hi mogħtija l-ħajja mill-Ispirtu s-Santu u miegħu taqdi l-ħidma edukattiva tagħha. Iżda fil-Knisja, il-persuni konsagrati għandhom dmir speċifiku għax għandhom iwasslu fil-qasam tal-edukazzjoni x-xhieda radikali tal-valuri tas-Saltna li jridu jwasslu lil kull bniedem u lill-bnedmin kollha, huma u jistennew il-laqgħa tal-aħħar mas-Sid tal-istorja. Minħabba l-konsagrazzjoni singular tagħhom, minħabba l-esperjenza partikulari tad-doni tal-Ispirtu, minħabba s-smigħ regolari tagħhom tal-Kelma ta’ Alla , u minħabba d-dixxerniment tagħhom, minħabba l-wirt għani tat-tradizzjoni edukattiva miksub mill-Istituti tagħhom tul iż-żminijiet, minħabba għarfien aktar għoli tal-verità spiritwali (ara Ef 1, 17), il-persuni konsagrati huma kapaċi jagħmlu ħidma edukattiva b’mod l-aktar effikaċi, u jagħtu kontribut speċifiku għall-ħidma edukattiva tal-oħrajn.

Imwettqin b’dan il-kariżma, il-persuni konsagrati jistgħu jagħtu ħajjaliċ-ċentri ta’ edukazzjoni mimlijin mill-ispirtu tal-Evanġeljuu tal-imħabba fejn iż-żgħażagħ isibu għajnuna ħa jiksbu l-kobor sħiħ tagħhom, taħt it-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu.235 B’dan il-mod komunità mpenjata fl-edukazzjoni, mill-esperjenza tagħha stess, issir post ta’ xirka u ta’ grazzja fejn il-ħidma pedagoġika tgħin biex tgħaqqad flimkien f’għaqda liema bħalha dak li hu tal-bniedem u dak li hu ta’ Alla, l-Evanġelju u l-kultura, il-fidi u l-ħajja.

Il-ġrajja tal-Knisja mill-ewwel żminijiet sa żminijietna minmlija eżempji tassew tal-għaġeb ta’ persuni konsagrati li għexu u qed jgħixu l-ħerqa tagħhom għall-qdusija bl-istess ħidma edukattiva tagħhom, huma u jfittxu l-qdusija bl-impenn edukattiv tagħhom. Ħafna minnhom kisbu l-perfezzjoni fl-imħabba huma u jedukaw. Dan huwa wieħed mid-doni l-aktar għeżież li l-persuni konsagrati llum ukoll qed jagħtu liż-żgħażagħ huma u jgħallmuhom b’mod kollu mħabba skont it-twissija ta’ San Ġwann Bosco: “Iż-żgħażagħ m’għandhomx biss jinħabbu, imma għandhom jifhmu wkoll li huma maħbubin.”236

 

Il-ħtieġa ta’ tiġdid fl-impenn fil-qasam tal-edukazzjoni

  1. Il-persuni konsagrati huma u jgħaqqdu flimkien l-impenn għaqli tagħhom mal-ħeġġa li jaqdu l-missjoni tagħhom, juru li l-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu ddawwal il-qasam kollu tal-edukazzjoni, mingħajr ebda tmaqdir tal-valuri tal-bniedem, iżda għall-kuntrarju twettaqhom u tgħollihom. B’dan il-mod il-persuni konsagrati jsiru xhieda u strumenti tal-qawwa tal-Inkarnazzjoni u tas-setgħa tal-Ispirtu. Dan id-dmir tagħhom hu waħda mill-manifestazzjonijiet l-aktar li jfissru tal-maternità li l-Knisja, fuq l-eżempju ta’ Marija turi ma’ wliedha kollha.

Is-Sinodu għalhekk bil-qawwa kollha ħeġġeġ lill-persuni konsagrati biex jerġgħu jidħlu, fejn dan jista’ jkun, għall-ħidma ta’ edukazzjoni f’kull sura u grad ta’ skola, fl-Universitajiet u fl-Istituti ta’ studji aktar għolja.237 Jien u nagħmel tiegħi l-proposta tas-Sinodu nħeġġeġ bil-qawwa kollha lill-membri tal-Istituti edukattivi biex jibqgħu fidili għall-kariżma tagħhom, tal-bidu u għat-tradizzjonijiet tagħhom huma u jħossu li l-imħabba favur il-foqra tista’ tintwera f’sura liema bħalha fl-għażla tal-meżżi adatti għall-ħelsien minn dak il-faqar kiefer li hu n-nuqqas ta’ edukazzjoni kulturali u reliġjuża.

L-Universitajiet u l-fakultajiet kattoliċi u ekkleżjastiċi għandhom influwenza kbira fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-evanġeliżżazzjoni, għalhekk l-Istituti responsabbli għat-tmexxija tagħhom iridu jkunu jafu sewwa r-responsabbiltajiet tagħhom biex, fi djalogu mal-kultura tal-qagħda tal-bniedem illum, jaraw li jkun imħares il-karattru kattoliku tagħhom b’fedeltà sħiħa lejn il-Maġisteru tal-Knisja. Barra dan, il-membri ta’ dawn l-Istituti u Soċjetajiet, skont iċ-ċirkustanzi, għandhom ikunu lesti jidħlu fl-istrutturi edukattivi tas-soċjetà ċivili. Għal din il-ħidma huma msejħin, b’mod partikulari, minħabba l-vokazzjoni proprja tagħhom il-membri tal-Istituti sekulari.

 

L-evanġeliżżazzjoni tal-kultura

  1. L-Istituti ta’ ħajja konsagrata dejjem kellhom influwenza kbira fil-fondazzjoni u t-tixrid tal-kultura. Dan seħħ fiż-żminijiet tan-nofs meta l-monasteri saru l-postijiet għall-istudju tal-għana kulturali tal-imgħoddi u fejn żviluppat kultura ġdida umanistika u nisranija. Dan seħħ kull darba li d-dawl tal-Evanġelju xtered fost nazzjonijiet ġodda u daħal f’suriet oħra ta’ kultura. Ħafna persuni konsagrati ġiebu ’l quddiem il-kultura , u spiss studjaw u ħarsu l-kulturi indiġeni. Illum ukoll il-Knisja tħoss sewwa l-ħtieġa li l-kultura timxi ’l quddiem u jkun hemm djalogu bejn il-kultura u l-fidi.239

Il-persuni konsagrati ma jistax ikun li ma jħossux l-isfida ta’ dan. Huma wkoll imwissijin biex, waqt li jħabbru l-Kelma ta’ Alla, jaraw liema metodi huma l-aktar adatti għall-ħtiġijiet ta’ gruppi soċjali diversi u għall-kategoriji professjonali kollha, biex id-dawl ta’ Kristu jidħol f’kull qasam tal-ħajja tal-bniedem, ħalli bħall-ħmira ta’ salvazzjoni jbiddel is-soċjetà min ġewwa, waqt li jgħin fil-bini ta’ kultura kollha kemm hi bil-valuri tal-Evanġelju.240 B’dan l-impenn il-ħajja konsagrata, hi u toqrob it-tielet elf sena nisranija, tista’ ġġedded it-tweġiba tagħha lir-rieda ta’ Alla, li qes jersaq lejn il-bnedmin kollha li, jafu jew ma jafux, qegħdin ifittxu pass pass il-Verità u l-ħajja (ara Atti 17, 27)

Barra minn dan il-qadi lill-oħrajn, fi ħdan il-ħajja konsagrata stess hemm il-ħtieġa ta’ sura ta’ mħabba mġedda għall-ħidma kulturali, qalb mogħtija għall-istudju quddiem tant diversità ta’ kulturi. Nuqqas fl-impenn għall-edukazzjoni jista’ jħalli konsegwenzi kbar fil-ħidma tal-appostolat, għax joħloq sens ta’ twarrib u ta’ inferjorità jew jħajjar għas-superfiċjalità u għall-inizzjattivi bla għaqal. Fost il-ħafna kariżmi u r-riżorsi li għandu kull Istitut, l-impenn għall-edukazzjoni ma jistax jiġi limitat biss għall-formazzjoni tal-bidu jew għall-kisba biss ta’ gradi akkademiċi jew ukoll biex tinkiseb biss tħejjija professjonali. L–edukazzjoni aktar tfisser xewqa li qatt ma tonqos ta’ għarfien dejjem aktar ta’ Alla li hu għajn ta’ dawl u ta’ kull verità umana. Għalhekk din il-ħidma ma twassalx biex tagħlaq il-ħajja konsagrata f’individwaliżmu astratt jew iżżommha fi xkiel ta’ narċiżiżmu li joħnoq, imma timbuttaha biex permezz ta’ djalogu u koperazzjoni, tikseb il-ħila li tiġġudika, timbuttaha għall-kontemplazzjoni u għat-talb, hija u dejjem tfittex lil Alla u l-ħidma tiegħu fir-realtajiet komplessi tal-ħajja tal-lum.

Jekk il-persuna konsagrata tħalli li tiġi mibdula mill-Ispirtu, tkun tista’ toħroġ barra mil-limiti dojoq tax-xewqat tal-bniedem u fl-istess waqt tifhem aktar fil-fond kull bniedem u ġrajjietu, ‘l hemm ħafna minn dak li jidher u spiss hu. Illum hemm ħafna sfidi bla qies, ġejjin minn ħafna kulturi li, xi wħud ġodda u oħrajn li l-persuni konsagrati ilhom iħabbtu wiċċhom magħhom: jeħtieġ li jinżammu kuntatti li jaħtu frott ma’ dawn l-isfidi kulturali f’qagħda krirtika u attenta imma wkoll b’fiduċja u attenzjoni lejn dawk li qed iħabirku biex jegħelbu d-diffikultajiet intellettwali tagħhom l-aktar meta, minħabba l-problemi għal kollox ġodda ta’ żminijietna, huma meħtieġa sforzi oħra ta’ analiżi u sintesi.241 Evanġeliażżazzjoni serja u effikaċi tal-oqsma ġodda fejn qed tiżviluppa u titwassal il-kultura ma jistax ikun hemm mingħajr attiva tal-lajċi li huma mpenjati fihom.

 

 

Preżenti fil-qasam tal-komunikazzjoni soċjali

  1. Kif fl-imgħoddi l-persuni konsagrati għarfu jużaw tajjeb kull sura ta’ meżżi għax-xandir tal-Evanġelju, u għelbu b’ħila liema bħalha d-diffikultajiet li magħhom iltaqgħu, hekk illum l-istess ħtieġa li tingħata xhieda tal-Evanġelju permezz tal-meżżi ta’ komunikazzjoni soċjali qed tqanqalhom mod ieħor. Dawn il-meżżi ġa kisbu għalihom is-setgħa li jaslu sat-trufijiet kollha tal-art permezz ta’ progress tekniku mill-aqwa. Il-persuni konsagrati li, l-aktar dawk li għandhom il-kariżma tal-Istitut tagħhom biex jaħdmu f’dan il-qasam, huma fid-dmir li jkollhom tagħrif sħiħ tal-lingwaġġ ta’ dawn il-meżżi ta’ komunikazzjoni soċjali, biex ikunu jistgħu jitkellmu b’mod effikaċi dwar Kristu man-nies tal-lum ħa jfissrulhom “il-ferħ u t-tama, in-niket u l-qtigħ il-qalb” 242 li jaħkmuhom, u hekk jgħinu għall-bini ta’ soċjetà li fiha l-bnedmin kollha, huma u mexjin lejn Alla, iħossu ili huma lkoll aħwa.

Iżda wieħed irid jgħasses fuq użu ħażin ta’ dawn il-meżżi minħabba l-qawwa kbira li għandhom ħa jipperswadu lin-nies. Ma jixraqx li jinħbew id-diffikultajiet li minn dawn il-meżżi jista’ jkollha l-ħajja konsagrata: iżda dawn id-diffikultajiet wieħed irid jaffrontahom permezz ta’ dixxerniment għaqli.243 It-tweġiba tal-Knisja hi qabel xejn edukattiva: trid twassal biex jingħaraf tajjeb id-dinamiżmu tal-medja u jitqies sewwa l-aspett morali tal-programmi flimkien ma żvilupp ta’ użu tajjeb tagħhom.244 Għal din il-ħidma edukattiva li trid twassal għal użu bil-għaqal ta’ dawn il-meżżi u għal ħila ta’ dawk li jħaddmuhom, il-persuni konsagrati huma mistiedna biex joffru x-xhieda speċifika tagħhom dwar il-karattru relattiv ta’ kull ħaġa maħluqa biex jgħinu lil ħuthom jużaw tajjeb dawn il-meżżi skond il-pjan ta’ Alla u fl-istess waqt jeħilsuhom minn kull ħajra qarrieqa “ta’ din id-dinja li tgħaddi”.(ara 1 Kor 7, 31) Kull sforz f’dan il-qasam ġdid u hekk importanti irid jiġi ‘l quddiem biex l-Evanġelju ta’ Kristu jitħabbar ukoll b’dawn il-meżżi ġodda. Jeħtieġ li kull Istitut ikun lest jgħin f’din il-ħidma billi joffri meżżi u nies ħa jseħħu proġetti flimkien fl-oqsma kollha tal-komunikazzjoni soċjali. Barra dan, il-persuni konsagrati, u l-aktar il-membri tal-Istituti sekulari, bil-qalb joffru l-għajnuna tagħhom, meta dan jaqbel pastoralment, biex jagħtu formazzjoni reliġjuża lill-mexxejja u lill-ħaddiema fl-oqsma pubbliċi u privati tal-meżżi ta’ komunikazzjoni soċjali. Dan irid isir biex tinżamm il-bogħod il-ħsara li tiġi minn użu ħażin ta’ dawn il-meżżi, min-naħa, u biex min-naħa l-oħra tingħata għajnuna lill-aħjar programmi li jxandru l-liġi morali u għandhom għana ta’ valuri umani u nsara.

 

 

IV DJALOGU MA’ KULĦADD

 

Għall-qadi tal-għaqda tal-insara

  1. It-talba ta’ Kristu lill-Missier qabel il-passjoni tiegħu biex id-dixxipli tiegħu kollha jkunu ħaġa waħda bejniethom (ara Ġw 17, 21-23) għadha sejra sal-lum fit-talb u l-ħidma tal-Knisja. Kif jista’ jkun li dawk li huma msejħin għall-ħajja konsagrata ma jħossux li huma mpenjati f’din il-ħaġa? Il-ġerħa tal-firda li għadha teżisti sal-lum fost l-insara u l-ħtieġa tat-talb u tal-ħidma għall-għaqda ta’ l-insara kollha inħassu sewwa fis-Sinodu. Is-sentiment ekumeniku qawwi tal-persuni konsagrati qed jissaħħaħ bl-għarfien lli fil-Kmejjes u l-Komunitajiet ekkleżjastiċi l-oħra wkoll jeżisti u qed jiffjorixxi l-monakiżmu, kif insibuh fil-Knejjes Orjentali, u qed tiġġedded il-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi kif qed jiġri fil-Knisja anglikana u fil-Komunitajiet li ħarġu mir-Riforma.

Ir-rabta intima tal-ħajja konsagrata mal-kawża tal-ekumeniżmu, uriha s-Sinodu flimkien ma’ ħtieġa aktar qawwija ta’ xhieda f’dan il-qasam. Jekk ir-ruħ tal-ekumeniżmu huma t-talb u l-konverżjoni,245 m’hemmx dubju li l-Istituti ta’ ħajja konsagrata u s-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika għandhom id-dmir li jġibu ‘l quddiem dan l-impenn. Għalhekk jeħtieġ li l-persuni konsagrati kollha jagħtu aktar żmien għat-talb ekumeniku u għal xhieda vera tal-Evanġelju, biex bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu jistgħu jinħattu l-ħitan tal-firda u tal-preġudizzji li hemm fost l-insara.

 

Suriet ta’ djalogu ekumeniku

  1. Il-lectio divina flimkien fil-komunità biex tingħaraf il-verità , sehem fit-talb flimkien, li fih il-Mulej wiegħed li jkun preżenti (ara Mt 18, 20), djalogu ta’ ħbiberija u ta’ mħabba li bih wieħed jintebaħ kemm hi ħaġa sabiħa li l-aħwa jgħammru flimkien (ara Salm 133/132), ospitalità kollha tjieba li biha jiġu milqugħin aħwa ta’ ħafna komunitajiet insara oħra, għarfien ta’ xulxin u bdil ta’ doni ma’ xulxin, ħidma flimkien f’inizzjattivi ta’ qadi u ta’ xhieda – dawn huma ftit mill-ħafna suriet ta’ djalogu ekumeniku, għemil li jogħġob lill-Missier ta’ kulħadd u prova tar-rieda li lkoll flimkien nimxu ‘l quddiem fit-triq tal-verità u tal-imħabba.246 L-istudju tal-istorja, tad-duttrina, tal-liturġija, u wkoll il-ħidmiet karitattivi u appostoliċi tal-insara l-oħra ma jistgħux ma jgħinux biex il-ħidma ekumenika tagħti dejjem aktar frott..247 Nixtieq inħeġġeġ lil dawk l-Istituti li, jew għax twaqqfu għal dan il-għan jew għax aktar tard ġiethom din is-sejħa, huma mpenjati biex iġibu ’l quddiem l-għaqda tal-insara, u għalhekk qed ifittxu inizjattivi ta’ studju u ta’ ħidma bil-fatti. Ebda Istitut ta’ ħajja konsagrata ma għandu jħoss ruħu ħieles mill-ħidma li jaħdem għall-għaqda tal-insara. Ħsiebi jmur lejn il-Knejjes kattoliċi orjentali bix-xewqa li permezz tal-ħajja monastika ta’ tant irġiel u nisa – il-prosperità tagħhom hi grazzja li ma għandna nieqfu qatt nitolbuha – jgħinu biex isseħħ l-għaqda mal-Knejjes ortodossi, permezz ta’ djalogu fl-imħabba u ta’ tisħib fl-ispiritwalità komuni, li l-wirt tal-ewwel elf sena meta ma kienx hemm firda bejn il-Knejjes.

B’mod speċjali nafda lill-monasteri tal-ħajja kontemplattiva l-ekumeniżmu tat-talb, tal-konverżjoni tal-qlub, u tal-imħabba. Għal dan il-għan inħeġġiġhom biex ikunu preżenti fejn komunitajiet insara ta’ konfessjonijiet diversi jinsabu f’post wieħed biex id-devozzjoni kollha tagħhom għal “dik il-ħaġa waħda biss meħtieġa” (ara Lq 10,42), il-qima tagħhom ta’ Alla u t-talb tagħhom għas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha, flimkien max-xhieda tal-ħajja evanġelika skont il-kariżma proprju tagħhom, tħeġġeġ lil kulħadd biex, f’xebh mat-Trinità Qaddisa, jgħixu f’dik l-għaqda li Kristu ried u li talb lill-Missier għad-dixxipli tiegħu kollha.

 

Id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet

  1. Għaliex “id-djalogu wkoll mal-membri ta’ reliġjonijiet oħra hu parti mill-missjoni evanġeliżżatriċi tal-Knisja, 248 l-Istituti ta’ ħajja konsagrata ma jistgħux jiċħdu li jagħmlu ħidma f’dan il-qasam ukoll, skont il-kariżma proprju tagħhom u skont il-ħsieb tal-awtoritajiet ekkleżjastiċi. L-ewwel triq għall-evanġeliżżazzjoni tal-aħwa ta’ reliġjonijiet oħra hi x-xhieda ta’ ħajja fqira, umli u safja, kollha mħabba fraterna għal kulħadd. Fl-istess waqt il-libertà tal-Ispirtu li hi proprja tal-ħajja konsagrata, tgħin id-“djalogu tal-ħajja” 249 li hu l-eżempju ewlieni ta’ dik li hi missjoni u t-tħabbira tal-Evanġelju ta’ Kristu. L-Istituti reliġjużi, fl-għarfien u fl-imħabba ta’ xulxin jistgħu jfittxu suriet adatti għad-djalogu kollu ħbiberija sinċiera għal xulxin, mal-komunitajiet monastiċi ta’ reliġjonijiet oħra. Qasam ieħor għall-ħidma flimkien ma’ rġiel u nisa ta’ tradizzjonijiet reliġjużi oħra, hu t-tħassib flimkien għall-ħajja tal-bniedem, li tibda mill-ħniena għal dawk li huma mġarrbin minn tbatijiet spiritwali u korporali u tasal għat-tħabrik favur il-ġustizzja, il-paċi u l-ħarsien tal-ambjent. F’dawn l-oqsma l-Istituti ta’ ħajja attiva għandhom ifittxu l-ewwelnett ftehim mal-membri ta’ reliġjonijiet oħra permezz ta’ djalogu ta’ ħidma,”250 li jiftaħ it-triq għal relazzjonijiet aqwa.

Qasam tassew importanti għall-ħidma flimkien ma’ nies ta’ tradizzjonijiet reliġjużi oħra huma l-isforzi biex tiġi ’l quddiem id-dinjità tal-mara . In-nisa konsagrati jistgħu jagħtu servizz mill-aqwa fid-dawl tal-ugwaljanza u l-komplementarjetà vera tar-raġel u l-mara.251 F’dan u f’oqsma oħra fejn il-persuni konsagrati jkunu mpenjati fil-qadi tad-djalogu bejn ir-reliġjonijiet hi meħtieġa formazzjoni adatta, kemm formazzjoni fil-bidu u kemm formazzjoni dejjem sejra; hu meħtieġ ukoll studju u riċerka ,252 għax f’dan il-qasam hekk diffiċli hu meħtieġ għarfien sħiħ tal-Kristjaneżmu u għarfien ukoll tar-reliġjonijiet l-oħra, flimkien ma’ fidi qawwija u kobor sħiħ fil-ħajja umana u spiritwali.

 

Spiritwalità bħala tweġiba għat-tfittxija ta’ dak li hu qaddis u għax-xewqa ta’ Alla

  1. Dawk kollha l-irġiel u nisa li jħaddnu l-ħajja konsagrata, mill-istess natura tal-għażla tagħhom, juru ruħhom bħala persuni ewlenin fit-tfittix ta’ Alla, li sa minn dejjem qanqal il-qalb tal-bniedem u wassal għal ħafna suriet ta’ axxetiżmu u spiritwalità. Illum ukoll f’ħafna postijiet dan it-tfittix qed juri ruħu bil-qawwa kollha bħala tweġiba għall-qawwiet kulturali li qed jippruvaw iwarrbu fil-ġenb, meta ma jiċħduhiex għal kollox, id-dimensjoni reliġjuża tal-ħajja.

Il-persuni konsagrati huma u jaqdu b’mod ħieles kontinwament u fil-milja kollha tiegħu l-impenn li daħlu għalih, jistgħu jagħtu tweġiba għat-tamiet tan-nies ta’ żmienhom, huma u jeħilsuhom minn soluzzjonijiet li kemm-il darba huma soluzzjonijiet qarrieqa għax spiss jiċħdu l-Inkarnazzjoni salvifika ta’ Kristu (ara 1 Ġw 4, 2-3) : dawn is-soluzzjonijiet huma dawk, biex insemmi eżempju, li joffru s-setet. Il-persuni konsagrati, huma u jgħixu axxetiżmu personali u komunitarju li jsaffi u jbiddel il-ħajja kollha kemm hi, jagħtu xhieda ta’ dak li hu verament it-tfittix ta’ Alla, ’il bogħod mill-frugħat tal-egoiżmu u s-sesswaliżmu, u fl-istess waqt iwissu biex dan it-tfittix ma hu bl-ebda mod tfittix fin tiegħek innifsek u lanqas xi ħarba fin-njostiċiżmu. Kull persuna konsagrata hi mpenjata li ssaħħaħ il-ħajja tar-ruħ, iżda dan ma jfissirx li tmur barra mir-realtà u lanqas li tingħalaq fik nnifsek. Il-persuna konsagrata, hija u tippersevera fis-smigħ ubbidjenti tal-Kelma ta’ Alla li l-Knisja tħares u tfisser, turi ’l Kristu, maħbub fuq kollox fil-misteru tat-Trinità bħala tweġiba għax-xewqat l-aktar għoljin tal-qalb tal-bniedem u l-għan aħħari ta’ kull mixja reliġjuża miftuħa għal dak li hu traxxendenti.

Mela dmir il-persuni konsagrati hu li jilqgħu bil-ġenerożità kollha u jgħinu spiritwalment lil dawk kollha li, mqanqlin minn Alla u ħerqana li jagħmlu dak li titlob minnhom il-fidi, qed ifittxuhom .253

 

 

GĦELUQ

 

Ġenerożità bla qies

  1. Illum ħafna qed jiddubitaw u jistaqsu lilhom infushom : “X’inhi l-ħajja konsagrata ? Għalfejn titħaddan din is-sura ta’ ħajja, meta hawntant ħtiġijiet kbar fl-oqsma tal-imħabba u tal-evanġeliżżazzjoni li għalihom wieħed jista’ jwieġeb mingħajr ma jintrabat bl-impenji partikulari tal-ħajja konsagrata? Tgħid mhijiex il-ħajja konsagrata sura ta’ “ħala” tal-enerġiji tal-bniedem, li jistgħu jiġu wżati aħjar għall-ġid aqwa f’ġieh il-ġens kollu tal-bnedmin u tal-Knisja.?”

Dawn il-mistoqsijiet qed isiru llumaktar ta’ spiss, minħabba l-utilitariżmu u t-teknokrazija tal-kultura li trid tqis l-importanza ta’ kull ħaġa u tal-istess persuni mis-“siwi” tagħhom tal-mument. Iżda dawn il-mistoqsijiet kienu minn dejjem, kif tfakkarna bil-qawwa kollha l-ġrajja evanġelika tad-dlik tas-saqajn li sar f’Betanja. “Marija ħadet libbra fwieħa ta’ nard pur, jiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù u xxuttathomlu b’xagħarha u d-dar intliet bir-rieħa tfuħ” (Ġw 12, 3) Iżda Ġuda bl-iskuża tal-foqra gerger dwar dak il-ħala, iżda Ġesù wieġbu: “Ħalliha (Ġw 12, 7).

Din it-tweġiba dejjem tiswa għall-mistoqsija li llum ukoll b’fehma tajba qed issir dwar is-siwi ta’ ħajja konsagrata: “Ma jistax wieħed juża aħjar ħajtu b’mod aktar effiċjenti u raġjonevoli, biex itejjeb s-soċjetà?” U Ġesu jwieġeb: “Ħalliha”.

Lil min jingħata d-don ta’ siwi kbir li jimxi wara l-Mulej aktar mill-qrib jifhem b’mod aktar ċar li għandu jħobb lilu biss u joffrilu ħajtu kollha, u mhux biss xi ħidma jew xi mumenti jew xi għemil. Il-fwieħa tiswa ħafna li ġiet imxerrda bħala għemil l-aktar safi ta’ mħabba, u għalhekk ‘il fuq minn kull siwi “utilitarju” tagħha, hi sinjal ta’ ġenerożità liema bħalha li turi ruħha f’ħajja li twassal għall-imħabba u l-qadi tal-Mulej u għad-dedikazzjoni sħiħa lejhu lejn il-Ġisem mistiku tiegħu. Minn din il-ħajja “mxerrda” bla qies, toħroġ fwieħa li timla d-dar kollha. Id-Dar ta’ Alla, jigifieri l-Knisja, illum mhux inqas minn dari, tiżżejjen u tistagħnabil-preżenza tal-ħajja konsagrata.

Dak li f’għajnejn in-nies jidher ħala,għal dawk li fil-fond ta’ qalbhom inħatfu mill-ġmiel u mit-tjieba tal-Mulej , hi tweġiba ċara ta’ mħabba, għemil hieni ta’ ħajr għaliex b’mod tassew partikulari ġew imwassla għall-għarfien tal-Iben u għal tisħib fil-missjoni tiegħu fid-dinja.

“Jekk xi iben ta’ Alla jagħraf u jintebaħ bl-imħabba ta’ Alla u b’Alla mhux maħluq, Alla magħmul bniedem, Alla qed ibati, Alla li hu l-għola ġid, jagħti kollox u jitwarrab mhux biss mill-ħlejjaq l-oħra, imma wkoll minnu nnifsu, u bil-personalità kollha tiegħu jħobb lil dan Alla tal-imħabba biex jinbidel għal kollox f’Alla-bniedem li hu l-għola maħbub.”254

 

Il-ħajja konsagrata hi qadi tas-saltna ta’ Alla

  1. “X’jiġri mid-dinja jekk ma jkunx hawn reliġjużi?”255 Lil hemm kull stima superfiċjali tas-siwi tal-ħajja konsagrata, l-għola stima insibuha fil-fatt li l-ħajja konsagrata hi għadd bla qies ta’ ġenerożità u mħabba u dan l-aktar meta hemm il-periklu li l-bnedmin jegħerqu fit-tqallib ta’ dak kollu li jgħaddi. “Imwarrab dan is-sinjal hekk ċar ta’ mħabba, jitfaċċa l-periklu li l-istess imħabba li biha l-Knisja kollha kemm hi titmantna, tiksaħ u l-parados salvifiku tal-Evanġelju jitlef il-qawwa tiegħu, il-‘melħ’ tal-fidi jitlef it-togħma tiegħu f’dinja li qed tissekulariżża ruhħa.”256 Il-ħajja tal-Knisja u l-istess soċjetà tal-bnedmin jeħtieġu dawk il-persuni lesti biex jiddedikaw ruħhom kollhom kemm hu lil Alla u lill-oħrajn għall-imħabba ta’Alla. Bl-ebda mod il-Knisja ma tista’ tiċċaħħad mill-ħajja konsagrata għax din b’qawwa liema bħalha tfisser in-natura tagħha ta’ “għerusija.” Fil-ħajja konsagrata l-Knisja ssib ħeġġa u qawwa ġdida għax-xandir tal-Evanġelju lill-bnedmin kollha. Jeħtieġ li jkun hemm persuni li b’ħajjithom juru d-dehra paterna tal-Missier u d-dehra materna tal-Knisja biex il-bnedmin l-oħra jiksbu ħajja u tama. Il-Knisja teħtieġ persuni konsagrati li qabel stess ma jimpenjaw ruħhom f’xi kawża jew oħra ta’ ġieh liema bħalu, iħallu ruħhom li jinbidlu mill-grazzja ta’ Alla u jiksbu xebh sħiħ mal-Evanġelju.

Il-Knisja ssib f’idejha dan id-don hekk kbir u b’radd il-ħajr liema bħalutimpenja ruħha li ġġibu ‘l quddiem, b’rispett sħiħ, bit-talb u wkoll bi stedina ċara ħa jiġi milqugħ. Jiswa ħafna li l-Isqfijiet, il-presbiteri u d-djakni li huma konvinti li din is-sura ta’ ħajja evanġelika hi l-għola ħajja, iħabirku biex jagħarfu u jġibu ‘l qudiem bil-predikazzjoni u d-dixxerniment u d-direzzjoni spiritwali ż-żerriegħa ta’ dawn il-vokazzjonijiet. Barra dan il-Knisja tistenna li l-fidili kollha jitolbu bla heda għall-persuni konsagrati kollha , biex il-ħeġġa u l-ħila tagħhom għall-imħabba hekk jikbru li jaslu biex ixerdu l-fwieħa ta’ Kristu (ara 2Kor 2,15) fis-soċjetà tal-lum. Fl-aħħarnett il-komunità nisranija kollha – ragħajja, lajċi, persuni konsagrati – hi responsabbli għall-ħajja konsagrata u wkoll billi tilqa’ u tgħin vokazzjonijiet ġodda.257

 

Liż-żgħażagħ

  1. Lilkom żgħażagħ, ngħidilkom: Jekk tintebħu bis-sejħa tal-Mulej, twarrbuhiex! Minflok ingħaqdu bil-qawwa kollha mal-movimenti kbar ta’ qdusija għal wara Kristu, li taw bidu għalihom tant qaddisin irġiel u nisa magħrufin. Għożżu l-ideali għoljin ta’ żogħżitkom, u bil-ħeġġa kollha wkollħaddnu l-pjan ta’ Alla għalikom, jekk qed jistedinkom biex titqaddsu f’ħajja konsagrata. Ammiraw l-għemejjel kollha ta’ Alla fid-dinja, iżda kunu lesti li titfgħu l-ħarsa t’għajnejkom fuq dak li qatt ma se jintemm.

It-tielet elf senaqed tistenna l-ġid li se jiġi mill-fidi u mit-tħabrik ta’ kotra kbira ta’ żgħażagħ konsagrati, biex id-dinja tkun aktar fis-sliem u aktar imħejjija biex tilqa’ lil Alla u fih ‘l uliedu kollha.

 

Lill-familji

  1. U issa nkellem lilkom familji nsara. Ġenituri roddu ħajr lil Alla jekk sejjsħ lil xi ħadd minn uliedkom għall-ħajja konsagrata. Għandu jitqies, kif kien minn dejjem, gieħ kbir jekk fuq xi familja Alla xeħet ħarstu u għażel xi membru minnha biex imexxih għall-ħajja hienja tal-kunsilli evanġeliċi. Għożżu x-xewqa li tagħtu lil xi ħadd minn uliedkom, biex hekk l-imħabba ta’ Alla tikber fost il-bnedmin. Xi frott isbaħ minn dan jista’ jkun hemm tal-imħabba fiż-żwieġ?

Jeħtieġ li wieħed jiftakar li jekk il-ġenituri ma jgħixux skont il-valuri tal-Evanġelju, iż-żgħażagħ isibuha bi tqila li jagħarfu l-vokazzjoni, li jifhmu l-ħtieġa tas-sagrifiċċji li jridu jagħmlu u jifhmu l-ġmiel tal-għan li jrid jintlaħaq. Hu fil-familja li ż-żgħażagħ jiksbu l-ewwel esperjenzi tal-valuri tal-Evanġelju u ta’ dik l-imħabba li tingħata lil Alla u lill-oħrajn. Jeħtieġ ukoll li jkunu mħarrġin sewwa kif jużaw b’mod responsabbli l-libertà tagħhom, biex ikunu mħejjija jgħixu skont l-ogħla realtajiet spiritwali, jekk dan titolbu minnhom il-vokazzjoni tagħhom .

Nitlob lilkom, familji nsara, biex bit-talb tagħkom u b’rabta ma’ Alla bil-ħajja sagramentali tagħkom tkunu post adatt fejn jintlaqgħu l-vokazzjonijiet.

 

Lill-irġiel u nisa ta’ rieda tajba

  1. Lill-irġiel u n-nisa kollha li jridu jisimgħu l-kelma tiegħi, nixtieq nagħmlilhom stedina biex ifittxu t-triqat li jwasslu għand Alla ħaj u veru, it-triqat ukoll tal-ħajja konsagrata. Din hi x-xhieda li jagħtu l-persuni konsagrati: “Dawk li jimxu wara Kristu, il-bniedem perfett , issiru aktar bnedmin.”258 Kemm persuni konsagrati tbaxxew u għadhom jitbaxxu bħas-Samaritan it-tajjeb fuq il-ġerħat bla qies ta’ ħuthom li magħhom jiltaqgħu fit-triq!

Ħarsu lejn dawn l-persuni, maħtufin minn Kristu li juru, fit-trażżin tagħhom infushom, imwettaq mill-grazzja u l-imħabba ta’Alla li hemm id-duwa kontra r-rebgħa għall-ġid, għall-pjaċiri u għall-ħakma. Tinsewx il-kariżmi li sawru lil dawk in-nies li fittxew lil Alla b’mod tassew tal-għaġeb, u lil dawk li kienu benefatturi tal-bnedmin u wrew triqat żguri lil dawk li bis-sinċerità kollha kienu qed ifittxu lil Alla. Ħarsu lejn l-għadd kbir ta’ qaddisin li laħqu l-kobor tagħhom f’din is-sura ta’ ħajja, qisu l-ġid kollu li lbieraħ u llum waslu għand il-bnedmin minn dawk li ddedikaw ruħhom lil Alla. Tgħid din id-dinja tagħna ma teħtieġ xejn dawn ix-xhieda hienja u dawn il-profeti tal-qawwa benefika tal-imħabba ta’ Alla? U tgħid id-dinja ma teħtieġ xejn dawk l-irġiel u n-nisa li b’ħajjithom u b’ħidmithom għarfu jiżirgħu ż-żerriegħat tas-sliem u tal-fraternita?259

 

Lill-persuni konsagrati

109 U lilkom l-ewwelnett, irġiel u nisa konsagrati, irrid inwassal bil-fiduċja kollha din l-eżortazzjoni tiegħi: għixu fil-milja kollha tagħha d-dedikazzjoni tagħkom lil Alla, biex mid-dinja qatt ma jonqos dak ir-raġġ tal-ġmiel ta’ Alla, li jdawwal il-mixi tal-eżistenza tal-bniedem. L-insara li jinsabu f’nofs il-ħidmiet u l-ħsibijiet kollha tad-dinja, imma msejħin għall-qdusija, għandhom jaraw fikom qlub safja li bil-fidi “jaraw” lil Alla, bnedmin qegħdin dejjem għal dak li jagħmel fihom l-Ispirtu s-Santu, huma u jħaffu ‘l quddiem b’fedeltà lejn il-kariżma tal-vokazzjoni u l-missjoni tagħhom. Tafu tajjeb li dħaltu fit-triq tal-konverżjoni dejjem sejra, ta’ dedikazzjoni biss għall-imħabba ta’Alla u tal-proxxmu, biex tagħtu xhieda aqwa għall-grazzja li tbiddel il-ħajja nisranija. Il-Knisja u d-dinja qed ifittxudawn ix-xhieda veri ta’ Kristu. Il-ħajja konsagrata hi don li Alla jqiegħed quddiem għajnejn kulħadd biex jagħraf li “ħaġa waħda biss hi meħtieġa” (ara Lq 10,42). Ix-xhieda għal Kristu bil-ħajja u bl-għemil u bil-kliem hu d-dmir speċjali tal-ħajja konsagrata fil-Knisja u fid-dinja.

Kunu afu f’min emmintu (ara 2Tim 1, 12): offrulu kollox! Iż-żgħażagħ ma jitqarrqux: huma u jersqu lejkom jixtiequ jaraw fikom dak li ma jarawx f’ħadd ieħor. Dmir li ma jintemm qatt qed jistenniekom fil-ġejjieni: l-aktar iż-żgħażagħ konsagrati bix-xhieda tal-konsagrazzjoni tagħhom, jistgħu jħajru lil dawk ta’ mparhom għat-tiġdid ta’ ħajjithom.260 Imħabba kollha ħeġġa għal Ġesù Kristu tiġbed bil-qawwa kollha lil dawk iż-żgħażagħ li fit-tjieba tiegħu qed isejjaħ biex jimxu warajh mill-qrib għal dejjem. In-nies ta’ żmienna jixtiequ jaraw fil-persuni konsagrati dak il-ferħ li jiġi mill-fatt li qeghdin mal-Mulej.

Għixu bil-fedeltà kollha, intom persuni konsagrati, l-impenn tagħkom lil Alla, anzjani u żgħażagħ, biex tinbnew flimkien u tgħinu lil xulxin. Għalkemm hemm diffikultajiet li xi kultant ikollkom tiltaqgħu magħhom, u minkejja li l-istima għall-ħajja konsagrata qed tonqos fil-fehma ta’ xi nies, jibqagħlkom dejjem id-dmir li tħeġġu n-nies ta’ żmienna jerfgħu għajnejhom ‘l fuq u ma jħallux jegħlbuhom il-ħsibijiet tal-ħajja ta’ kuljum, imma jħallu l’Alla u l-Evanġelju ta’ Ibnu jaħtfuhom. Tinsewx li b’mod li hu proprju tagħkom li intom għandkom tkunu mhux biss ta’ Kristu, imma li tkunu “intom Kristu”!261

 

Ħarsa lejn il-ġejjieni

110 M’għandkomx biss xi ġrajja glorjuża li tiftakru fiha u tħabbruha lill-oħrajn, imma hemm ukoll ġrajja li għad trid issir. Ħarsu lejn il-ġejjieni li lejh qed jimbuttakom l-Ispirtu biex tagħmlu ħwejjeġ ogħla.

Agħmlu ħajjitkom sura ta’ stennija ħerqana fi Kristu Ġesù. Morru ltaqgħu miegħu bħala xebbiet għaqlin sejrin lejn l-Għarus, kunu dejjem imħejjijin, fidili lejn Kristu, lejn l-Istitut tagħkom u lejn in-nies tal-lum.262 Hekk minn jum għall-ieħor tiġġeddu fi Kristu u bl-Ispirtu tiegħu tibnu komunitajiet biex miegħu taħslu saqajn il-foqra u tgħinu għat-tibdil tad-dinja bil-mod proprju tagħkom, li ma hemmx wieħed aħjar minnu. Din id-dinja fdata f’idejn il-bnedmin, li waslet biex ma ddumx ma tagħti bidu għall-elf sena oħra, jalla tkun aktar umana u ġusta, tagħtitifsir u ħjielminn qabel tad-dinja li għad trid tiġi fejn Hu, il-Mulej umli u glorjuż, fqir u mtella ‘l fuq, ikun il-ferħ sħiħ għal dejjem tagħna u ta’ ħutna mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu.

 

Talba lit-Trinità

  1. Ifraħ Trinità Qaddisa, imbierka u għajn ta’ kull barka, ferraħ lil uliedek kollha, li sejjaħt biex jistqarru l-kobor ta’ mħabbtek, u wkoll tat-tjieba kollha ħniena tiegħek u ta’ ġmielek.

Missier qaddis, qaddes ‘l uliedek li huma tiegħek u konsagrati għall-glorja ta’ Ismek. Kun magħhom bis-setgħa tiegħek biex ikunu jistgħu jagħtu xhieda tiegħek, bidu ta’ kollox u għajn ta’ mħabba u ħelsien kullimkien. Inroddulek ħajr għad-don tal-ħajja konsagrata li tfittex bil-fidi u bil-missjoni universali tagħha tistieden lil kulħadd biex jimxi lejk.

Ġesù Feddej,Verb magħmul bniedem, li fdajt is-sura ta’ ħajtek lil dawk li sejjaħt, kompli sejjaħ u iġbed lejk nies li, għan-nies tal-lum ikunu amministraturi tal-ħniena tiegħek, ħabbȃra minn qabel tal-miġja tiegħek, sinjali ħajja tal-Qawmien u ta’ kull ġid. Ħalli ma jifridhom qatt minnek ebda tiġrib.

Spirtu Qaddis, imħabba imsawba fil-qlub, li tagħti grazzja u ispirazzjoni lill-fehmiet tagħna, għajn ta’ ħajja li ma tiġi nieqsa qatt, li twassal għat-tmiem tagħha l-missjoni ta’ Kristu permezz ta’ ħafna kariżmi, nitolbuk għall-persuni konsagrati kollha. Imlielhom qalbhom biċ-ċertezza li ntgħażlu biex iħobbu, ifaħħru u jaqdu, agħtihom li jgawdu l-ħbiberija tiegħek, imliehom bil-ferħ u l-faraġ, għinhom jegħelbu mumenti ta’ diffikultà u mimlijin fiduċja jerġgħu jqumu jekk jaqgħu, ħa jkunu xbihat tal-ġmiel ta’Alla. Agħti l-qawwa lil dawk li għandhom quddiemhom l-isfidi ta’ żmienna, u agħtihom il-grazzja li jwasslu lill-bnedmin kollha t-tjieba u l-imħabba ta’ Alla s-Salvatur tagħna Ġesu Kristu (ara Tit 3,4).

 

Talba lill-Verġni Marija

  1. Marija xbieha tal-Knisja, l-Għarusa bla tebgħa u bla tikmixa, li f’xebh miegħek “ħarset xbubitha, b’fidi sħiħa, tama żgura, imħabba sinċiera”263 wettaq il-persuni konsagrati biex ifittxu biss dik il-Beatitudni waħdanija u għal dejjem.

Verġni tal-Viżitazzjoni, lilek nafdaw il-persuni konsagrati kollha biex jagħrfu jersqu lejn il-ħtiġijiet tal-bnedmin, imma qabel xejn iwasslulhom ‘l Kristu. Għallimhom iħabbru l-għeġubijiet li l-Mulej jagħmel fid-dinja biex il-ġnus kollha jgħollulill-isem qaddis tiegħu. Wettaqhom fil-ħerqa tagħhom favur il-foqra, l-imġewħin, ma’ dawk li tilfu kull tama, l-abbandunati kollha, u ma’ dawk kollha li b’safa ta’ qalb qed ifittxu lil Ibnek. Lilek, o Omm, li tixtieq il-ġid spiritwali u appostoliku ta’ wliedek bi tweġiba ta’ imħabba u ta’ dedikazzjoni sħiħa lil Kristu, noffrulek din it-talba kollha fiduċja. Int li għamilt ir-rieda tal-Missier, dejjem lesta li tagħmel ir-rieda tiegħu, qawwija fil-faqar, għajn ta’ fertilità u ta’ ospitalità fil-verginità tiegħek, aqla’ minn għand Ibnek li dawk kollha li kisbu d-don li jimxu warajh f’ħajja konsagrata jkunu jistgħu jagħtu xhieda ta’ dan id-don bil-ħajja mibdula tagħhom, biex bil-ferħ ikunu jistgħu jkomplu mexjin ‘l quddiem flimkien ma’ ħuthom kollha lejn pajjiżna tas-sema u lejn id-dawl li qatt ma jgħib.

Dan nitolbuk li f’kulħadd u f’kull wieħed tingħata glorja, ġieħ u mħabba li Dak li hu s-Sid Għoli ta’ kollox, il-Misier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu .

Minn Ruma, minn San Pietru fil-25 ta’ Marzu, f’jum is-solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, 1996, fit-tmintax–il sena tal-pontifikat.

 

Ioannes Paulus pp II

 

 

 

 

 

 

REFERENZI

 

1        Propositio

2        Ad Gentes

3        Lumen Gentium,44; PawluVI, Eżort.app. Evangelika testificatio (29 ta’ Ġunju,1971)7; Eżort app. Evangelii nuntiandi (8 ta’ Diċembru 1975) 69

4        Lumen Gentium, 44.

5        Ara Ġwanni Pawlu II diskors fl-Udjenza Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 1994.

6        Ara Propositio 1.

7        Ara San Franġisk de Sales, Introductio ad vitam devotam, p.1, c.3

8        Ara Lumen Gentium,45.

9        Ara omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II f’għeluq id-IX assemblea ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet, fid-29 t’Ottubru ,1994.

10      Ara IX Assemblea ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet , Nuntius Synodi tad-29 ta’ Ottubru 1994.

11      Ara Propositio 5B.

12      Ara Regula, 4, 21 u 72. 11.

13      Ara Propositio 12.

14      Ara Codex Canonum Ecclesiarum Orientalium, kan 370.

15      Ara Perfectae caritatis, 7; Ad gentes 40.

16      Ara Propositio 6

17      Ara Propositio 4.

18      Ara Propositio 7.

19      Ara Propositio 11..

20      Ara Propositio 14.

21      Ara Codex Iuris Canonici kan 605; Codex Canonum Ecclesiarum Orientalium kan 371.

22      Ara Propositiones 3, 4, 7, 8, 10, 13, 28, 29, 30, 35, 48.

23      Ara Propositio 3 A u B.

24      Ara Propositio 3 C.

25      Ara San Kassjan: “Tela’ waħdu fuq il-muntanja biex jitlob, u hekk għallimna bit-twarrib tiegħu biex aħna wkoll nitwarrbu” (Conlationes 10, 6); San Ġlormu: “Fittex ‘il Kristu fis-solitudni u waħdek itlob fuq il-muntanja ma’ Ġesù (Epistula ad Paulinum,58, 4, 2); William abbati ta’ San Teodoru: “Il-ħajja solitarja li għexa b’mod tassew familjari l-Mulej innifsu, xtaquha d-dixxipli tiegħu quddiemu: meta raw il-glorja tat-Trasfigurazzjoni waqt li kienu miegħu fuq il-muntanja mqaddsa, Pietru minnufih qal:”Kemm hu sew li aħna hawn” ( Ad fratres De Monte Dei, 1, 1).

26      Lumen Gentium ,1

27      Ibid,44.

28      Ara Istruzzjoni għar-reliġjużi u għall-Istituti sekulari:Essential elements in the Church’s teaching on Religious Life as applied to Institutes dedicated to works of the apostolate (31 Mejju 1983), 5.

29      Ara Summa Theologiae , II-II, q 186.a.1.

30      Ara Propositio 16.

31      Ara Eżort. Appostolika Redemptiones donum (25 Marzu 1984).

32      San Franġisk ta’ Assisi , Regula bullata 1,1.

33      “Dehret it-Trinità kollha: il-Missier fil-leħen; l-Iben fil-bniedem; l-Ispirtu s-Santu fis-sħaba tiddi “ (San Tumas Aquino, Summa Theologiae III, 45, 4, ad 2um.

34      Perfectae caritatis,1.

35      Lumen gentium.

36      Simon, it-teologu l-ġdid, Hymni, II, vv. 19-27.37

37      Ara d-diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-udjenza ġenerali tad-9 ta’ Novembru 1994.

38      Lumen gentium.

39      San Injazju ta’ Antijokja, Epistula ad Magnesios, 8, 2.

40      Ara Propositio 3

41      Santu Wistin, Enarratio in psalmuni 44,4.

42      Ara Propositio 25;Perfectae caritatis, 87.

43      Ara Propositio 25.

44      Ara Lumen gentium, 42

45      Ibid, 44.

46      Beata Eliżabetta tat-Trinità̀, Le ciel dans le foi. Traite´ spirituel,1, 14.

47      Ara Santu Wistin, Confessiones, I, 1.

48      Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-Udjenza ġenerali tad-29 ta’ Marzu 1995.

49      Ara Lumen gentium, 53.

50      Ibid,46.

51      Ara Propositio 55

52      Ara Lumen gentium, 44

53      Ara Eżort. App. Redemptionis donum (25 Marzu 1984) 7.54

54      Ara Lumen gentium,44; Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-udjenza ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 1994.

55      Ara Ibid. 42.

56      Ara Ritwal Ruma, Ritus Professionis religiosae: barka solenni jew konsagrazzjoni tar-reliġjużi rgiel professi n. 67 jew tar-reliġjużi nisa professi n. 72; Pontificale Romanum, Ritus Consecrationes Virginum n.18, talba solenni tal-konsagrazzjoni; Eucologion jew Rituale Graecorum, Officum parvi habitum id est Mandiae, pp384-385; Pontificale iuxta Ritum Ecclesiae Syrorum Occidentalium id est Antiochiae, Ordo Rituam Monasticorum.

57      Ara San Pietru Damiani, Liber qui appellatur “Dominus vobiscum” ad Leonem eremitam.

58      Ara Lumen gentium, 32; Codex Iuris Canonici kan. 208; Codex Canonum Ecclesiarum Orientalium kan 11.

59      Ara Ad gentes , 4,12,13; Gaudium et spes, 32; Apostolicam actuositatem, 3; Eżort, post-sinodali Christifidelis laici (30 Diċembru 1988),20-21; Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Ittra lill-Isqfijiet dwar xi aspetti tal-Knisja bħala xirka, Communionis notio (28 Mejju 1992), 15.

60      Lumen gentium.

61      Ara Ibid.,12; Eżort. post-sinodali, christifidelis laici (30 Diċembru 1988), 20-21.

62      Ara Lumen fentium., 5.

63      Ara Konċilju ta’ Trento, sess. XXIV, kan. 10; Papa Piju XII, Enċikl. Sacra virginitas (25 ta’ Marzu 1954).

64      Ara Propositio 17.

65      Lumen gentium.

66      Ara Ibid. 46.

67      Ibid.

68      Ara Piju XII, Motuproprju Primo feliciter (12 Marzu1948).

69      Codex Iuris Canonici kan. 713,1 §1; Codex Canonum Ecclesiarum Orientalium kan.563 ƨ2.

70      Ara Codex Iuris Canonici, kan. 713 §2; Il-kliem dwar “sodalibus clericis” huwa mfisser fil-kan. 713 ƨ3

71      Ibid. 31

72      Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Manuscrits autobiographiques B,2 v 2 “Nixtieq inkun l-għarusa tiegħek Ġesù… inkun marbuta miegħek, omm l-erwieħ”.

73      Ara Perfectae caritatis, 8, 10, 12.

74      Sinodu tal-Isqfijiet, II Assemblea ġenerali strordinarja, Relatio finalis:Ecclesia sub verbo Dei mysteria Christi celebranspro salute mundi. (7 Diċembru 1985) IIA 4.

75      Sinodu tal-Isqfijiet, IX sessjoni ġenerali ordinarja Nuntius Synodi (27 Ottubru 1994), IX

76      Ara San Tumas Aquino, Summa Theologiae,II-II, q. 184,a.5, ad 2; II-II, q. 186, a.2,ad 1.

77      Ara Libellus de principiis Ordinis preaedicatorum. Acta Canonizationis Sancti Dominici:Monumenta Ordinis Preaedicatorum historica, 16 (1935), 30.

78      Papa Pawlu II, Ittra appost. Orientale lumen (2 Mejju 1995),123.

79      Kongregazzjoni għar-reliġjużi u għall-Istituti sekulari u Kongregazzjoni għall-Isqfijiet, Mutuate relationes (14 Mejju 1978), 51.

80      Ara Propositio 26.

81      Ara Propositio 27.

82      Ara Perfectae caritatis, 2.

83      Papa Pawlu II, Ittra appost. Orientale lumen (2 Mejju 1995),16.

84      Papa Pawlu II, Ittra appost. Tertio Millenio adveniente 910 Novembru 1994), 69.

85      Papa Pawlu II, Ittra appost. Evangelii nuntiandi (8 Diċembru 1975),69

86      Ara Perfectae caritatis, 15; Santu Wistin, Regula ad servos Dei.I. 1

87      San Ċiprijan, De oratione Dominica ,23; ara Lumen gentium, 4.

88      Ara Propositio 20.

89      San Bażilju, Regulae fusius tractae, Interrogatio 7.

90      San Bażilju, Regulae fusius tractae, Interrogatio, 225.

91      Ara L-istruzzjoni tal-Kongregazzjoni għar-reliġjużi u l-Istituti sekulari, Essential elements in the Church’s teaching as applied to Institutes dedicated to works of the apostolate, (31 Mejju 1983), 51; Codex Iuris Canonici, kan.631 §1; Codex Canonum Ecclesiarum Orientalium, kan. 512 §1.

92      Ara istruzzjoni tal-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika, La vita fraterna in comunità: “Congregavit nos in unum Christi amor” (2 Frar 1994), 47-53; Codex Iuris Canonici, kan. 618; Propositio 19.

93      Ara Istruzzjoni tal-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika La vita fraterna in comunità “Congregavit nos in unum Christi amor” (2 Frar 1994), kan 68; Propositio 21.

94      Propositio 28.

95      Kongregazzjoni għar-reliġjużi u l-Istituti sekulari, Vita e missione dei religiosi nella chiesa:I. Religiosi e promozione umana (1 Awwissu 1980), II, 24.

96      Eżort. Post-sinodali Christifideles laici (30 Diċembru 1988). 31-32.

99      Ara Regula “ad rectam sentiendi rationem de militanti Ecclesia”, li qegħdin fl-aħħar tal-volum Exerctia spiritualia, u l-aktarir-Regula 13.

100    Dicta, n 217.

101    Manuscrits autobiographiques. B. 3vo.

102    Ara Eżort.app.Redemptionis donum. (25 Marzu 1984), 15

103    Ara Propositio 30 A.

104    Ara Lumen gentium,5

105    Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Ittra lill-Isqfijiet dwar xi aspetti tal-Knisja bħala xirka, Communionis notio (28 Mejju 1992).

106    Ara Lumen gentium. 13.

107    Christus Dominus, 11.

108    Kongregazzjoni għar-reliġjużi u l-Istituti sekulari u Kongr. għall-Isqfijiet, Mutuae relationes (14 Mejju 1978), 11.

109    Ara Ibid.

110    Ara Codex Iuris Canonici, kan 576.

111    Ara Codex Iuris Canonici kan.586; Mutuae relationes, 13.

112    Ara Ad gentes 18.

113    Ara Codex Iuris Canonici.kan. 586, §2; 591; Codex Canonum Ecclesiarum Orientalium, kan. 412, §2.

114    Ara Propositio, 29, 4.

115    Ara Propositio 49B.

116    Ara Propositio 54.

117    Ara istruzzjoni tal-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika La vita fraterna in comunità “Congregavit nos in unum Christi amor”

(2 Frar 1994), 56.

118    Apologia ad Gulielmun Sancti Theodorici, IV, 8.

119    Ara Perfectae caritatis, 23.

120    Kongregazzjoni għar-reliġjużi u l-Istituti sekulari u Kongr. għall-Isqfijiet, Mutuae relationes (14 Mejju 1978),21, 61; Codex Iuris Canonici. kan.708-709.

121    Ara Perfectae caritatis, 1; Lumen gentium,46.

122    Ara Gaudium et spes,4.

123    Ara Messaġġ tal-Papa Ġwanni Pawlu II lill-XI-ilAssemblea tal-Konferenzi Reliġjużi Brażiljani (11 Ġunju 1986); ara Propositio 31.

124    Kongregazzjoni għar-Reliġjużi u l-Istituti sekulari u Kongr. għall-Isqfijiet, Mutuae relationes (14 Mejju 1978), 63, 65.

125    Ara Lumen gentium, 31.

126    S. Anton Marija Zaccaria , Scritti . Sermone II, Roma 1975, p. 129.

127    Ara Propositio 33A u C.

128    Ara Propositio 33B.

129    Ara Istruzzjoni tal-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika La vita fraterna in comunità “Congregavit nos in unum Christi amor” (2 Frar 1994), 62; Instr. Potissimum Institutioni (2 Frar 1990), 92-93.

130    Ara Propositio 9A.

131    Ara Propositio 9.

132    Enckl Evangelium vitae, (25 Marzu 1995), 99.

133    Kongr. Għar-Reliġjużi u Istituti sekulari, Istr. dwar il-ħajja kontemplattiva u s-sorijiet , tal-klawsura, Venite seorsum (15 Awwissu 1969), V.

134    Ara Ibid. 1.

135    Sacrosanctum Concilium, 2.

136    Lumen gentium, 6.

137    Ara San Ġwann tas-Salib, Cantico espiritual, est. 29, 1.

138    Ara Codex Iuris Canonici, kan. 667 §4; Propositio 22, 4.

139    Ara Pawlu VI, motuproprju Ecclesiae sanctae (8 Ġunju 1966), II, 30-31; Perfectae caritatis 7 u 16; Kongr. Għar-Reliġjużi u Istituti sekulari, Istr. dwar il-ħajja kontemplattiva u s-sorijiet , tal-klawsura, Venite seorsum (15 Awwissu 1969), VI.

140    Ara Piju XII, Kost. app. Sponsa Christi (21 Novembru 1950), VII: Perfectae caritatis,22.

141    Ara Codex Iuris Canonici, kan. 588, §1.

142    Ara Perfectae caritatis, 10.

143    Ara Ibid. 8 u 10.

144    Codex Iuris Canonici, kan. 588, §3; Perfectae caritatis, 10.

145    Ara Lumen gentium, 31.

146    Ara Propositio 8.

147    Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-udjenza ġenerali tas-22 ta’ Frar 1995, 6.

148    Ara Perfectae caritatis, 10.

149    Ara Codex Iuris Canonici, kan. 588, §2

150    Ara Propositio 10.; Perfectae caritatis 10.

151    Ara Codex Iuris Canonici, kan. 573; Codex Canonum Ecclesiarum Orientalium, kan. 410.

152    Ara Propositio 13B.

153    Ara Propositio 1 13C.

154    Ara Gaudium et spes., 48.

155    Ara Propositio 13A.

156    Ara Propositio 13B.

157    Ara Lumen gentium, 1.

158    Ara Propositio 24.

159    Ara Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika La vita fraterna in comunità “Congregavit nos in unum Christi amor” (2 Frar 1994), 67.

160    Ara Propositio 48A

161    Ara Propositio 48B.

162    Ara Propositio 48C.

163    Ara Propositio 49A.

164    Ara Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika Istr. Potissimum institutioni (2 Frar 1990), 29.

165    Ara Propositio 49B.

166    Ara Istruzzjoni għar-reliġjużi u għall-Istituti sekulari:Essential elements in the Church’s teaching on Religious Life as applied to Institutes dedicated to works of the apostolate (31 Mejju 1983), 45

167    Ara Codex Iuris Canonici, kan. 607 §1.

168    Ara Propositio 50.

169    Ara Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika La vita fraterna in comunità “Congregavit nos in unum Christi amor” (2 Frar 1994), 32-33.

170    Ara Propositio 51.

171    Ara Enċikl. Evangelium vitae (25Marzu 1995), 78-101.

172    Ara Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja konsagrata u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika Istr. Potissimum institutioni (2 Frar 1990), 70.

173    Ara Ibid. 68.

174    Ara Lumen gentium, 46.

175    Propositio 35A.

176    Gadium et spes,4.

177    Ara Lumen gentium, 12

178    Pawlu VI, Enċikl. Ecclesiam suam (6 Awwissu 1964), III.

179    San Girgor il-Kbir :Homiliae in Ezechielem, II, II, II.

180    Santu Wistin, Sermo 78, 6

181    Ara IV Konferenza Ġenerali tal-Isqfijiet Latino-Amerikani, id-dokument Nova envagelizatio, progressio humana et cultura christiana, Conclusio n. 178.

182    Corréspondance,Entretiens,Documents,Conference su“l’esprit de la Compagnie”(9 ta’Frar1653.

183    Ara Istruzzjoni għar-reliġjużi u għall-Istituti sekulari:Essential elements in the Church’s teaching on Religious Life as applied to Institutes dedicated to works of the apostolate (31 Mejju 1983), 23-24

184    Ara Beata Eliżabetta tat-Trinità: O mon Dieu, Trinité que t’adore.

185    Ara Pawlu VI, Eżort. App. Evangelii nuntiandi (8 Diċembru 1975). 69

186    Ara Propositio 37A.

187    Ara Lumen gentium, 46; Pawlu VI, Eżort. App. Evangelii nuntiandi (8 Diċembru 1975), 69.

188    Ara Lumen gentium, 44,46.

189    Ara Ad gentes, 18, 40.

190    Epistula ad socios Romae incolentes, minn Cochin, 15 Jannr 1544.

191    Ara Lumen gentium, 44.

192    Ara Enċikl. Redemptoris missio (7Diċembru 1990); Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 927.

193    Ara Enċikl. Redemptoris missio (7Diċembru 1990); 31.

194    Ibid., 2.

195    Ad gentes, 18; Ara Enċikl. Redemptoris missio (7Diċembru 1990), 69.

196    Ara Propositio 38.

197    Ara Enċikl. Redemptoris missio (7 Diċembru 1990), 7

198    Ara ibid.,46.

199    Ara ibid, 52-54.

200    Ara Propositio 40A.

201    Enċikl. Redemptoris missio (7Diċembru 1990),55; ara Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu mar-Reliġjonijiet u Kongr. għall-Evanġeliżżazzjoni tal-Ġnus,, Istr. Dialogo e annuncio, Riflessioni e Orientamenti (19 Mejju 1991), 45-46.

202    Ara Propositio 40B.

203    Eżort. app. post-sinodali, Ecclesia in Africa (14 Settembru 1955), 62.

204    Ara Pawlu VI, Eżort. App. Evangelii nuntiandi (8 Diċembru 1975), 15.

205    IX Assemblea ġenerali ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet , Relatio ante disceptionem 22.

206    Diskors tal-Papa Ġwanni XXIII fil-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II (11Ottubru 1962)

207    Propositio 18.

208    Santu Wistin Sermo 123, 3-4.

209    Ara Carmen XXI.

210    Corréspondance, Entretiens, Documents, Conference sur les Regles (30 Mejju 1674).

211    Regula Pastoralis, 2-3.

212    Ara ittra app. Salvici doloris (11 Frar 1984), 28-30.

213    Ara ibid., 18; Eżort. app. Christifidelis laici (30 Diċembru 1988), 52-53.

214    Ara Eżort. app. Post-sinodali Pastores dobo vobis (25 Marzu 1992).77.

215    Ara Enċikl. Evangelium vitae (25 Marzu 1995) 78-101.

216    Ara Propositio 43.

217   Ara Lumen gentium, 4.

218    Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II waqt il-konċelebrazzjoni f’għeluq id-IX assemblea ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet (26 Ottubru 1994),3.

219    Ara San Atanasju Vita Antonii, 7.

220    Ara Propositio 39A.

221    Ara Propositiones 15A u 39C.

222    Ara Lumen gentium, 4; Presbyterorum ordinis. 2.

223    Ara Propositio 53; Ittra app. Tertio millenio adveniente (10 Novembru 1994),37.

224    Ara Perfectae caritatis,13

225    Ara Propositio 18A.

226    Ara Perfectae caritatis,13

227    Ara Enċikl. Veritatis splendor (6 Awwissu 1993)

228    Ara Propositio 18; Perfectae caritatis, 14.

229    Propositio 15.

230    Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-udjenza ġenerali tat-8 ta’ Frar 1995.

231    Dei Verbum,21; Perfectae caritatis,6.

232    Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 125; ara Dei Verbum 18

233    Dei Verbum,2.

234    Presbyterorum ordinis,5.

235    Ara Gravissimum educationis, 8.

236    Scritti pedagogici e spirituali, Roma 1987

237    Ara Kost. app. Sapientia christiana (15 April 1979),II

238    Ara Propositio 41.

239    Ara Kost. app. Sapientia christiana (15 April 1979), II

240    Ara Propositio 36.

241    Ara Gaudium et spes,5

242    Ibid., 1

243    Ara Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ ħajja reliġjuża u Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika La vita fraterna in comunità “Congregavit nos in unum Christi amor” (2 Frar 1994), 34.

244    Ara Messaġġ tal-Papa Ġwanni Pawlu II għat-XXVIII Jum il-Komunikazzjoni soċjali (24 Jannar 1994).

245    Ara Enċikl. Ut Unum sint (25 Mejju 1995), 21.

246    Ara ibid., 28.

247    Ara Propositio 45.

248    Ara Enċikl. Redemptoris missio (7 Diċembru 1990), 55.

249    Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu mar-Reliġjonijiet u Kongr. għall-Evanġeliżżazzjoni tal-Ġnus,, Istr. Dialogo e annuncio, Riflessioni e Orientamenti (19 Mejju 1991), 42.

250    Ibid., 42B.

251    Ara Propositio 46.

252    Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu mar-Reliġjonijiet u Kongr. għall-Evanġeliżżazzjoni tal-Ġnus,, Istr. Dialogo e annuncio, Riflessioni e Orientamenti (19 Mejju 1991), 42.

253    Ara Propositio 47.

254    Beata Angela ta’ Foligno, Liber Beatae Angelae a Fulginia p.683.

255    Santa Tereża ta’ Ġesù Libro de la vida , c32, 11.

256    Pawlu VI, Eżort. app. Evangelica testificatio.(28 Ġunju 1971), 3.

257    Ra Propositio 48.

258    Gaudium et spes,41

259    Pawlu VI, Eżort. app. Evangelica testificatio.(28 Ġunju 1971), 53; Eżort. App. Evangelii nuntiandi (8 Diċembru 1975) 59.

260    Ara Propositio 16.

261    Santu Wistin, In Ioannes Evangelium XXI, 8.

262    Kongr. għar-Reliġjużi u l-Istituti sekulari, Dok. Religiosi e promozione umana (1 Awwissu 1980), 13-21

263    Lumen gentium, 64.

 

WERREJ

 

Daħla

 

  1. Radd il-ħajr għall-ħajja konsagrata
  2. Il-ħajja konsagrata hi don mogħti lill-Knisja
  3. Niġbru l-frott tas-Sinodu
  4. Il-ħidma tal-Ispirtu fil-ħafna suriet tal-ħajja.
  5. Il-ħajja monastika fil-lvant u fil-punent
  6. L-ordni tal-verġni, tal-eremiti, tar-romol
  7. Istituti dedikati kollha kemm huma għall-kontemplazzjoni
  8. Il-ħajja reliġjuża appostolika
  9. L-Istituti sekulari
  10. Is-Soċjetajiet ta’ ħajja appostolika
  11. Suriet ġodda ta’ ħajja konsagrata
  12. L-għan ta’ din l-eżortazzjoni appostolika

 

 

Kapitlu I

Confessio Trinitatis

 

Il-bidu tal-ħajja konsagrata fil-Misteru ta’ Kristu u tat-Trinità Qaddisa

  1. Xbihat ta’ Kristu trasfigurat
  2. “…. tbiddel quddiemhom….”
  3. “Dan hu Ibni l-għażiż: isimgħu lilu”

 

I B’tifħir tat-Trinità Qaddisa

  1. Mill-Missier għall-Missier: l-inizjattiva ta’ Alla

18 . L-Iben fil-passi ta’ Kristu

  1. Fl-ispirtu: konsagrati mill-Ispirtu s-Santu
  2. Il-kunsilli evanġeliċi, don tat-Trinità Qaddisa
  3. Il-kunsilli evanġeliċi huma rifless tal-ħajja tat-Trinità qaddisa
  4. Konsagrati bħal Kristu għas-saltna ta’ Alla.

 

II Bejn l-Għid u t-Tmiem ta’ Kollox

  1. Mit-Tabor sal-Kalvarju
  2. Il-ħajja konsagrata u l-misteru yal-Għid
  3. Xhieda ta’ Kristu fid-dinja
  4. Id-dimensjoni eskatoloġika tal-ħajja konsagrata
  5. Tama ħajja, impenn u għassa
  6. Il-Verġni Marija, eżempju ta’ konsagrazzjoni u ta’ mixi wara l-Mulej

 

III Fil-Knisja u għall-Knisja

  1. “Kemm hu sew li aħna hawn” – il-ħajja konsagrata fil-misteru tal-Knisja
  2. Konsagrazzjoni ġdida u speċjali
  3. Ir-relazzjonijiet bejn is-suriet diversi tal-ħajja nisranija
  4. Il-ġid spiritwali tal-ħajja konsagrata
  5. Xhieda tal-Evanġelju tal-Beatitudnijiet
  6. Ix-xbieha ħajja tal-Knisja-Għarusa

 

 

IV Immexxijin mill-Ispirtu ta’ mħabba

  1. Eżistenza “trasfigurata” : sejħa għall-qdusija
  2. Fedeltà lejn il-kariżma
  3. Fedeltà kreattiva
  4. Talb u axxetiżmu: taqbida spiritwali
  5. Inġibu ‘l quddiem il-qdusija
  6. “Qumu la tibżgħux”: fiduċja mġedda

 

 

 

Kapitlu II

Signum Fraternitatis

 

Il-ħajja konsagrata: Sinjal ta’ Xirka fil-Knisja

 

I Valuri li jibqgħu

  1. Bħal xbieha tat-Trinità
  2. Ħajja tal-aħwa fl-imħabba
  3. Id-dmir tal-awtorità
  4. Sehem l-anzjani
  5. Bħall-komunitajiet ta’ żmien l-Appostli
  6. Inħossu mal-Knisja
  7. Il-fraternità fil-Knisja universali
  8. Il-ħajja konsagrata u l-Knisja partikulari
  9. Xirka ekkleżjali li tagħti l-frottu tkun organiżżata tajjeb
  10. Djalogu dejjem sejjer, mogħti ħajja mill-imħabba
  11. Fraternità f’dinja mifruda u ħażina
  12. Xirka bejn Istituti diferenti
  13. Kordinament bejn l-Istituti
  14. Xirka u koperazzjoni mal-lajċi
  15. Għat-tiġdid ta’ dinamiżmu spiritwali u appostoliku
  16. Lajċi volontarji u assoċjati
  17. Id-dinjità u l-ħidma tal-mara konsagrata
  18. Tamiet ġodda ta’ preżenza u ta’ ħidma

 

II Il-ħidma perseveranti tal-Ispirtu s-Santu

Fedeltà fit-tiġdid

  1. Il-klawstrali
  2. Istituti lajki
  3. Istituti mħallta
  4. Suriet ġodda ta’ ħajja evanġelika

 

III B’ħarsa lejn il-ġejjieni

  1. Diffikultajiet u previżjonijiet
  2. Sforzi ġodda biex jiġu ‘l quddiem il-vokazzjonijiet
  3. L-impenn fil-formazzjoni tal-bidu
  4. Ħidma tal-għalliem fil-formazzjoni
  5. Tħejjija komunitarja u appostolika
  6. Formazzjoni sħiħa u adatta għal żminijietna
  7. Formazzjoni dejjem sejra
  8. Fi tħabrik dejjem sejjer għall-fedeltà
  9. Il-karattru tal-formazzjoni dejjem sejra

 

 

Kapitlu III

Servitium Caritatis

 

Il-ħajja konsagrata

Dehra tal-imħabba ta’ Alla għad-dinja

  1. Konsagrati għall-missjoni
  2. Għall-qadi ta’ Alla u tal-ġens tal-bnedmin
  3. Koperazzjoni ekkleżjali u spiritwalità appostolika

 

I Imħabba sal-aħħar

  1. Imħabba bil-qalb ta’ Kristu
  2. Il-kontribut speċifiku fil-ħajja konsagrata għall-Evanġeliżżazzjoni
  3. L-ewwel Evanġeliżżazzjoni: tħabbar lil Kristu lill-ġnus
  4. Preżenti kullimkien fid-dinja
  5. It-tħabbira ta’ Kristu u l-inkulturazzjoni
  6. L-inkulturazzjoni tal-ħajja konsagrata
  7. L- Evanġeliżżazzjoni l-ġdida
  8. Ħerqa u mħabba għall-foqra u promozzjoni tal-ġustizzja
  9. Għajnuna lill-morda

 

II Xhieda profetika quddiem sfidi kbar

  1. Il-karattru profetiku tal-ħajja konsagrata
  2. L-importanza tal-profezija għad-dinja tal-lum
  3. Fedeltà sal-martirju
  4. L-isfidi ewlenin tal-ħajja konsagrata
  5. L-isfida tal-kastità konsagrata
  6. L-isfida tal-faqar
  7. Il-faqar evanġeliku u l-qadi tal-foqra
  8. L-isfida tal-libertà fl-ubbidjenza
  9. Flimkien biex isseħħ ir-rieda tal-Missier
  10. Impenn deċisiv fil-ħajja spiritwali
  11. Is-smigħ tal-Kelma ta’ Alla
  12. F’xirka ma’ Kristu

 

III Oqsma ġodda għall-Missjoni

  1. Fid-dinja tal-edukazzjoni
  2. Il-ħtieġa tat-tiġdid fl-impenn għall-qasam tal-edukazzjoni
  3. L-evanġeliżżazzjoni tal-kultura
  4. Preżenti fil-qasam tal-komunikazzjoni soċjali

 

 

IV Djalogu ma’ kulħadd

  1. Għall-qadi tal-għaqda tal-insara
  2. Suriet ta’ djalogu ekumeniku
  3. Id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet
  4. Spiritwalità bħala tweġiba għat-tfittix ta’ dak li hu qaddisu għax-xewqa ta’ Alla

 

 

Għeluq

  1. Ġenerożita bla qies
  2. Il-ħajja konsagrata hi qadi tas-Saltna ta’ Alla
  3. Liż-żgħażagħ
  4. Lill-familji
  5. Lill-irġiel u nisa ta’ rieda tajba
  6. Lill-persuni konsagrati
  7. Ħarsa lejn il-ġejjieni
  8. Talba lit-Trinita
  9. Talba lill-Verġni Marija

 

 

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.