Ġwanni Pawlu II fil-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Faustina Kowalska

KAPPELLA PAPALI GĦALL-KANONIZZAZZJONI 
TAL-BEATA MARIJA FAUSTYNA KOWALSKA
OMELIJA TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

Il-Ħadd, 30 ta’ April 2000

1. “Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb, għax għal dejjem it-tjieba tiegħu” (Sal 118, 1). Hekk tkanta l-Knisja fl-Ottava tal-Għid, kważi tiġbor minn xuftejn Kristu dan il-kliem tas-Salm; minn xuftejn Kristu rxuxtat, li fiċ-Ċenaklu jwassal l-aħbar il-kbira tat-tjieba divina u jafda lill-appostli l-ministeru: “Il-paċi magħkom! Kif il-Missier bagħat lili, jien ukoll nibgħat lilkom… Irċievu l-Ispirtu Santu; id-dnubiet li intom taħfru jkunu maħfura u dawk li żżommu jkunu miżmuma” (Ġw 20, 21-23).

Aktar