Christifidelis Laici


Stampa t-test tal-Eżortazzjoni …

EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA POST-SINODALI

CHRISTIFIDELES LAICI

TAL-PAPA ĠWANNI PAWLI II

dwar

IL-MISSJONI U L-VOKAZZJONI

TAL-LAJĊI FIL-KNISJA U FID-DINJA

WERREJ

Bidu

Daħla

  1. Christi Fidelis Laici
  2. “Morru Intom ukoll fl-Għalqa’
  3. Il-Ħtiġijiet l-aktar importanti għaż-żmien ta’ llum. ˝Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?’
  4. Is-sekulariżmu u l-ħtieġa tar-reliġjon
  5. Il-Persuna tal-bniedem, dinjita mkasbra u mogħtija ġieħ
  6. Konflitti u sliem
  7. Kristu Ġesù. It-tama għal-bnedmin kollha.

 

Kap 1

Jiena d-dielja, intom il-friegħi, Id-dinjità tal-Insara lajċi fil-Knisja bħala misteru.

  1. Il-Misteru tad-Dielja
  2. Min Huma l-Lajċi nsara
  3. Il-Magħmudija u t-‘Tiġdied’ tal-Ħajja Nisranija
  4. Ulied fl-Iben
  5. Aħna ġisem wieħed fi Kristu
  6. Tempji qaddisa u ħajja ta’ l-Ispirtu s-Santu
  7. Imseħbin fil-Missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profeta, Sultan
  8. Il-Lajċi nsara l-karattru sekulari tagħhom.
  9. Imsejħin għall-Qdusija.
  10. Ħajja qaddisa fid-dinja.

 

Kap 2

Friegħi f’dielja waħda, Il-parteċipazzjoni tal-lajċi fil-ħajja tal-Knisja – xirka.

  1. Il-Misteru tal-Knisja-Xirka
  2. Il-Konċilju Vatikan II u l-ekklesjoloġija
  3. Xirka organika
  4. Ministeri u Kariżmi, Doni ta’ l-Ispirtu s-Santu lill-Knisja. Ministeri uffiċċji u funzjonijiet
  5. Ministeri li jiġu mill-Ordni Sagri.
  6. Ministeri, uffiċċji u dmirijiet tal-lajċi
  7. Il-kariżmi
  8. Is-Sehem tal-Lajċi Nsara fil-Ħajja tal-Knisja. Knejjes lokali u Knisja universali
  9. Il-Parroċċa
  10. L-impenn għall-appostolat fil-paroċċa
  11. Suriet ta’ Parteċipazzjoni fil-Ħajja tal-Knisja. Suriet ta’ partecipazzjoni personali
  12. Parteċipazzjoni fi gruppi
  13. Il-Kriterji tal-Ekklesjalità tal-gruppi tal-lajċi
  14. Is-Servizz tar-rgħajja tal-erwieħ għax-xirka tal-Knisja

 

Kap 3

Jiena ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott, Ir-responsabbiltà tal-lajċi nsara fil-Knisja – missjoni

  1. Xirka Missjunarja
  2. It-tħabbira tal-Evanġelju. Pajjiżi u nazzjonijiet sħaħ
  3. Wasal il-waqt li l-Evanġelju jixxandar mill-ġdid
  4. “Morru fid-dinja kollha”
  5. Ngħixu l-Evanġelju bil-Qadi tal-Persuna u s-Soċjeta’
  6. Il-promozzjoni tad-dinjità tal-persuna tal-bniedem.
  7. Il-ħarsien tad-dritt għall-ħajja.
  8. Ħielsa li nsejħu isem il-Mulej
  9. Il-familja, minnha jibda d-dmir lejn is-soċjeta’
  10. L-imħabba, ruħ u ħajja tas-solidarjeta’
  11. Il-ħajja pubblika
  12. Il-bniedem fil-qofol u ċ-ċentru tal-ħajja ekonomika-soċjali
  13. L-evanġelizzazzjoni tal-kultura u tal-kulturi tal-bniedem

 

Kap 4

Ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli tal-Mulej, Amministraturi tajba tal-grazzja ta’ Alla ta’ ħafna xorta.

  1. Varjetà ta’ Vokazzjonijiet
  2. Żgħażagħ, Tfal u Xjuħ. Iż-żgħażagħ, tama tal-Knisja
  3. It-tfal u s-saltna tas-smewwiet
  4. Ix-xjuh u don ta’ l-għerf
  5. Nisa u Rġiel
  6. Pedamenti antropoliġiċi u teoloġiċi
  7. Missjoni tal-Knisja fid-dinja
  8. Il-preżenza u l-kollaborazzjoni tal-irġiel man-nisa
  9. Morda u Batuti
  10. Ħidma pastorali mġedda
  11. Stati tal-Ħajja u Vokazzjonijiet
  12. Il-ħafna vokazzjonijiet tal-lajċi

 

Kap 5

Tmorru tagħmlu l-frott, Il-formazzjoni tal-lajċi.

  1. Tikbru dejjem
  2. Tagħraf u Tgħix u l-Vokazzjoni u l-Missjoni Proprja Tiegħek
  3. Formazzjoni Sħiħa biex Għixu Magħqudin
  4. Aspetti ta’ formazzjoni
  5. Kollaboraturi ma’ Alla l-Għalliem
  6. Oqsma oħra ta’ formazzjoni
  7. Formazzjoni Milqugħa u Mogħtija min Kulħadd
  8. Appell u talba

Noti


EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA POST-SINODALI

CHRISTIFIDELES LAICI

TAL-PAPA ĠWANNI PAWLI II

dwar

IL-MISSJONI U L-VOKAZZJONI

TAL-LAJĊI FIL-KNISJA U FID-DINJA

Lill-Isqfijiet, lis-Saċerdoti u lid-djakni, lir-reliġjużi rġiel u nisa, u lil lajċi nsara kollha.

DAĦLA

CHRISTIFIDELES LAICI

1        Il-lajċi nsara li dwar ˝il-Vokazzjoni u l-Missjoni tagħhom fil-Knisja u fid-dinja għoxrin sena wara l-Konċilju Vatikan II tkellem is-Sinodu tal-Isqfijiet fl-1987, huma dawk li fost il-Poplu ta’ Alla nistgħu nxebbħu mal-ħaddiema tal-għalqa tad-dwieli li jsemmi fl-Evanġelju ta’ San Mattew, ˝Is-Saltna tas-Smewwiet tixbaħ lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fil-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom il-għalqa. ’ (Mt 20,1-2)

Il-parabbola tal-Evanġelju tqiegħed quddiemna l-għalqa tad-dwieli tal-Mulej, għalqa ta’ kobor bla qies, u l-kotra kbira ta’ nies, irġiel u nisa, li l-Mulej isejjaħ u jibgħat jaħdmu fil-għalqa tiegħu. Din il-għalqa tad-dwieli hi d-dinja kollha (ara Mt 13,38), li, skond il-ħsieb ta’ Alla, jeħtieġ tinbidel għal kollox skond il-pjan ta’ Alla sakemm is-Saltan ta’ Alla tasal li sseħħ għal kollox.

MORRU INTOM UKOLL FL-GĦALQA

  1. Ħareġ madwar id-disgħa ta’ filgħodu u ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, Morru intom ukoll fl-għalqa’ (Mt 20, 3-4).

Din is-sejħa tal-Mulej Ġesù, ˝Morru intom ukoll fil-għalqa˝, minn dak iż-żmien fl-imgħoddi u tul il-ġrajja kollha tal-bniedem, għadha tidwi sa llumu hi magħmulha lil kull bniedem li jiġi f’din id-dinja.

Fi żmienna, meta seħħet miġja oħra tal-Ispirtu tal-Għid il-Ħamsin bil-Konċilju Vatikan II, il-Knisja għarfet ferm aħjar u b’mod aktar ħaj il-vokazzjoni missjunarja tagħha u semgħet mill-ġdid leħen il-Mulej li qiegħed jibagħatha fid-dinja bħala ˝sagrament ta’ salvazzjoni għal kolħadd˝(1)

‘Morru intom ukoll’, din is-sejħa m’hijiex biss sejħa magħmula lir-Rgħajja, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, imma hi sejħa magħmulha lil kulħadd, l-insara laċi kollha, kull wieħed individwalment, huma msejħin mill-Mulej u minn għandu jirċievi l-missjoni li jridu jaqdu fil-Knisja u id-dinja. Dan San Girgor il-Kbir fakkru meta, huwa u jippriedka lill-poplu, fisser b’dan il-mod il-parabbola tal-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli, “Għassu fuq l-imġiba tagħkom, ħuti egħżież, u araw intomx tassew ħaddiema ta’ Alla. Jara sewwa kull wieħed minnkom x’qiegħed jagħmel, u jqis huwiex jaħdem fl-għalqa tal-Mulej’(2).

Fil-Konċilju Vatikan II, fl-għana ta’ tagħlim duttrinali, spiritwali u pastorlai tiegħu, insibu paġni sħaħ dwar n-natura, id-dinjità, l-ispiritwalita’, il-missjoni u r-responsabbiltajiet tal-insara lajċi, tagħlim li hu tassew mill-aqwa. L-isqfijiet fil-Konċilju, huma u jtennu leħen Kristu, sejħu l-insara lajċi kollha, irġiel u nisa, biex imorru jaħdmu fl-għalqa tal-Mulej, “Il-Konċilju għalhekk f’isem il-Mulej, b’ħerqa liema bħala, isejjaħ lil-lajċi kollha biex iwieġbu bil-ferħ, b’ġenerożita’ kbira u b’ħeġġa ta’ qalbhom għal-leħen ta’ Kristu, li f’dan il-waqt qiegħed jistedinhom b’ħerqa akbar, u bla xkiel, jagħtu widem għall-Ispirtu s-Santu li qiegħed iqanqalhom. B’mod speċjali din is-sejħa għandhom iħossuha, bħala magħmulha lilhom, iż-żghażagħ u jilqgħuha b’ħeġġa u b’qalb kbira. Il-Mulej innifsu, permezz ta’ dan is-Sinodu mqaddes, qiegħed jerġa’ jistieden lill-lajċi kollha biex jingħaqdu dejjem aktar miegħu, u huma u jagħarfu li dak kollu li hu tiegħu huwa tagħhom ukoll (ara Fil. 2,5) jissieħbu miegħu fil-missjoni għas-salvazzjoni tad-dinja. Mill-ġdid jibgħathom f’kull belt u raħal fejn kellu jmur hu (ara Lq. 10,1) (3).

Morru intom ukoll il-għalqa, dan il-kliem ġie mtenni spiritwalment fis-Sinodu tal-isqfijiet li sar Ruma mil-1 sat-30 ta’ Ottubru 1987. L-isqfijiiet, huma u mexjin fit-triq tal-Konċilju, fid-dawl tal-esperjenżi ta’ nies u ta’ komunitajiet mill-Knisja kollha, u għonja bit-tagħlim aktar wiesgħa tas-Sinodi ta’ qabel, studjaw b’mod speċifiku u estensiv il-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi fil-Knisja u fid-dinja.

Għal din il-laqħa tal-isqfijiet ma kinitx nieqsa rapprezentanza mill-aħjar ta’ lajċi nsara, irġiel u nisa, li taw kontribut ta’ siwi kbir għall-ħidma tas-Sinodu, tant li fl-omelija f’egħluq is-Sinodu ntqal b’mod l-aktar ċar, “Inroddu ħajr ukoll għaliex tul is-Sinodu stajna ngawdu t-tisħib ta’ udituri lajċi, irġiel u nisa, u wkoll għaliex tul id-diskussjonijiet li kienu jsiru waqt is-Sinodu, stajna nisimgħu leħen il-mistednin li kienu qed jirrappreżentaw il-lajċi minn kull naħa tad-dinja u minn ħafna nazzjonijiet, u hekk stajna niksbu frott xieraq mill-esperjenzi, mill-pariri u mis-suġġerimenti tagħhom, ġejjin mill-imħabba li kellhom għall-ġid ta’ kulħadd’ (4). L-isqfijiet tas-Sinodu, huma u jqisu ż-żmien ta’ wara l-Konċilju, għarfu sewwa li l-Ispirtu s-Santu llum ukoll qiegħed jagħti żogħżija ġdid lill-Knisja u qiegħed iqajjem qawwa ġdida ta’ qdusija u ta’ parteċipazzjoni f’ħafna nsara lajċi. Dan jidher, fost affarijiet oħra, fis-sura ġdida ta’ kollaborazzjoni u ta’ ħidma flimkien mas-saċerdoti, ir-reliġjuzi u l-lajċi, fit-tisħib sħiħ u attiv fil-liturġija, fil-mod kif qiegħda titħabbar il-kelma ta’ Alla, u ssir il-katekeżi, fil-ħafna qadi u ħidmiet li qed jiġu fdati lill-lajċi u qed jiġu aċċetati minnhom, fil-ħafna gruppi, assoċjazzjonijiet u movimenti spiritwali li qegħdin dejjem jikbru u jiżdiedu fl-impenn tal-lajċi fihom, fis-sehem dejjem akbar u aktar magħruf tan-nisa fil-ħajja tal-Knisja u fil-progress tas-soċjeta’ ta’ llum.

Iżda s-Sinodu għaraf ukoll li din it-triq li bdew mexjin minnha lajċi wara l-Konċilju ma kinitx ħielsa minn diffikulatijiet u perikoli. Irrid insemmi żewġ tentazzjonijiet li minnhom il-lajċi ma għarfux dejjem jeħilsu għal kollox, it-tentazzjoni li wieħed, għax impenjat sewwa f’ministeri u ħidmiet ekklelsjastiċi, jasal biex spiss jittraskura r-responsabbiltajiet proprji tiegħu fl-oqsma tal-ekonomija u tal-kultura, fis-socjeta’ u fil-professjoni tiegħu, u t-tentazzjoni li jqis bħala ħaġa tajba l-firda bejn fidi u ħajja, firda li twassal biex wieħed jaċċetta t-tagħlim tal-Evanġelju, iżda mbagħad bl-ebda mod ma jimxi skond it-tagħlim tal-Evanġelju f’kull qagħda li fiha jsib ruħu fid-dinja ta’ llum.

Is-Sinodu, tul il-laqgħat tiegħu, kontinwament kien jiftakar fit-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II, it-tagħlim dwar il-lajċi, wara għoxrin sena, ħa sura li, b’mod tassew tal-għaġeb, taqbel maż-żminijiet ta’ llum u deher bħala xi tħabbira profetika. Dan għaliex, permezz ta’ dan it-tagħlim, tista’ tingħata tweġiba għall-kwistjonijiet ġodda li llum qed iqumu. Verament l-isfida li laqgħu l-isqfijiet tas-Sindou kienet li jaraw kif it-‘teorija’ tant sabiħa tal-Konċilju dwar il-lajċi, setgħet isseħħ ‘fil-prattika’, bil-fatti, fil-ħajja tal-Knisja. Hemm imbagħad kwistjonijiet oħra, li għandhom sura ta’ ‘xi ħaġa ġdida’, u għalhekk nistgħu ngħidu li huma kwistjonijiet li nqalgħu wara l-Konċilju, almenu skond iż-żmien li fih inqalgħu. L-isqfijiet fis-Sinodu, waqt li kienu jiddiskutu u jgħarblu l-kwistjonijiet li kellhom quddiemhom, qisu sewwa din il-ħaġa, kif kien jixraq. Fost l-affarijiet li qisu sewwa, kien hemm il-ministeri u l-qadi fil-Knisja li jistgħu jingħataw lil-lajċi biex jagħmluhom, it-tixrid u t-tkattir ta’ ‘movimenti’ ġodda flimkien mas-suriet l-oħra tal-assoċjazzonijiet tal-insara lajċi, u fl-aħħarnett il-post u s-sehem li għandu jkollhom in-nisa fil-Knisja u s-soċjeta’.

l-Isqfijiet tas-Sinodu, meta waslu biex itemmu l-laqgħat tagħhom, li fihom impenjaw ruħhom b’ħila u b’ġenerożita’ kbira, urew ix-xewqa tagħhom u talbuni biex, meta jkun il-waqt, inħejji għall-Knisja kollha dokument definittiv dwar il-lajċi fil-Knisja(5).

Din l-eżortazzjoni appostolika trid tqis l-għana kollu ta’ tagħlim li ħareġ mill-ħidma tas-Sinodu, ibda mill-Lineamenta sa l-Instrumentum laboris, mir-Rapport li sar fil-bidu tas-Sinodu u l-interventi tal-isqfijiet u tal-lajċi sad-diskussjonijiet u r-rapporti tal-‘workshops’ u l-Propositiones u ‘l-Messaġġ’ ta’ l-aħħar. Dan id-dokument għalhekk mhux xi ħaġa miżjuda mas-Sinodu, imma tifsira eżatta tiegħu u għalhekk jaqbel perfettament miegħu, hu frott ta’ ħidma kolleġġjali, u, għas-sura finali tiegħu, taw sehemhom il-Kunsill tas-Ssegretarajt Ġenerali tas-Sinodu u s-Segretarjat innifsiu.

Fl-aħħarnett, l-għan ta’ din l-eżortazzjoni hu li jqanqal u jsaħħaħ fl-insara lajċi kollha, u f’kull wieħed u waħda minnhom, fehma aktar soda tad-don u tar-responsabbilta’ ta’ kulħadd fix-xirka u l-missjoni tal-Knisja.

IL-ĦTIEĠIJIET L-AKTAR IMPORTANTI GĦAŻ-ŻMIEN TA’ LLUM,

“GĦALIEX QEGĦDIN HAWN IL-JUM KOLLU MA TAGĦMLU XEJN?’

  1. It-tifsira ewlenija tas-Sinodu u l-frott tassew għażiż u mixtieq li ħareġ minnu, hu li l-insara lajċi jisimgħu bil-ħerqa leħen il-Mulej Ġesù li qiegħed isejħilhom biex imorru jaħdmu fl-għalqa tiegħu, ħalli b’sens kbir ta’responsabbilita’, jissieħbu fil-missjoni tal-Knisja, f’din is-siegħa hekk kbira u hekk importanti tal-ġrajja tal-bniedem, huwa u riesaq lejn it-tielet elf sena wara Kristu.

Il-qagħda ġdida li fiha llum tinsab il-Knisja u l-qagħda li fiha tinsab ukoll is-soċjeta’ fl-oqsma kollha politiċi, ekonomiċi u kulturali, titlob ħidma speċjali u ħerqana mill-insara lajċi kollha. Jekk in-nuquqas ta’ mpenn kien dejjem ta’ min jistmerru, in-nuqqas ta’ mpenn illum hu ħtija wisq akbar. Qatt ma hu permess li xi ħadd joqgħod jitgħażżen.

Nerġgħu mela għall-parabbola tal-Evanġelju, “Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar reġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, ‘Għaliex qiegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?’ Qalulu, ‘Għax ħadd ma qabbadna’. Qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa’˝. (Mt 20, 6-7)

Ma hemmx lok għall-għażż fl-għalqa tal-Mulej għax il-ħidma li trid issir minn kulħadd hi tassew kbira. “Is-Sid˝ b’ħerqa akbar qed itenni l-istedina, “Morru intom ukoll fl-għalqa’.

Leħen il-Mulej żgur jinstema’ fil-fond tal-qalb ta’ kull nisrani, li jsir xebh ma’ Kristu permezz tal-fidi u tas-sagramenti tad-dħul fil-ħajja nisranija, isir membru ħaj tal-Knisja u sieħeb attiv fil-missjoni tagħha għas-salvazzjoni tad-dinja. Iżda leħen il-Mulej, jistema’ wkoll permezz tal-ġrajjiet tal-Knisja u tal-bniedem, kif ifakkarna l-Konċilju, ˝Il-Poplu ta’ Alla, imqanqal mill-fidi, li twasslu biex jemmen li hu mmexxi mill-Ispirtu tal-Mulej, li jimla l-ħolqien kollu, jipprova jara sinjali ċari tal-preżenza u tal-ħsieb ta’ Alla fil-ġrajjiet, fit-tamiet u fix-xewqat li għandu flimkien mal-bqija tal-bnedmin ta’ żminijietna. Dan għaliex il-fidi turi kollox f’dawl ġdid u tgħarraf x’inhu l-pjan ta’ Alla għas-sejħa sħiħa tal-bniedem u għalhekk tmexxih lejn soluzzjonijiet li jaqblu perfettament man-natura tiegħu’ (6).

Jeħtieġ għalhekk inkomplu nħarsu lejn din id-dinja, bil-valuri u l-problemi tagħha, bl-inkwiet u t-tamiet kollha tagħha, bir-rebħiet li jagħtuha ġieh u t-telfiet li jtebbgħulha ġieħha, u tassew, id-dinja tagħna hi mġarrba minn qtigħ il-qalb kbir fl-oqsma ekonomiċi, soċjali, politiċi u kulturali, u għandha problemi u diffikultajiet wisq aktar iebsin minn dawk li jsemmi l-Konċilju fil-Kostituzzjoni Pastorli Gaudium et Spes (7). Iżda din hi l-għalqa, dan hu l-qasam li fih huma msejħin biex jaħdmu l-insara lajċi ħa jgħixu l-missjoni tagħhom. Ġesù lil kollha jridhom, kif irid id-dixxipli kollha tiegħu, li jkunu ‘il-melħ ta’ l-art’, u ‘d-dawl tad-dinja’ (Mt 5, 13-14). Iżda x’inhi tassew il-qagħda llum ta’ din ‘l-art’, ta’ din ‘id-dinja’ li tagħha l-insara jeħtieġ li jkunu ‘il-melħ’ u ‘id-dawl’?

Is-sitwazzjonijiet u l-problemi tad-dinja ta’ llum huma ta’ ħafna xorta u qed jinbidlu kontinwament. Għalhekk irridu noqgħodu attenti li ma niġġeneralizzahomx u nissimplifikawhomx, għalkemm nistgħu naraw x’inhuma t-tendenzi li qed jiżviluppaw fis-soċjeta’ ta’llum. Kif fl-għalqa ta’ l-Evanġelju jikbru flimkien il-qamħ u s-sikrana, hekk ukoll fil-ġrajja tal-bniedem, kuljum, qisna f’tijatru, qed naraw kontradizzjonijiet fit-tħaddim tal-liberta’ tal-bniedem, qed insibu xi kull tant flimkien u xi kull tant imħalltin ma’ xulxin it-tajjeb u l-ħażin, il-ġustizzja u n-nuqqas ta’ ġustizzja, il-qtigħ il-qalb u t-tama.

 

Is-sekulariżmu u l-ħtieġa tar-reliġjon

  1. Għaliex ma għandniex insemmu li dejjem aktar qed tikber l-indifferenza

reliġjuza u l-ateiżmu, fil-ħafna suriet tiegħu, u l-aktar fis-sura li llum hi forsi l-aktar imxerrda, tas-sekulariżmu? Il-bniedem, minfuħ mil-progress kbir dejjem jiżdied fix-xjenza u t-teknika, u wisq aktar imħajjar mit-tentazzjoni antika u dejjem ġdida li jkun daqs Alla (ara Ġen. 2,5) jeqred minn qalbu l-egħruq tar-reliġjon bl-abbuż ta’ liberta’ bla rażan, jinsa ‘l Alla, jew iqisu li ma jiswa xejn għall-ħajtu, jiċħdu, u jasal biex iqim kull sura ta’ ‘allat foloz’.

Is-sura proprja tas-sekulariżmu ta’ llum hi ħaġa tassew serja, għaliex tolqot mhux biss l-individwu, imma xi kull tant ukoll komunitajiet sħaħ, dan ġa qalu l-Konċilju, “Għadd dejjem jikber ta’ nies qed iħallu l-prattika tar-reliġjon” (8). Mhux l-ewwel darba tkellimt jien ukoll dwar li ħafna qed jabbandunaw ir-reliġjon nisranija fost il-popli li ilhom mijiet ta’ snin iħaddnu r-reliġjon nisranija, u għalhekk jeħtieġ li l-Evanġelju jixxandrilhom mill-ġdid.

Mandankollu x-xewqa u l-ħtieġa tar-reliġjon ma tista’ qatt tiġi fix-xejn għal kollox. Il-kuxjenza ta’ kull bniedem, meta jsib ruħu wiċċ’imb’wiċċ ma’ kwistjonijiet gravi ħafna, bħalma huma dawk dwar il-ħajja, it-tbatija, il-mewt, twasslu biex jagħmel tiegħu kliem Santu Wistin, “Ħlaqtna għalik, Mulej, u qlubna bla mistrieħ sakemm ma jistrieħux fik”. (9)

Id-dinja ta’ llum ukoll tagħti xhieda ta’ dan, b’qawwa dejjem akbar u aktar wiesgħa, hija u tħares u tara li l-ħajja għandha wkoll aspett spritwali u traxxendentali, turi interess ġdid fir-reliġjon, terga’ ssib sens tal-qdusija u tat-talb, u titlob li wieħed ikun jista’ jsejjaħ isem il-Mulej bla ebda xkiel.

Il-persuna tal-bniedem, dinjità mkasbra u mogħtija ġieħ

  1. Nixtieq ukoll infakkar il-ħafna suriet ta’ vjolenza li l-bniedem qiegħed iġarrab

bħala persuna. Mela dik id-dinjità li biha l-bniedem hu xbieha ħajja ta’ Alla (ara Gen. 1,26) m’hijiex magħrufa u lanqas maħbuba, il-bniedem, bħala persuna, isib ruħu mitfugħ f’qagħdiet mistkerrħa u bla ġieħ ta’ “manipulazzjoni”, li bihom isir l-ilsir miskin ta’ min hu aqwa minnu u aktar b’saħħtu. “Dawk li huma aqwa u aktar b’saħħithom” għandhom aktar minn isem wieħed, huma ideoloġija, setgħa ekonomika, sistema politiku ma jixraqx lill-bniedem, teknokrazija xjentifika, indħil esaġerat tal-“mass media”.

Mill-ġdid qed naraw kotra kbira ta’ nies, ħutna subien u bniet, li huma mċaħħdin mid-drittijiet ewlenin tagħhom jew għax għandhom il-ħila jissaportu ħafna, jew għax xi liġijiet ċivili huma biċ-ċar kontra l-ġustizzja, dawn id-drittijiet huma d-dritt għall-ħajja u għas-sħuħija tal-ġisem, id-dritt għad-dar u għax-xogħol, id-dritt għall-familja u għal tnissil responsabbli ta’ l-ulied, id-dritt għal sehem fil-ħajja pubblika u politika, id-dritt għal-liberta’ tal-kuxjenza u għall prattika tar-reliġjon.

 

Min jisita’ qatt igħodd it-trabi li ma jitwildux għax maqtulin f’ġuf ommhom, it-tfal abbandunati jew maħqurin ħafna mill-ġenituri tagħhom, tfal li jikbru mingħajr ma jafu x’inhi l-imħabba u x’inhi edukazzjoni? Hemm, f’xi pajjiżi, popolazzjonijiet sħaħ bla dar u bla xogħol, neqsin minn dak kollu li hu meħtieġ biex igħixu ħajja li tixraq il-bniedem bħala persuna, u mċaħħdin minn dak li hu meħtieġ għall-għajxien.

Dawn huma l-oqsma kbar ta’ faqar u ta’ miżerja, materjali u morali, li llum insibu fit-trufijiet tal-ibliet il-kbar tad-dinja, huma gruppi sħaħ ta’ nies imġarrbin hekk sal-mewt.

Iżda dak li hu qaddis fil-persuna tal-bniedem ma jista’ jitneħħa qatt, minkejja li spiss hu mżeblaħ u mċaħħad, għaliex hu mibni fuq il-pedament sod ta’ Alla, Ħallieq u Missier, dak li hu qaddis fil-persuna tal-bniedem dejjem jirbaħ u jiġġedded.

Minn hawn jiġi li dejjem aktar qed jixtered b’qawwa akbar qed jiġi mwettaq is-sens tad-dinjità tal-bniedem bħala persuna. Din it-tendenza hekk ta’ ġid qegħda dejjem aktar tikber u tinxtered fost il-popli kollha tad-dinja li dejjem aktar qed jagħarfu d-dinjità tal-bniedem. Għax ‘il-bniedem’m’huwiex ‘xi ħaġa’, xi ‘oġġett’, li wieħed jista’ juża, imma hu ‘suġġett’ mogħni b’kuxjenza u liberta’, imsejjaħ biex igħix fis-soċjeta’ u fil-ġrajja tad-dinja b’sens ta’ responsabbilita’, u mmexxi fejn valuri reliġjużi u spiritwali.

Jingħad li żminijietna huma żminijiet ta’ ‘umaniżmu’, iżda hemm ‘umaniżmi’ li ġejjin minn egħjun li jiċħdu ‘l Alla u, mtebbgħin bis-sekulalriżmu, jaslu biex ibaxxu jew jeqirdu l-persuna tal-bniedem flok igħolluh – u dan hu ‘paradoss’, hemm imbagħad ‘umaniżmi’ oħra li tant igħollu l-bniedem li jsalu biex jagħmluh xi alla, u fl-aħħarnett hemm ‘umaniżmi’ oħra li jagħarfu, skond il-verita’, il-kobor u l-miżerja tal-bniedem, u juru, iħarsu u jġibu ‘l quddiem id-dinjità sħiħa tiegħu.

Sinjal u frott ta’ din il-ġibda lejn dan l-umaniżmu hija l-ħtieġa dejjem aktar qawwija tal-parteċipazzoni. Din, bla dubju ta’ xejn, hi l-karattesitika speċjali tal-qagħda tal-bniedem illum, hu tassew ‘sinjal taż-żminjijiet’ li din il-ħtieġa ta’ parteċipazzjoni qed tikber f’ħafna oqsma u b’ħafna suriet, dan jidher l-ewwelnett fost in-nisa u ż-żgħażagħ fis-sura ta’ ħajja li l-bniedem qed igħix, mhux biss fil-familja u fl-iskola, imma wkoll fl-oqsma tal-kultura, tal-ekonomija, tas-soċjeta’ u tal-politika. Hemm ħtieġa, kemm għall-individwi u kemm għall-popli kollha flimkien, li jkun hemm mexxejja, u b’xi mod ħallieqa wkoll, ta’ din il-kultura umanistika ġdida. (10)

Konflitti u sliem

  1. Fl-aħħarnett irrid nerġa, nfakkar karatteristika proprja tal-qagħda tal-bniedem illum, qatt forsi daqs illum, fil-ġrajja tad-dinja, il-bniedem ma hu mġarrab b’mod hekk aħrax u milqut minn tant konflitti, minn tant ġlied. Ħi karatteristika li m’għandhiex sura waħda, li turi ruħha f’tant fehmiet tajbin fihom infushom u f’tant inizjattivi, imma tasal ukoll għal dik il-qagħda ħażina li tagħmel kontra xulxin, individwi, gruppi, klassijiet, nazzjonijiet u gruppi ta’ nazzjonijiet. Din il-qagħda ta’ kontra xulxin tasal biex tieħu suriet ta’ vjolenza, ta’ terroriżmu mxerred ma’ kullimkien, ta’ gwerer, llum ukoll, gruppi ta’ nies jixtiequ juru li ‘jistgħu kollox’ – ħaġa li llum kibret fuq li kibret – u qed iġeddu l-esperjenza ta’ ġenn tal-bini tat-‘torri ta’ Babel’ (ra Gen. 11, 1-9), esperjenza li minnha joħorġu biss konfużjonijiet, ġlied, firdiet u moħqrija. Minħabba f’hekk il-familja kolha tal-bnedmin hi mġarrba u midruba fiha nfisha.

Min-naħa l-oħra x-xewqa ta’ kull bniedem u tal-popli kollha għad-doni tal-paċi, skond il-ġustizzija, don ta’ siwi liema bħalu, qatt ma tista’ tintemm fix-xejn. Il-beatitudni tal-Evanġelju, “Ħienja dawk li jġibu l-paċi’ (Mt 5,9) qiegħda tinstema’ f’tifsira ġdida għall-bnedmin ta’ żminijietna, illum ħafna qed igħixu, qed ibatu u qed iħabirku ħalli jinkisbu u fl-aħharnett ikun hemm tassew paċi u ġustizzja. Il-parteċipazzjoni ta’ ħafna individwi u gruppi fil-ħajja tas-soċjeta’ hi t-triq li llum ħafna dejjem aktar qegħdin ifittxu biex isseħħ ix-xewqa tal-paċi. Minn din it-triq mexjin b’ħeffa u b’ħerqa kbira, ħafna lajċi nsara, fl-oqsma soċjali u politiċi, u dan permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ ħafna suriet u permezz ta’ ħidma volontarja li jagħmlu minn rajhom għall-qadi ta’ dawk li huma l-aktar imsejkna.

KRISTU ĠESÙ, IT-TAMA TAL-BNEDMIN KOLLHA

  1. Din l-għalqa l-kbira li titlob ħafna xogħol, għandhom quddiemhom il-

ħaddiema li s-‘Sid’ qed jibgħat jaħdmu. Il-Knisja tinsab f’din il-għalqa u qed taħdem fiha, il-Knisja, jiġifieri kulħadd rgħajja u nsara, saċerdoti, reliġjużi u lajċi. Il-qagħdiet li semmejt aktar ‘il fuq jolqtu l-Knisja, u, b’xi mod, jinfluwenzawha, iżda ma jgħaffġuhiex u wisq inqas jegħlbuha, għax l-Ispirtu s-Santu, li hu r-ruħ tal-Knisja, iqawwiha fil-missjoni tagħha.

Il-Knisja tagħraf li l-isforzi kollha li l-bnedmin jagħmlu għall-għaqda u l-parteċipazzjoni, jiksbu l-qawwa kollha tagħhom għax fosthom hemm Kristu, il-Feddej tal-bnedmin kollha u tad-dinja, u dan, minkejja d-diffikultajiet, it-telf ta’ żmien u l-kontradizzjonijiet li jiġu min-natura dgħajfa tal-bniedem, mid-dnub, u mill-Ħażin.

Il-Knisja tħoss li l-Mulej qed jibgħatha biex tkun ‘sinjal u strument tal-għaqda intima ma’ Alla u tal-għaqda tal-bnedmin kollha flimkien bħala familja wahda’. (11)

U minkejja l-ħafna tfixkil li hemm, il-bnedmin jistgħu u għandhom jittamaw, l-Evanġelju ħaj u personali, Ġesù Kristu nnifsu, hu ‘l-bxara t-tajba’ li ġġib il-ferħ magħha, u lilu kuljum tħabbar il-Knisja hija u tagħti xhieda tiegħu quddiem il-ġnus kollha ta’ l-art.

F’din it-tħabbira u f’din ix-xhieda, il-lajċi nsara għandhom il-ħidma proprja tagħhom x’jagħmlu li ma tistax issir minn oħrajn, bihom il-Knisja, sinjal u għajn ta’ tama u ta’ mħabba, tinsab fil-ħafna oqsma tad-dinja.

 

 

KAP I

‘JIENA D-DIELJA, INTOM IL-FRIEGĦI

Id-dinjità tal-Insara lajċi fil-Knisja bħala misteru

IL-MISTERU TAD-DIELJA

  1. Ix–xbieha tad-dielja fil-Kotba Mqaddsa nisbuha f’ħafna suriet u b’tifsir mhux dejjem l-istess, qabel kollox tfisser il-misteru tal-Poplu ta’ Alla. F’din it-tifsira, li tħares biss lejn in-natura intima tal-Knisja, il-lajċi nsara m’humiex biss ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli, imma huma parti mill-istess dielja, skond kliem Kristu, ˝Jiena d-dielja, intom il-friegħi” (Gw 15,5).

Il-profeti, fi żmien il-Patt il-Qadim, jużaw ix-xbieha tad-dielja biex biha jfissru il-poplu magħżul ta’ Alla. Israel hu l-għalqa tad-dwieli tal-Mulej, l-għaxqa ta’ qalbu, “Jiena kont ħawwiltek bħala dielja tajba. ˝ (Ger 2. 21), “Ommok kienet bħal dielja f’qasam dwieli, imxettla ħdejn l-ilma kotran, kienet għammiela u kollha friegħi, minħabba l-ħafna ilma…’(Eż 19,10), ˝il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja għammiela, għażaqha u naddafha miż-żrar, u ħawwel fiha dwieli mill-aħjar…˝ (Is 5, 1-2)

Ġesù, biex ifisser xi aspetti tas-Saltna ta’ Alla, jagħmel użu mis-simbolu tad-dielja, ˝Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli, tella’ ħajt tas-sejjieħ ma dwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri u qabbilha lil xi bdiewa, u siefer f’art oħra. ˝ (Mk 12,1, ara Mt 21, 28s)

San Ġwann l-evanġelista li jistedinna nidħlu aktar fil-fond biex naslu ħa nagħarfu l-misteru tad-dielja, id-dielja m’hijiex biss xbieha u simbolu tal-poplu ta’ Alla imma hija wkoll xbieha u simbolu ta’ Ġesù nnifsu. Hu d-dielja u aħna, id-dixxiplu tiegħu, il-friegħi, hu ˝d-dielja vera˝, u l-friegħi, biex ikollhom il-ħajja, iridu jkunu fiha. (ara Ġw 15,1s)

Il-Konċilju Vatikan II, meta jsemmi l-ħafna xbihat li bihom il-Kotba Mqaddsa jfissru l-misteru tal-Knisja, isemmi wkoll ix-xbieha tad-dielja u tal-friegħi tagħha, ˝Id-dielja vera hu Kristu, li jagħti ħajja lill-friegħi jagħmlu frott, lill-friegħi, jiġfieri lilna, li permezz tal-Knisja, aħna fih u ‘mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn’ (Ġw 15,1-5)˝(12) Għalhekk l-istess Knisja hi l-għalqa tad-dwieli tal-Evanġelju u hi misteru, għaliex il-ħajja u l-imħabba tal-Missier, u ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu huma don mogħti lil dawk kollha li twieldu mill-ilma u l-Ispirtu s-Santu (ara Gw 3,5), dawn huma msejħin biex igħixu l-istess xirka ta’ Alla u juruha u jwassluha b’missjoni, fil-ġrajja tad-dinja, kif qal Ġesù, ˝F’dak il-jum intom tagħarfu li jiena f’Missieri, u intom fiha u jiena fikom’ (Ġw 14,20)

Issa biss mill-fond tal-misteru tal-Knisja, li hu misteru ta’ xirka, tidher

l-“identita’ tal-lajċi nsara u tad-dinjità fondamentali tagħhom, f’din id-dinjità intima tagħhom biss tista’ tiġi mfissra d-dinjità l-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi fid-dinja.

MIN HUMA L-LAJĊI NSARA

  1. L-isqfijiet fis-Sinodu bir-raġun kollu ħassew il-ħtieġa li jfissru u jxandru

x’inhuma l-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi, u biex jilħqu dan il-għan daħlu fil-fond tat-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II fid-dawl tal-aħħar dokument tal-Maġisteru u tal-esperjenza tal-Knisja, immexxija mil-Ispirtu s-Santu (13).

Il-Konċilju, biex iwieġeb għall-mistoqsija, “ Min huma l-lajċi?’, mar aktar ‘il quddiem milli kienu jmorru dari, meta kien jingħad biss min ma humiex il-lajċi, qal min huma l-lajċi, u wera dan meta xandar li l-lajċi huma verament parti mill-Knisja u mill-misteru tagħha u wera x’inhi l-karatteristika partikulari tal-vokazzjoni tagħhom fil-Knisja, jiġifieri li, b’mod speċjali, “skond il-vokazzjoni proprja tagħhom, għandhom ifittxu s-Saltna ta’ Alla billi jaqdu dmirijiethom fid-dinja u jmexxuha skond ir-rieda ta’ Alla’ (14). “Il-kelma ‘lajċi’ – naqraw fil-Kostituzzjoni Lumen Gentium – “huma dawk l-insara li ma għandhomx l-Ordni Sagri u lanqas huma membri ta’ Istituti reliġjużii approvati mill-Knisja, jiġifieri huma dawk li, permezz tal-Magħmudija, saru membri tal-Ġisem ta’ Kristu, u bdew jingħaddu mal-Poplu ta’ Alla, u ġie mogħti lilhom sehem mill-missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profeta u Sultan, biex min-naħa tagħhom jaqdu l-missjoni tal-poplu nisrani kollu fil-Knisja u fid-dinja’(15).

Darba, il-Papa Piju XII kien qal, “L-insara, u aktar u aktar lajċi, huma quddiem nett fil-ħajja tal-Knisja, bihom il-Knisja hi għajn ta’ ħajja għas-soċjeta’, għalhekk, b’mod speċjali, għandhom jagħarfu dejjem aħjar li huma m’humiex biss fil-Knisja, iżda huma l-Knisja, jiġifieri huma komunita’ ta’ nsara fuq l-art, immexxijin mill-Kap ta’ kulħadd, jigifieri mill-Papa, u mill-isqfijiet f’xirka miegħu. Dawn huma l-Knisja…’ (16).

L-insara lajċi, skond ix-xbieha biblika tad-dielja, bħall-membri l-oħra tal-Knisja, huma friegħi fi Kristu, id-dielja vera, bih huma ħajjin u bih jagħmlu frott.

Din l-għaqda permezz tal-fidi u permezz tas-sagramenti tad-dħul fil-ħajja nisranija hi l-għerq ewlieni tal-qagħda tan-nisrani fil-misteru tal-Knisja, misteru li juri x’inhi din il-qagħda intima tan-nisrani, u hu l-pedament li fuqu timbena kull sejħa u kull ħidma tal-ħajja nisranija tal-insara lajċi, kull min hu magħammed isir ‘ħoqien ġdid’ (Gal 5, 15, 2Kor 3,17) fi Kristu l-Mulej, li miet u rxoxta, ħolqien ġdid imsaffi minn kull dnub u mogħti ħajja ġdida bil-grazzja.

Nistgħu biss naslu biex nuru sewwa min huma u x’inhuma l-lajċi nsara jekk naċċettaw l-għana kollu li l-Mulej jagħti f’misteru fil-Maghmudija.

IL-MAGĦMUDIJA U T-‘TIĠDID’ TAL-ĦAJJA NISRANIJA

  1. Ma nkunux nesaġeraw jekk ngħidu li l-ħajja kollha tal-insara lajċi għandu jkollha bħala għan l-għarfien ta’ dak it-tiġdid radikali nisrani li jiġi mill-Magħmudija, li hi sagrament tal-fidi, b’mod li dan l-għarfien iwassal biex wieħed jaqdi dmirijietu skond il-vokazzjoni li tiġi minn Alla. Nuru x’inhuma u min huma l-insara lajċi jekk inqisu espliċitament u direttament dawn it-tliet aspetti fondamentali, Il-Magħmudija tagħtina twelid ġdid għall-ħajja ta’ wlied Alla, tgħaqqadna ma’ Kristu u mal-Ġisem tiegħu li hu l-Knisja, tikkonsagrana fl-Ispirtu s-Santu u tagħmilna tempju tiegħu.

Ulied fl-Iben

  1. Ħa niftakru fi kliem Ġesù lil Nikodemnu, “Tassew, tassew ngħidlek, li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ilma u l-ispirtu, ma jistax jidħol fis-saltna ta’ Alla˝ (Ġw 3,5). Il-Magħmudija mela hi twelid ġdid, tnissil ġdid.

Dan l-aspett tad-don tal-Magħmudija San Pietru fakkru huwa u jlissen il-kantiku, “Ikun imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li fil-ħniena kbira tiegħu wellidna mill-ġdid għal tama ħajja bil-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet u għal wirt, li la jitħassar, la jittebba’ u lanqas jinxef, dan il-wirt hu merfugħ għalikom fis-sema’ (1 Piet 1, 3-4). L-Appostlu San Pietru jqis l-insara bħala dawk ˝li ma twildux mill-ġdid min-nisel li jitħassar, imma min-nisel li ma jitħassarx, bis-saħħa tal-kelma ta’ Alla li tgħix u tibqa’ għal dejjem. ’ (1 Piet 1, 23).

Bil-Magħmudija nsiru wlied Alla f’Ibnu l-Waħdieni Ġesù Kristu. Malli kull nisrani joħroġ mill-fonti tal-ilma tal-Magħmudija, jisma’ dak il-leħen li nstema’ darba f’xatt ix-xmara Ġordan, ˝Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi’ (Lq 3,22), u jifhem li ġie msieħeb ma’ l-Iben l-għażiż ta’ Alla u sar iben adottiv (ara Gal 4, 4-7) u ħu Kristu. B’dan il-mod il-ħsieb ta’ dejjem ta’ Alla jseħħ fil-ġrajja ta’ kull wieħed u waħda minna, “Lil dawk li hu għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll biex jieħdu s-sura fuq ix-xbieha ta’ Ibnu ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa’ (Rum 8,29). L-Ispirtu s-Santu jagħmel l-imgħammdin ulied Alla u fl-istess ħin membri tal-Ġisem ta’ Kristu. San Pawl ifakkar din il-verita’ lill-Korintin meta jikteb,“Ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed˝(1Kor12, 13), għalhekk seta’ jgħid lill-insara lajċi, Intom il-ġisem ta’ Kristu u kull wieħed minnkom biċċa minnu˝(1 Kor12,27), ˝għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna’ (Gal 4,6, Rum 8, 15-16).

Aħna ġisem wieħed fi Kristu

  1. L-imgħammdin għalhekk, għax imnisslin bħala ˝ulied fl-iben˝ għandhom rabta liema bħalha bejniethom bħala ˝membri ta’ Kristu u tal-Ġisem tal-Knisja, kif igħallem il-Konċilu ta’ Firenze (17). Il-Magħmudija tfisser u ġġib għaqda, mistika u reali fl-istess ħin, mal-ġisem imsalleb u rxoxtat ta’ Ġesù. Bis-sagrament tal-Magħmudija Ġesù jorbot mal-mewt tiegħu l-imgħammed biex jobtu mbagħad mal-qawmien tiegħu mill-imwiet (ara Rum 6,3-5), ineżżegħu l-˝bniedem il-qadim˝ u jlibbsu l-˝bnidem il-ġdid˝, jiġifieri lilu nnifsu, ˝Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu ‘l Kristu˝, igħid San Pawl ċar u tond (Gal 13,27, ara Ef 4, 22-24, Kol 3, 9-10). Għalhekk ˝aħna ġisem wieħed fi Kristu u kull wieħed minna membru ta’ l-ieħor˝ (Rum 12,5).

F’dan il-kliem ta’ San Pawl insibu l-istess tagħlim ta’ Kristu li ħabbar ir-rabta mistika tad-dixxipli miegħu u bejnithom u wrieha bħala xbieha u estensjoni tar-rabta li hemm bejn il-Missier u l-Iben u l-Iben u l-Missier fl-Imħabba, l-Ispirtu s-Santu (ara Ġw 17,21). Hi l-istess rabta li dwarha Kristu tkellem fil-parabbola tad-dielja u l-friegħi tagħha, ˝Jiena d-dielja, intom il-friegħi˝ (Ġw 15,5), xbieha li mhux biss turi r-rabta intima tad-dixxipli ma’ Ġesu, imma tfisser ukoll ix-xirka vitali tad-dixxipli bejniethom, ilkoll friegħi ta’ dielja waħda.

Tempji qaddisa u ħajja tal-Ispirtu s-Santu

  1. Bi xbieha oħra, dik ta’ bini, l-Appostlu San Pietru, isejjaħ lill-imgħammdin ‘ġebel ħaj’, biex fi Kristu, ‘il-ġebla tax-xewka’, jinbnew f’ ‘dar spiritwali’ (1Piet. 2,5). Din ix-xbieha turina aspett ieħor tat-tiġdid tal-Magħmudija, imfisser b’dan il-mod mill-Konċilju Vatikan II, “L-Imgħammdin, bi twelid ġdid u l-‘unzjoni’ tal-Ispirtu s-Santu, jiġu konsagrati f’dar spirtwali”(18).

L-Ispirtu s-Santu ‘jidlek’ l-imgħammed u jimmarkah bil-karattru tiegħu li ma jitħassar qatt (ara 2 Kor. 1 21-22) u jagħmlu tempju spiritwali, jiġifieri jimlieh bil-preżenza qaddisa ta’ Alla permezz ta’ l-għaqda u x-xebh ma’ Ġesù Kristu.

B’din id-‘dilka’ spiritwali n-nisrani b’xi mod jista’ jtenni kliem Ġesù, “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għax hu kkonsagrani biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, inrodd il-ħelsien lill-maħqurin, u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej” (Lq 4, 18-19, ara Is-61,1-2). B’hekk l-imgħammed, bil-Magħmudija, jissieħeb fil-missjoni ta’ Ġesù Kristu, il-Messija-Salvatur.

IMSEĦBIN FIL-MISSJONI TA’ KRISTU, SAĊERDOT, PROFETA U SULTAN

  1. L-Appostlu San Pietru jkellem lill-imgħammdin, ‘bħal trabi tat-twelid”, b’dan il-mod, ‘Ersqu lejh, li hu dik il-ġebla ħajja li kienet imwarrba mill-benejja, imma magħżula minn Alla bħala ġebla għażiża, u intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f’dar spiritwali, saċerdozju qaddis biex toffru sagrifiċċji spiritwali, li jogħġbu lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu… intom ġesn maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, popli li Alla kiseb għalih, biex ixxandru l-glorja ta’ dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu ta’ l-għaġeb…” (1Piet 2, 4-5. 9)

Dan hu aspett ġdid tal-grazzja u tad-dinjità tal-Magħmudija, il-lajċi nsara, min-naħa tagħhom, jiksbu sehem mill-missjoni ta’ Kristu bħala Saċerdot, Profeta u Sultan. Dan l-aspett qatt ma kien minsi mit-tradizzjoni ħajja tal-Knisja. Dan jidher ċar, biex inġibu eżempju, mill-kliem li jgħid Santu Wistin huwa u jfisser is-Salm 26, ˝David ġie midluk sultan. F’dak iż-żmien kienu jindilku biss saċerdoti u slaten, dawn biss kienu jindilku f’dak iz-zmien. F’dawn iż-żewġ persuni hu mħabbar dak li kellu jkun saċerdot u sultan fl-istess waqt, Kristu waħdu kien se jkollu dawn iż-żewġ dmirijiet (“Kristu˝ jiġifieri “midluk˝, mill-kelma ‘chrisma’ jiġifieri ‘dilka’).

Mħux biss il-kap tagħna ġie midluk, imma ġie midluk il-ġisem tiegħu wkoll, jiġifieri aħna… Għalhekk l-insara kollha għandhom id-‘dilka’, l-unzjoni, fi żmien il-Patt il-Qadim kellhom din l-unzjoni żewġ persuni biss, is-saċerdoti u s-slaten. Minn dan jidher ċar li aħna Ġisem Kristu, għax ilkoll għandna l-unzjoni, aħna lkoll fi Kristu aħna ‘Kristijiet’, għaliex b’xi mod, kemm ir-ras u kemm il-ġisem jagħmlu ‘l Kristu sħiħ’ (19).

Fil-bidu tal-ministeru pastorali tiegħi, fid-dawl tal-Konċilju Vatikan II (20), faħħart u għollejt din id-dinjità saċerdotali, profetika u rjali tal-poplu kollu ta’ Alla, “Dak li twieled mill-Verġni Marija, iben il-mastrudaxxa, kif kienu jaħsbu n-nies, Iben Alla l-Ħaj, kif stqarr San Pietru, ġie biex jagħmel lilna lkoll ‘saltna tal-qassisin’. Il-Konċilju Vatikan II fakkarna fil-misteru ta’ din is-setgħa u fakkarna wkoll li l-missjoni ta’ Kristu, Qassis, Profeta u Sultan għadha sejra fil-Knisja. Il-Poplu kollu ta’ Alla għandu sehem f’din il-missjoni saċerdotali, profetika u rjali’(21).

Permezz ta’ din l-esortazzjoni l-lajċi nsara huma mistednin jerġgħu jaqraw, jimmeditaw u jagħmlu tagħhom għal kollox, bil-għaqal kollu u bl-imħbba, it-tagħlim tal-Konċilju, bl-għana kollu tiegħu, dwar is-sehem tagħhom fil-missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profeta u Sultan (22). Nagħti fil-qasir il-punti ewlenin ta’ dan it-tagħlim.

Il-lajċi nsara għandhom sehem fil-missjoni saċerdotali ta’ Kristu, bħala qassis Kristu offra lilu nnifsu fuq is-salib għall-glorja tal-Missier u għas-salavazzjoni tal-bnedmin kollha, u joffri bla heda lilu nnifsu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija mqaddsa. L-imgħammdin, bħala membri ta’ Kristu l-Mulej, jingħaqdu miegħu u mas-sagrifiċċju tiegħu, huma u joffru lilhom infushom u egħmilhom kollu (ara Rum 12, 1-2). Dan igħidu l-Konċilju huwa u jitkellem dwar il-lajċi nsara, “Kull egħmil tagħhom, it-talb u l-inizjattivi tagħhom ta’ appostolat, il-ħajja taż-żwieġ u tal-familja, ix-xogħol ta’ kuljum, il-mistrieħ tal-moħħ u tal-ġisem, jekk isiru fl-Ispirtu, u l-istess tiġrib tal-ħajja jekk milqugħ bis-sabar, isiru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu lil Alla b’Ġesù Kristu (ara 1Piet 2,5), dawn jiġu, bit-tjieba kollha, offerti lil Alla, flimkien mal-offrerta tal-Ġisem ta’ Kristu, fiċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija. B’hekk il-lajċi, huma u jaduraw lil Alla u jagħmlu kullimkien egħmil qaddis, ikunu jikkonsagraw id-dinja lil Alla’ (23)

Barra dan, huma u jissieħbu fil-missjoni profetika ta’ Kristu, li “bix-xhieda ta’ ħajtu u bil-qawwa ta’ kelmtu xandar is-saltna tal-Missier˝ (24), il-lajċi nsara jiksbu l-ħila u jintrabtu bid-dmir li jilqgħu l-Evanġelju bil-fidi u jħabbruh bil-kliem u bl-egħmil, u bla biża’ ta’ xejn u bil-qawwa kollha, juru fejn hu l-ħażen tad-dinja. Il-lajċi nsara, imseħbin ma’ Kristu, “il-profeta kbir’ (Lq 7, 16), u “xhieda’ fl-Ispirtu ta’ Kristu rxoxt, ikollhom sehem mis-sens tal-fidi sopranaturali tal-Knisja, li “ma tistax titqarraq f’dak li temmen˝ (25) u sehem ukoll mill-grazzja tal-kelma (Atti 2, 17-18, Apok 19,10). Huma msejħin ukoll biex iħallu jiddi fil-ħajja tagħhom ta’ kull jum, fil-familja u fis-soċjeta’, it-tiġdid u l-qawwa tal-Evanġelju, u fl-istess ħin, bis-sabar u b’qalb kbira, fost il-kontradizzjonijiet ta’ dan iż-żmien, juru t-tama tagħhom fil-glorja ta’ dejjem, “ukoll permezz tal-istrutturi tal-ħajja tad-dinja’ (26).

L-insara lajċi, għaliex huma kollhom kemm huma ta’ Kristu, Sid u Sultan tal-ħolqien kollu, għandhom sehem ukoll mill-missjoni rjali tiegħu u huma msejħin minnu biex jaqdu s-Saltna ta’ Alla u jxandruha fil-ġrajja kollha tal-bniedem. Huma jgħixu din ir-“regalita˝ nisranija l-aktar fit-taqbida spiritwali tagħhom ħalli fihom infushom jirbħu u jegħelbu d-dnub (Rum 6,12), biex imbagħad joffru lilhom infushom għall-qadi, bl-imħabba u l-ġustizzja, ta’ Kristu nnifsu, li jinsab dejjem fl-aħwa kollha u l-aktar f’dawk li huma tassew imċekknin u msejknin (ara Mt 25,40)

Iżda l-lajċi nsara huma msejħin b’mod speċjali biex iġeddu l-ħolqien kollu għall-valur li kellu fil-bidu. Meta jkunu jwasslu l-ħolqien kollu ħa jkun ta’ ġid tassew għall-bniedem, ikollhom l-għajnuna tal-qawwa li tiġi mill-ħajja tal-grazzja, u jkollhom sehem mis-setgħa li biha Kristu xroxt jiġbed kollox lejh u jqiegħdu taħt is-setgħa tal-Missier, biex Alla jkun kollox f’kollox (ara Ġw 12,32, 1Kor 15,28), setgħa li mhux biss ikollhom sehem fiha imma jħaddmuha wkoll.

Il-bidu ta’ dan it-tisħib tal-lajċi nsara fil-missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profeta u Sultan, jinsab fl-unżjoni tal-Magħmudija, jiġi aktar ‘l quddiem bil-Konfermazzjoni (bil-Griżma), u jseħħ għal kollox fl-Ewkaristija, li minnha jikseb il-qawwa ħa jkompli jseħħ. Dan it-tisħib jingħata lil kull nisrani lajk individwalment, iżda bħala wieħed mill-ħafna li jagħmlu l-Ġisem wieħed ta’ Kristu. Dan għaliex Kristu jimla l-Knisja bid-doni tiegħu għaliex hi l-Ġisem tiegħu, u l-Għarusa tiegħu. B’hekk kull wieħed għandu sehem mill-missjoni ta’ Kristu Saċerdot, Profeta u Sultan, għaliex hu membru tal-Knisja, dan San Pietru jgħidu b’mod ċar meta igħid li l-Imgħammdin huma “ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, poplu li Alla kiseb għalih˝(1Piet 2,9). Iżda għaliex is-sehem tal-lajċi nsara fil-missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profeta u Sultan tiġi mix-xirka tal-Knisja, jeħtieġ li l-insara jgħixu sehemhom u jħaddmuh f’xirka mal-Knisja u biex ikabbru wkoll din ix-xirka tal-Knisja. . Dwar dan, Santu Wistin jikteb sewwa ħafna, “Kif insejħu ‘kristu’ lil kulħadd għax kulħadd għandu d-dlik bil-‘chrisma’, hekk insejħu lil kulħadd qassis għaliex ilkoll membri ta’ Qassis wieħed, Kristu’(27).

IL-LAJĊI NSARA U L-KARATTRU SEKULARI TAGĦHOM

15 It-tiġdid nisrani tal-ħajja hu l-pedament u r-raġuni għaliex l-imgħammdin kollha fi Kristu, il-membri kollha tal-Poplu ta’ Alla huma ndaqs, “Bħala membri għandhom l-istess dinjità għax ikoll imnisslin fi Kristu, għandhom l-istess grazzja ta’ wlied, l-istess sejħa għall-perfezzjoni, l-istess salvazzjoni, l-istess tama u l-istess imħabba sħiħa˝. (28). Minħabba din id-dinjità li ġejja mill-Magħmudija, l-insara lajċi huma responsabbli flimkien mal-ministri ordinati, u mar-reliġjuzi rġiel u n-nisa, tal-missjoni tal-Knisja.

Iżda d-dinjità li għandhom l-insara kollha mill-Magħmudija, fil-lajċi nsara għandha sura ta’ ħajja li tagħżilhom, iżda ma tifridhomx, mis-saċerdoti u mir-reliġjużi rġiel u nisa. Il-Konċilju Vatikan II igħallem li din is-sura partikulari ġejja mill-karattru sekulari tal-lajċi, “il-karattru sekulari hu l-karattru proprju u partikulari tal-lajċi˝. (29).

Jekk irridu nagħarfu sewwa din il-kondizzjoni tal-lajċi nsara, jeħtieġ naraw sewwa u nifhmu aktar fil-fond, teoloġikament, il-karattru sekulari tal-lajċi fid-dawl tal-pjan ta’ Alla għas-salvazzjoni tal-bniedem u fl-istess misteru tal-Knisja.

Nixtieq infakkar li l-Papa Pawlu VI qal li l-Knisja “għandha vera dimensjoni sekulari, li hi parti min-natura intima u mill-missjoni tagħha, għandha l-egħruq tagħha fil-fond tal-misteru tal-Verb magħmul bniedem, u sseħħ f’aktar minn sura waħda permezz tal-membri tagħha’(30). Dan għaliex il-Knisja tinsab fid-dinja għalkemm m’hijiex tad-dinja (ara Ġw 17, 16) u tinbagħat biex tkompli l-ħidma tas-salvazzjoni ta’ Ġesù Kristu, ħidma li “min-natura tagħha hi għas-salvazzjoni tal-bniedem, imma ġġib ukoll it-tiġdid tal-ordni temporali kollu kemm hu’(31).

Hi ħaġa zgura li l-membri kollha tal-Knisja għandhom sehem f’din id-dimensjoni sekulari tal-Knisja, għalkemm mhux kulħadd bl-istess mod. Is-sehem tal-lajċi nsara f’din id-dimensjoni sekulari tal-Knisja għandu l-mod proprju tiegħu kif iseħħ u jitwettaq, mod li, bi kliem il-Konċilju, hu l-mod proprju u speċjali tal-lajċi, u jiġi mfisser bil-frażi, “karattru sekulari’. (32)

Il-Konċilju, huwa u jfisser x’inhu l-karattru sekulari tal-lajċi nsara, igħid li d-dinja hi qabel xejn il-post fejn Alla qed isejħilhom b’mod speċjali, “Hemm qed isejħilhom Alla’(33). Dan il-post il-Konċilju qed jurih bi kliem li hu kliem ta’ ħidma, l-insara lajċi “jgħixu fid-dinja, jiġifieri impenjati fl-uffiċċji u l-professjonijiet kollha u f’kull professjoni u f’kull uffiċċju tad-dinja, fil-kondizzjonijiet kollha tal-ħajja fil-familja u s-soċjeta’, kondizzjonijiet li bihom hi minsuġa l-eżistenza kollha tagħhom fid-dinja’(34).

Huma għalhekk nies li qed igħixu fid-dinja l-ħajja tal-kotra l-kbira tal-bnedmin, jistudjaw, jaħdmu, u jfittxu relazzjonijiet ta’ ħbiberija, ta’ professjoni, ta’ kultura, ta’ ħajja soċjali, u l-bqija. Il-Konċilju jqis din il-qagħda mhux biss bħala xi ħaġa li tolqot il-bniedem minn barra, fl-ambjent li fih qiegħed igħix, imma jqjisha wkoll bħala qagħda li tikseb fi Kristu l-milja kollha tagħha. (35). Dan ukoll iwettqu l-Konċilju, ˝Il-Verb ta’ Alla, magħmul bniedem, ried li jkollu sehem mill-ħajja tal-bniedem fid-dinja…. Qaddes ir-rabtiet kollha tal-bniedem, ibda mir-rabtiet tal-familja, rabtiet li minnhom joħorġu r-relazzjonijiet soċjali kollha, u dan għamlu billi qagħad minn rajh għal-liġijiet ta’ pajjiżu. Ried igħix il-ħajja proprja ta’ ħaddiem ta’ żmienu f’pajjiżu. ’(36)

Id-“dinja’ għalhekk issir il-post fejn il-lajċi nsara jaqdu l-missjoni tagħhom, u ssir ukoll il-mezz għal dan il-għan, dan għaliex id-dinja nħalqet għall-glorja ta’ Alla fi’ Kristu. Il-Konċilju għalhekk, b’mod l-aktar ċar, seta’ juri x’inhi t-tifsira proprja u partikulari tas-sejħa li Alla jagħmel lil-lajċi insara. Dawn Alla ma jsejħilhomx biex iħallu d-dinja fejn igħixu, il-Magħmudija bl-ebda mod ma tifridhom mid-dinja, kif jgħallem sewwa San Pawl, “Ħalli jibqa’ kulħadd fil-preżenza ta’ Alla, kif kien meta kien imsejjah”(1Kor 7. 24) imma l-Magħmudija tagħmlilhom sejħa li taqbel għal kollox mal-qagħda tagħhom fid-dinja, huma jissejħu biex, waqt li jkunu jaqdu d-dmir proprju tagħhom, mqanalin mill-ispirtu tal-Evanġelju, jagħtu wkoll sehemhom biex bħall-ħmira jqaddsu d-dinja minn ġewwa fiha stess, l-ewwelnett billi jxandru ‘l Kristu lill-oħrajn bix-xhieda ta’ ħajja li tiddi bil-fidi, it-tama u l-imħabba tagħhom˝(37)

B’dan il-mod il-ħajja u l-ħidma tal-lajċi nsara fid-dinja ma tkunx biss fatt antropoloġiku u soċjali, imma wkoll fatt speċifikament teoloġiku u ekklesjali. Bil-qagħda proprja tal-lajċi fid-dinja, il-Mulej juri x’inhu l-pjan tiegħu u jgħidilhom x’inhi s-sejħa proprja tagħhom jiġifieri li, “huma u jaqdu dmirjiethom fid-dinja u jmexxuhom skond il-pjan ta’ Alla, ifittxu s-Saltna ta’ Alla’(38).

L-Isqfijiet fis-Sinodu kellhom din il-fehma, tant li qalu, “il-karattru sekulari tal-lajċi nsara, ma għandux ikollu biss tifsir soċjoloġiku, imma għandu jkollu wkoll, u fuq kollox, tifsir teoloġiku. Il-kelma “sekulari˝ għandna nifmuha fid-dawl tal-ħolqien u tal-fidwa, Alla ried jafda id-dinja lill-bnedmin, irġiel u nisa, biex jissieħbu fil-ħidma tal-ħolqien, jeħilsu l-ħolqien mit-tiġrib tad-dnub, iqaddsu lilhom infushom fiż-żwieġ jew f’ħajja ta’ nies mhux miżżewġin, fil-familja, fil-professjoni, u fil-ħafna attivitajiet tas-soċjeta’(39).

Il-qagħda tal-lajċi nsara fil-Knisja, għandha t-tifsira fondamentali tagħha fit-tiġdid nisrani u tingħaraf mill-karattru sekulari tagħha (40).

Ix-xbihat evenġeliċi tal-melħ, tad-dawl, tal-ħmira, għalkemm igħoddu xorta waħda għad-dixxipli kollha tal-Mulej, b’mod speċifiku jgħoddu għal-lajċi nsara. Huma xbihat li jfissru ħafna, ifissru mhux biss l-impenn u tisħib sħiħ tal-lajċi nsara fil-ħajja kollha tad-dinja, fuq din l-art, u fi ħdan is-soċjeta’ kollha ta’ bnedmin, imma wkoll, u fuq kollox juru l-karattru waħdieni ta’ dan l-impenn ġdid u ta’ dan it-tisħib, li bħala għan għandhom ix-xandir tal-Evanġelju għas-salvazzjoni tad-dinja.

IMSEJĦIN GĦALL-QDUSIJA

16 Nagħarfu x’inhi d-dinjità tal-lajċi nsara, b’mod l-aktar sħiħ, jekk inqisu sewwa x’inhi s-sejħa fondamentali u ewlenija li l-Missier fi Kristu bl-Ispirtu s-Santu jagħmel lil kull wieħed u waħda minnhom, sejħa għall-qdusija, għall-imħabba perfetta. Il-qdusija hija l-aqwa xhieda tad-dinjità mogħtija lid-dixxipli ta’ Kristu.

Kliem il-Konċilju Vatikan II dwar is-sejħa ta’ kulħadd għall-qdusija jiddi b’mod tassew tal-għaġeb. Nistgħu ngħidu li l-qdusija ġiet fdata lil ulied kollha tal-Knisja bħala l-karatteristika proprja u singulari tagħhom mill-Konċilju Vatikan II, li ġie msejjaħ biex il-ħajja nisranija tiġġedded skond l-Evanġelju (41). Din is-sjeħa għall-qdusija m’hijiex biss xi eżortazzjoni morali ordinarja, imma hi ħtieġa ta’ malajr li ma tistax tiġi bl-ebda mod imwarrba għax ħierġa mill-istess misteru tal-Knisja, il-Knisja hi d-dielja magħżula u l-friegħi tagħha jgħixu u jikbru bil-qawwa qaddisa li tqaddes, ġejja minn Kristu, hi l-Ġisem mistiku, u l-membri ta’ dan il-Ġisem għandhom sehem mill-istess ħajja ta’ qdusija tar-Ras li hu Kristu, hi l-Għarusa maħbuba mill-Mulej Ġesù li ta lilu nnifsu biex iqaddisha (ara Ef 5,25s). L-Ispirtu s-Santu li qaddes n-natura umana ta’ Kristu fil-ġuf tal-Verġni Marija (ara Lq 1,35) hu dak li jgħammar fil-Knisja u jaħdem fiha biex iwasslilha l-qdusija tal-Iben ta’ Alla magħmul bniedem.

Jeħtieġ ħafna llum, wisq aktar mill-imgħoddi, li l-insara kollha darba għal dejjem jibdew mexjin fit-triq tal-Evanġelju u jilqgħu b’qalb kbira l-eżortazzjoni ta’ l-Appostlu li “jkunu qaddisin fl-imġiba kollha tagħhom˝(ara 1 Piet 1,15). Is-Sinodu straodinarju li ltaqa’ fl-1985, għoxrin sena wara l-Konċilju, insista f’waqtu dwar din il-ħtieġa ta’ malajr, “Għax il-Knisja hi misteru fi Kristu, trid titqies bħala sinja u strument ta’ qdusija… Fiċ-ċirkostanzi kollha iebsin tal-ġrajja twila tal-Knisja, il-qaddisin irġiel u nisa kienu dejjem għajn u bidu ta’ tiġdid. Illum hemm ħtieġa kbira ta’ qaddisin u bla heda għandna nitolbu ‘l Alla ha jagħtihomlna’(42).

Kulħadd fil-Knisja, u proprju għax kulħadd hu membru tagħha, għandu sejħa għall-qdusija – sejħa li hi ta’ kulħadd, u kulħadd għandu sehem f’din is-sejħa. Bir-raġun kollu, il-lajċi nsara huma wkoll imsejħin għall-qdusija, daqskemm huma msejħin il-membri l-oħra tal-Knisja, “Hija ħaġa ċara għal kulħadd li l-insara kollha, hu x’inhu l-grad, hi x’inhi l-qagħda tagħhom, huma msejħin għall-milja tal-ħajja nisranija u għall-perfezzjoni ta’ l-imħabba’(43). Għalhekk l-insara kollha huma mistednin u mistennija jiksbu l-qdusija u l-perfezzjoni proprja tal-qagħda tagħhom fid-dinja’. (44)

Is-sejħa għall-qdusija tal-lajċi għandha l-egħruq tagħha fil-Magħmudija, u din is-sejħa tibqa’ ssir mis-Sagramenti l-oħra, u l-aktar mill-Ewkaristija mqaddsa, l-insara li libsu ‘l Kristu u xrobu mill-Ispiru tiegħu huma “qaddisin’, u għalhekk imħejjijin għall-qdusija u marbutin li jiksbuha, għaliex hi f’dak li huma u tidher f’dak li jagħmlu. L-Appostlu San Pawl bla heda iwissi lill-insara biex igħixu “kif jixraq lill-qaddisin’(Ef 5,3)

Il-ħajja skond l-Ispirtu, li frott tagħha hi l-qdusija (ara Rum 6,22, Gal 5,22), tħajjar l-imgħammdin kollha u lil kull wieħed, u trid minnhom, li jimxu wara Kristu u jkunu jixbħuh billi jħaddnu l-beatitudni, jisimgħu u jimmeditaw il-kelma ta’ Alla, jieħdu sehem b’mod ħaj u attiv fil-ħajja liturġika u sagramentali tal-Knisja, jitol,bu kemm individwalment u kemm fi ħdan il-familja u l-komunita’, ifittxu li jkollhom ġuħ u għatx tal-ġustizzja, iħarsu l-kmandament ta’ l-imħabba fiċ-ċirkostanzi kollha tal-ħajja u jaqdu lil aħwa u l-aktar lit-tfal foqra u lill-batuti.

Ħajja Qaddisa fid-dinja

17      Is-sejħa għall-qdusija tal-lajċi nsara titlob li l-ħajja skond l-Ispirtu trid turi ruħha b’mod speċjali, huma u jimpenjaw ruħhom fil-ħwejjeġ tad-dinja u jissieħbu fl-attivitajiet ta’ din l-art. Mill-ġdid l-appostlu jerġa’ jwissi, “Kull ma tagħmlu jew tgħidu, agħmlu kollox f’isem il-Mulej Ġesù u roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu˝ (Kol 3, 17). U l-Konċilju huwa u jadatta kliem l-Appostlu għal-lajċi nsara, itenni bis-severita’ kollha, “La l-ħsibijiet tal-familja u lanqas il-ħwejjeġ ta’ din id-dinja ma għandhom jitħallew barra minn program ta’ħajja spiritwali’(45). U l-Isqfijiet fis-Sinodu żiedu jgħidu, “L-għaqda fil-ħajja tal-insara lajċi għandha importanza kbira, huma jridu jqaddsu l-ħajja professjonali u soċjali tagħhom ta’ kull jum. Għalhekk biex iwieġbu għas-sejħa tagħhom, l-insara lajċi għandhom iħarsu lejn il-ħidma tagħhom ta’ kull jum bħala okkażżjoni ħa jingħaqdu ma’ Alla u jagħmlu dak li jrid Hu, waqt li jaqdu l-bnedmin l-oħra u jwassluhom għall-għaqda ma’ Alla fi Kristu’ (46).

Jeħtieġ li l-lajċi nsrara jgħarfu u jgħixu l-vokazzjoni tagħhom għall-qdusija l-ewwelnett bħala dmir li ma jistgħux jiċħdu u li jitlob ħafna minnhom, u mbagħad bħala sinjal jiddi ta’dik l-imħabba bla qjies li biha l-Missier nissilhom għall-ħajja tiegħu ta’ qdusija. Hekk din il-vokakzzjoni tibda titqies bħala parti essenzjali u inseparabbli tal-ħajja ġdida tal-Magħmudija, u għalhekk element li jagħtihom id-dinjità tagħhom. Is-sejħa għall-qdusija hi wkoll marbuta għal kollox mal-missjoni u mad-dmir li l-insara lajċi jridu jaqdu bir-responsabbilita’ tagħhom kollha fil-Knisja u fid-dinja. L-istess qdusija li qed igħixu u li tiġihom mis-sehem tagħhom fil-ħajja ta’ qdusija tal-Knisja hi l-ewwel sehem u s-sehem ewlieni li huma jkunu jagħtu għall-bini tal-Knisja bħala “xirka tal-Qaddisin’. Dan iqiegħed quddiem l-għajnejn tal-fidi tagħna dehra tal-għaġeb fejn naraw tant u tant lajċi nsara, rġiel u nisa, li fil-ħajja u ħidma tagħhom ta’kull jum, mingħajr ħadd ma jagħti każhom jew ma jistmahom xejn – għalkemm Alla iħares lejhom b’imħabba vera – dejjem sejrin, jaħdmu fl-għalqa tl-Mulej, ħaddiema umli, imma, bil-qawwa tal-grazzja ta’ Alla, żgur bennejja kbar tal-kobor tas-Saltna ta’ Alla fil-ġrajja tal-bniedem.

Imbagħad jeħtieġ ngħidu li l-qdusja hi presuppost fondamentali u kundizzjoni li ma jistax ikun hemm oħra f’lokha biex isseħħ il-missjoni tal-Knisja għas-salvazzjoni. Il-qdusija tal-Knisja hi l-għajn moħbija u l-qjies eżatt li ma jkun żbaljat qatt, tal-ħidma tal-appostolat u tal-isforz missjunarju tagħha. Skond dan il-qjies biss, il-Knisja, l-Għarusa ta’ Kristu, li tinħabb minnu u tħobbu, issir, fl-Ispirtu, Omm ta’ kotra ta’ wlied.

Jekk nerġgħu mmorru għall-parabbola tal-Evanġelju, naraw li l-friegħi jikbru u jagħmlu l-frott għaliex huma fid-dielja. ˝Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija. Jiena d-dielja, intom il-friegħi, min jibqa’ fija u jiena fih dan jagħmel ħafna frott, għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. ˝( Gw 14, 4-5).

Jaqbel li hawn infakkar kemm lajċi nsara, irġiel u nisa, tul ix-xahar tas-Sinodu, ġew beatifikati jew kanonizzati f’għadd ta’ ċelebrazzjonijiet solenni. Il-Poplu kollu ta’ Alla, u l-aktar il-lajċi nsara, għandhom issa eżempji ġodda ta’ qdusija, u xhieda ġodda ta’ virtujiet erojċi min-nies li għexu l-istess ħajja ta’ kull jum li jgħixu l-kotra l-kbira tan-nies. Dan għarfuh l-Isqfijiet tas-Sinodu, “Il-Knejjes lokali, speċjalment il-knejjes żgħażagħ, għandhom jaraw jekk fost il-membri tagħhom kienx hemm nisa u rġiel li, jgħixu l-ħajja li jgħixu l-kotra tan-nies fil-ħajja fid-dinja u fiż-żwieġ, taw xhieda ta’ qdusija u jistgħu jkunu ta’ eżempju għall-oħrajn, ħalli jekk ikun il-każ, jiġu proposti għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni’(47).

Fi tmiem dawn il-ħsibijiet dwar x’inhi l-qagħda ekklesjali tal-lajċi nsara, nixtieq infakkar it-twissija magħrufa tal-Papa San Ljun il-Kbir, “Agħraf, o nisriani id-dinjità tieghek!’(48). Bi kliem bħal dan San Massimu, isqof ta’ Torin, kien iwissi ‘l dawk li kienu jkunu rċevew il-Magħmudija, “Qisu x’ġieħ ksibtu b’dan il-misteru!’(49). L-imgħammdin kollha huma mistednin jaħsbu fuq din il-kliem ta’ Santu Wistin, “Nifirħu u nroddu ħajr, ma sirniex biss insara, imma sirna Kristu… Stagħġbu, ifiħu, sirtu Kristu!(50).

Id-dinjità nisranija, li hi r-raġuni għaliex l-membri kollha tal-Knisja huma ndaqs, isaħħaħ u ġġib ‘il quddiem l-ispirtu tax-xirka u tal-imħabba bejn l-aħwa, u fl-istess ħin hi l-qawwa moħbija li timbotta għall-ħidma appostolika u missjunarja tal-lajċi nsara. Hi dinjità li titlob ħafna, hi d-dinjità tal-ħaddiema li l-Mulej isejjaħ biex imorru jaħdmu fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Naqraw fil-Konċilju, “Il-lajċi kollha għandhom id-dmir għoli li jaħdmu ħalli l-pjan ta’ Alla għas-salvazzjoni dejjem aktar jilħaq il-bnedmin kollha ta’ kull zmien u ta’ kullimkien. (51).

 

KAP II

FRIEGĦI F’DIELJA WAĦDA

Il-partiċipazzjoni tal-lajċi nsara fil-ħajja tal-Knisja – xirka

IL-MISTERU TAL-KNISJA XIRKA

  1. Nerġgħu għall-kliem ta’ Ġesù “Jiena d-dielja u Missieri l-bidwi… Ibqgħu fija u jien nibqa fikom’(Ġw 15,1-4)

F’dan il-kliem sempliċi naraw dak il-misteru tax-xirka li biha l-Mulej u d-dixxipli tiegħu, Kristu u l-imgħammdin kollha, jingħaqdu ħaġa waħda bejniethom f’xirka ħajja li tagħti, li bil-qawwa tagħha l-insara ma jibqgħux aktar tagħhom infushom, imma jsiru ta’ Kristu, qishom friegħi f’dielja.

Ix-xirka tal-insara ma’ Kristu, għandha bħala xbieha tagħha, bħala bidu u għan tagħha, dik ix-xirka li l-Iben innifsu fl-għoti tal-Ispirtu s-Santu, għandu mal-Missier, l-insara għalhekk, meta jingħaqdu ma’ l-Iben fir-rabta tal-imħabba tal-Ispirtu s-Santu jingħaqdu wkoll mal-Missier.

Ġesù jkompli jgħid, “Jiena d-dielja, intom il-friegħi’ (Ġw 15,5). Minn din ix-xirka tal-insara ma’ Kristu tiġi ix-xirka tal-insara bejniethom, għaliex huma kollha friegħi ta’ Dielja waħda, Kristu.

F’din ix-xirka tal-aħwa, l-Mulej Ġesù jurina xbieha ta’ l-għaġeb tal-ħajja intima ta’ mħabba tal-Missier, u ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu u jurina ukoll il-parteċipazzjoni misterjuża tagħna fiha, f’din il-ħajja intimma. Għal din ix-xirka talab Kristu, ˝Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda, kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina biex hekk id-dinja temmen li inti bgħatni’(Ġw17. 21).

Din ix-xirka hi l-misteru stess tal-Knisja, kif ifakkar il-Konċilju Vatikan II, huwa u jiċċita l-kliem magħruf ta’ San Ċiprijanu, ˝Il-Knisja kollha tidher qisha miġbura fl-għaqda tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu’’(52). Fil-bidu tal-Quddiesa niġu nistednin nintebħu b’dan il-misteru tal-Knisja-xirka, meta s-saċerdot, bi kliem l-Appostlu San Pawl, iselmilna u jgħidilna, ˝Il-grazzja ta’Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta’ Alla, u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun magħkom ilkoll˝ (2Kor 13,13)

Wara li rajna min hu n-nisrani lajk fid-dinjità tiegħu, issa rridu naraw x’inhi l-missjoni u r-responsabbilta’ tiegħu fil-Knisja u fid-dinja, dan nifhmuh biss jekk inqisuh fid-dawl tal-Knisja-xirka.

Il-Konċilju Vatikan II u l-ekklesjoloġija tax-xirka

  1. Il-Knisja xandret din il-fehma ewlenija tagħha fil-Konċilju Vatikan II, u fis-Sinodu straordinarju tas-sena 1985, egħluq l-għoxrin sena tal-Konċilju, fakkritha meta xandret li ˝l-ekklesjoloġija tax-xirka hi l-ħsieb ċentrali u fondamentali tad-dokumenti tal-Konċilju. Il-koinonia – xirka, li nsibuha fil-Kotba Mqaddsa, kellha ġieh kbir fil-Knisja tal-ewwel żminijiet, u għad għandha sa llum dan il-ġieħ fil-knejjes tal-lvant. Mill-Konċilju Vatikan II ‘l hawn, sar ħafna biex il-Knisja b’mod aktar ċar tingħaraf bħala xirka, u dan iseħħ dejjem aktar f’kull ma jiġri fil-ħajja. Imma xi tfisser sewwa din il-kelma ˝xirka˝ ? Fondamentalment hi xirka ma’ Alla b’Ġesù Kristu, fl-Ispirtu s-Santu. Din ix-xirka sseħħ bil-Kelma ta’ Alla u bis-Sagramenti. Il-Magħmudija hi l-bieb u l-pedament tax-xirka tal-Knisja, l-Ewkaristija hi l-għajn u l-qofol tal-ħajja nisranija kollha (ara Lumen gentium, 11). Ix-xirka fil-Ġisem Ewkaristiku ta’ Kristu (it-tqarbin) tfisser u ġġib, jew tibni x-xirka intima tal-insara kollha fil-Ġisem ta’ Kristu li hi l-Knisja (ara 1 Kor 10,10s)˝(53).

Meta għalaq il-Konċilju, il-Papa Pawlu VI kellem lill-insara kollha b’dan il-mod, “Il-Knisja hi xirka. Iżda xi tfisser ˝xirka“ hawn? Araw ftit dak il-paragrafu tal-katekiżmu li jitkellem dwar ix-xirka tal-qaddisin. Il-Knisja hi x-xirka tal-qaddisin, u meta nsemmu x-xirka tal-qaddisin inkunu qegħdin nitkellmu dwar żewġ suriet ta’ parteċipazzjoni ta’ ħajja, l-għaqda tal-insara fil-Ġisem ta’ Kristu ħa jgħixu l-istess ħajja ta’ Kristu, u t-tixrid tal-istess imħabba waħda fil-ġemgħa kollha tal-insara f’din id-dinja u fl-oħra, l-għaqda ma’ Kristu u fi Kristu, l-għaqda tal-insara bejniethom fil-Knisja’(54).

Ix-xbihat mill-Kotba Mqaddsa li bihom il-Konċilju jwassalna biex nikkontemplaw il-misteru tal-Knisja jwasslu biex igħollu l-verita’ tal-Knisja-xirka għal dik id-dimensjoni tagħha li qatt ma tista’ tiġi fix-xejn, id-dimensjoni tax-xirka tal-insara ma’ Kristu u tal-insara bejniethom. Dawn ix-xbihat huma dawk mal-maqjel, tal-merħla, tad-dielja, tal-bini spiritwali, tal-belt qaddisa (55). L-aqwa hi x-xbieha tal-ġisem, li San Pawl juża l-aktar, it-tagħlim dejjem ġdid u ta’ siwi li joħroġ minn din ix-xbieha nsibuh imxerred f’ħafna dokumenti tal-Konċilju. (56) L-istess Konċilju huwa u jqis il-ġrajja kollha tas-salvazzjoni, għamel tiegħu u xandar mill-ġdid ix-xbieha tal-Knisja bħala Poplu ta’ Alla, “Alla għoġbu jqaddes u jsalva l-bnedmin mhux kull wieħed għal rasu, qisu ma hemm ebda rabta bejniethom, imma ried jagħmilhom poplu, biex jagħarfuh fil-verita’ u jaqduh fil-qdusija˝(57). L-istess Kostituzzjoni Lumen gentium, fil-bidu, tiġbor fil-qasir, b’mod tal-għaġeb, dan il-ħsieb meta tgħid, “Il-Knisja hi fi Kristu qisha sagrament jew sinjal u strument tal-għaqda intima ma’ Alla u tal-għaqda flimkien tal-bnedmin kollha . . . ˝(58)

Il-verita’ tal-Knisja-xirka hi għalhekk parti integranti, anzi l-qofol tal-‘misteru’, jew tal-pjan ta’ Alla għas-salvazzjoni tal-bniedem. Minħabba f’dan, qatt ma nkunu nistgħu nfissru biżżejjed tajjeb x’inhi x-xirka tal-Knisja jekk inqisuha biss u sempliċiment bħala fatt soċjoloġiku u psikoloġiku. Il-Knisja-xirka hi l-poplu ‘ġdid’, il-poplu ˝messjaniku˝, il-poplu ˝li għandu ‘l Kristu bħala Kap tiegħu… bħala kondizzjoni d-dinjità u l-ħelsien ta’ wlied Alla…, bħala liġi l-kmandament ġdid li nħobbu kif ħabbna Kristu…. , bħala għan is-Saltna ta’ Alla…, poplu mwaqqaf minn Kristu bħala xirka ta’ ħajja, imħabba u verita’(59). Ir-rabtiet li bihom huma marbutin bejniethom u ma’ Kristu l-membri ta’ dan il-poplu, m’humiex rabtiet ˝tad-demm u l-laħam˝, imma rabtiet spiritwali, dawk ir-rabtiet li ġejjin mill-Ispirtu s-Santu u li jirċievu l-imgħammdin kollha. (ara Ġoel 3,1).

Dak l-Ispirtu li minn dejjem ta’ dejjem jagħmel waħda t-Trinita’ Qaddisa, dak l-Ispirtu li ˝fil-milja taż-żminijiet˝ (Gal 4. 4) għaqqad in-natura ta’ bniedem man-natura ta’ Alla fil-persuna ta’ l-Iben ta’ Alla b’għaqda li ma tinħall qatt, hu dak l-Ispirtu li tul kull ġenerazzjoni tal-insara hu dejjem l-għajn li ma tintemm qatt tax-xirka fil-Knisja

Xirka organika

  1. Ix-xirka tal-Knisja, biex nitkellmu b‘mod aktar eżatt, nistgħu inqisuha bħala xirka ˝organika˝, mhux differenti minn dik li naraw f’kull ġisem li jgħix u jaħdem dan għaliex, fl-istess waqt, fix-xirka li hi l-Knisja għandna għadd ta’ vokazzjonijiet, ministeri, suriet ta’ ħajja, kariżmi u responsabbiltajiet li jingħażlu sewwa minn xulxin imma lkoll igħinu ‘l xulxin, huma diversi u komplementari fl-istess ħin. Minħabba din id-diversita’ u din il-komplementarjeta’, kull lajk nisrani jitqies li għandu relazzjoni mal-ġisem kollu tal-Knisja u jista’ jagħti sehemu għall-kobor ta’ dan il-ġisem.

San Pawl b’mod speċjali jinsisti ħafna fuq din ix-xirka organika tal-Ġisem mistiku ta’ Kristu, nistgħu naraw l-għana kollu tat-tagħlim tiegħu fil-ġabra fil-qosor li tana l-Konċilju. Kristu, kif naqraw fil-Kostituzzjoni Lumen Gentium, “meta ta l-Ispirtu tiegħu lil ħutu, imsejħin minn fost il-ġnus kollha ta’ l-art, għamilhom il-ġisem mistiku tiegħu. F’dan il-ġisem il-ħajja ta’ Kristu tinxtered f ‘dawk li jemmnu…. Kif il-membri kollha tal-ġisem ta’ bniedem, għalkemm ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk l-insara kollha jagħmlu ġisem wieħed fi Kristu (ara 1Kor 12,12). Fil-bini wkoll tal-ġisem ta’ Kristu, il-membri u l-ħidmiet huma diversi. Wieħed hu l-Ispirtu li jqassam il-ħafna doni li jagħti skond l-għana kollu tiegħu u skond il-ħtiġijiet tal-ministeri, għall-ġid tal-Knisja (ara ! Kor 12, 1-11). Fost dawn id-doni, l-aqwa hi l-grazzja mogħtija lill-Appostli, l-Ispirtu ried li l-kariżmatiċi wkoll joqogħdu għall-awtorita’ tagħhom (ara 1Kor 14). L-istess Spirtu, hu nnifsu, u bil-qawwa tiegħu iqajjem u jsaħħaħ l-imħabba bejn l-insara huwa u jgħaqqadhom bejniethom bħala membri ta’ ġisem wieħed. Għalhekk jekk membru jbati, ibatu l-membri kollha miegħu, u jekk membru jikseb ġieħ, jifirħu l-membri kollha’ (ara 1 Kor 12,26)(60).

Hu dejjem l-istess Spirtu wieħed li minnu jiġu d-diversitajiet li hemm fil-Knisja li, minkejja dawn id-diversitajiet, tibqa’ dejjem xirka waħda, l-Ispirtu hu l-prinċipju dinamiku tad-diversita’ u ta’ l-unita’ tal-Knisja u fil-Knisja. Inkomplu naqraw fil-Kostituzzjoni Lumen Gentium, “Biex bla heda niġġeddu fih (fi Kristu) (ara Ef 4,23), tana sehem mill-Ispirtu tiegħu, li hu Spirtu Wieħed kemm fir-Ras u kemm fil-membri kollha, u jagħti l-ħajja, igħaqqad u jmexxi l-ġisem kollu, tant li Missirijiet il-Knisja setgħu jxebbħu din il-ħidma tal-Ispirtu mal-ħidma li r-ruħ, bħala prinċipju ta’ ħajja, tagħmel fil-ġisem tal-bniedem˝(61).

F’imkien ieħor, il-Konċilju jtenni kliem għażiż li jfisser ħafna biex nagħarfu sewwa xi tfisser ix-xirka ‘organika’ tal-Knisja, ukoll fl-aspett tal-kobor tagħha sa ma tilħaq il-perfezzjoni u tkun ix-xirka perfetta, ˝L-Ispirtu jgħammar fil-Knisja u fi qlub l-insara qisu f’tempju (ara 1 Kor 3, 16, 6,19), fihom jitlob u jixhed li huma wlied adottivi ta’ Alla (ara Gal 4,6, Rum 8, 15-16, 26), b’għadd ta’ doni ġerarkiċi u kariżmatiċi jgħallem u jmexxi l-Knisja, iwassalha għall-verita’ sħiħa (ara Ġw 16,13), igħaqqadna fix-xirka u fil-qadi, u jżejjina b’kotra ta’ frott (ara Ef 4,11-12, 1Kor 12,4 Gal 55,22). Bil-qawwa tal-Evanġelju jagħti żogħżija ġdida lill-Knisja u bla heda jġeddidha u jwassalha għall-għaqda sħiħa mal-Għarus tagħha. Dan għaliex l-Ispirtu u l-Għarusa jgħidu lill-Mulej Ġesù, ‘Ejja’ (ara Apok 22,17)(62).

Ix-xirka tal-Knisja hi għalhekk don, don kbir tal-Ispirtu li l-insara huma mistednin jilqgħu b’kull ħajr u jgħixu b’sens kbir ta’ responsabbilta’, dan jagħmluh fil-prattika billi lkoll jieħdu sehem fil-ħajja u l-missjoni tal-Knisja, il-lajċi nsara jħaddmu l-ministeri u l-kariżmi diversi u komplementari tagħhom għas-servizz tal-Knisja.

In-nisrani lajk ˝ma jistax jingħalaq fih innifsu, u jinfatam spiritwalment mill-bqija tal-komunita’, għall-kuntrarju għandu jfittex bla heda li jġib ‘l quddiem relazzjonijiet tajba mal-oħrajn, imqanqal minn spirtu ta’ mħabba għall-aħwa, ferħan li għandu l-istess dinjità tal-oħrajn kollha, ħerqan li flimkien ma’ l-oħrajn iwassal biex l-għana bla qjies ta’ ġid li rċieva bħala wirt jagħti kotra kbira ta’ frott. L-Ispirtu tal-Mulej, jagħtih, kif jagħti lill-oħrajn, kotra kbira ta’ doni, u jistiednu jaqdi ħafna ministeri u dmirijiet, iwissih, kif iwissi lill-oħrajn li għandhom x’jaqsmu miegħu, li dak li jagħżlu minnhom mhux xi dinjità aqwa mogħtija lilu, imma ħila speċjali u komplementari.

B’hekk il-kariżmi u l-ministeri, l-uffiċċji u s-servizzi tal-lajċi nsara għandhom posthom fix-xirka u għax-xirka tal-Knisja, għaliex huma ġid komplentari ta’ għana ta’ kulħadd, taħt it-tmexxija kollha għerf tar-Rgħajja’ (63).

MINISTERI U KARIŻMI, DONI TAL-ISPIRTU S-SANTU LILL-KNISJA

  1. Il-Konċilju Vatikan II jurina li l-ministeri u l-kariżmi huma doni tal-Ispirtu s-Santu għall-bini tal-Ġisem ta’ Kristu u għall-missjoni tas-salvazzjoni fid-dinja (64). Il-Knisja hi mmexxija mill-Ispirtu, li jqassam ħafna doni ġerarkiċi u kariżmatiċi lil kulħadd, u jsejjaħ lil kull wieħed u lil kull waħda fost l-insara biex, kulħadd skond il-mod tiegħu, ikun attiv u responsabbli fil-Knisja.

Għalhekk naraw issa kif il-ministri u l-kariżmi jolqtu direttament il-lajċi nsrar u t-tisħib tagħhom fil-ħajja tal-Knisja-xirka.

Ministeri, uffiċċji, funzjonijiet

Il-ministeri kollha li nsibu u li hemm illum fil-Knisja, għalkemm ta’ ħafna suriet, huma sehem mill-ministru ta’ Kristu Ġesù, li hu r-Ragħaj it-tajjeb li jagħti ħajtu għan-nagħag tiegħu (ara Ġw 10,11), il-Qaddej fidil u umli li jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra (ara Mk 10,45). San Pawl jitkellem b’mod ċar ħafna meta jgħid x’inhi l-istruttura tal-ministeri fil-Knisja ta’ żmien l-Appostli, għax fl-ewwel ittra lill-Korintin jikteb,˝Lil xi wħud Alla qegħdhom fil-Knisja fl-ewwel post bħala Appostli, it-tieni bħala profeti t-tielet bħala għalliema…˝ (1Kor 12. 28). U fl-Ittra lill-Efesin jikteb, “Lil kull wieħed minna Alla tana l-grazzja skond il-qjies tad-don ta’ Kristu… U huwa dak li ta lil xi wħud li jkunu Appostli, lil xi wħud profeti, lil xi wħud evanġelisti, lil xi wħud rgħajja u mgħallmin, hekk jitrawwmu l-qaddisin għax-xogħol tal-ħidma tagħhom għall-bini tal-Ġisem ta’Kristu, sakemm aħna lkoll naslu biex insiru ħaġa waħda fil-fidi u fl-għarfien tal-Iben ta’ Alla, insiru raġel magħmul fl-aħjar ta’ żmienu, u hekk isseħħ il-milja ta’ Kristu’ (Ef 4,7,11-13, ara Rum 12, 4-8). Dawn is-siltiet u siltiet oħra mit-Testment il-Ġdid juruna li ħafna u diversi huma l-ministeri, kif ħafna huma d-doni u l-uffiċċji tal-Knisja.

Ministeri li jiġu mill-Ordni Sagri

22 Fil-Knisja l-ewwelnett insibu ministeri ordinati, jiġifieri minisiteri li jiġu mis-Sagrament tal-Ordna Sagri. Il-Mulej Ġesù għażel u għamel l-Appostli, l-ewwel frott tal-Patt il-Ġdid u bidu tal-Ġerarkija mqaddsa (65), u tahom il-kmandament li jgħallmu l-ġnus kollha (ara Mt 28,19), u jwaqqfu u jmexxu poplu mżejjen b’saċerdozju rjali. Din il-missjoni ta’ l-Apposotli li l-Mulej qed igħaddi lir-rgħajja tal-poplu tiegħu, hi veru servizz, li fil-Kotba Mqaddsa hu magħruf bħala diakonija, jiġifieri qadi, ministeru. Permezz tas-Sagrament ta’ l-Ordni, il-ministri jirċievu dan il-kariżma tal-Ispirtu s-Santu minn Kristu rxoxt b’suċċessjoni mill-Appostli, suċċessjoni li qatt ma ġiet nieqsa, jirċievu ukoll l-awtorita’ u s-setgħa qaddisa li jaġixxu “fil-persuna ta’ Kristu, ir-Ras“ (66) ħa jaqdu l-Knisja u jiġbruha f’ġemgha waħda fl-Ispirtu s-Santu, pemezz tal-Evanġelju u s-Sagramenti.

Il-ministeri ordinati għalhekk, qabel ma huma ta’ġid għal dawk li jirċevihom, huma grazzja għall-ħajja u l-missjoni tal-Knisja. Ifissru u jġibu parteċipazzjoni fis-saċerdozju ta’ Kristu li m’hijiex il-parteċipazzjoni mogħtija lill-insara kollha pemezz tal-Magħmudija u l-Konfermazzjoni (il-Grizma), imma differenti minnha, mhux għax ta’ xi grad għola, imma għax differenti min-natura tagħha stess.

Madanakollu dan is-saċerdozju ministerjali, kif iwissi l-Konċilju Vatikan II, għandu bħala għan is-saċerdozju rjali tal-insara kollha u ġie istiwit għalih (67). Ir-Rgħajja tal-Knisja għalhekk, biex iħarsu u jkabbru x-xirka fil-Knisja, l-aktar fil-qasam tal-ħafna ministeri komplementari għal xulxin, għandhom jifhmu li l-ministru tagħhom, min-natura tiegħu stess, ġie istitwit għal qadi tal-Poplu kollu ta’ Alla (ara Lh 5,1), minn naħa l-oħra l-insara lajċi għandhom jifhmu li s-saċerdozju ministierjali hu għal kollox meħtieġ għall-istess ħajja tagħhom u għas-sehem tagħhom fil-missjoni tal-Knisja. (68).

Ministeri, uffiċċji u dmirijiet tal-lajċi

23 Il-missjoni tal-Knisja għas-salvazzjoni tad-dinja ma ssirx biss mill-ministri ordinati bis-setgħa tal-Ordni li għandhom, imma wkoll mil-lajċi nsara kollha, dawn, għaliex mgħammdin u għax għandhom il-voakzzjoni partikulari tagħhom, skond il-qjies ta’ kull wieħed u waħda minnhom, għandhom sehem fil- missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profeta u Sultan.

Ir-Rgħajja tal-Knisja għalhekk għandhom jagħarfu u jġibu ‘l quddiem il- ministeri, l-uffiċċji u l-funzjonijiet tal-lajci nsara, għax dawn għandhom il pedament sagrementali tagħhom fil-Magħmudija u l-Konfermazzjoni u, għal ħafna lajċi, fiż-Żwieġ ukoll.

Mela kull darba li l-ġid jew il-ħtiġijiet tal-Knisja jitolbu dan, ir-rgħajja tal-Knisja għandhom, skond in-normi tal-liġi universali, jafdaw lil-lajċi nsara xi ħidmiet li huma marbutin mad-dmirijiet tagħhom ta’ rgħajja, imma biex isiru m’huwiex meħtieġ il-karattru tal-Ordni Sagri. Insibu mniżżel fil-Kodiċi tal-Liġi tal-Knisja, “Fejn il-ħtieġa tal-Knisja titolbu, u hemm nuqqas ta’ ministri, il-lajċi wkoll, għalkem m’humiex la letturi u anqas akkolti, jistgħu jagħmlu xi dmirijiet tagħhom, jiġifieri jaqdu l-ministru tal-kelma, jippresiedu talb liturġiku, igħammdu u jqarbnu, skond ma tgħid il-liġi˝(69). Iżda l-qadi ta’ dawn id-dmirijiet ma jagħmilx lill-lajk ragħaj, għaliex, mhux li ħidma li wieħed jagħmel, imma l-ordinazzjoni sagrementali tagħtih il-ministeru. Is-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri jagħti lill-ministru li jiġi ordnat sehem partikulari fl-uffiċċju ta’ Kristu u fis-saċerdozju ta’ dejjem ta’ Krisu, ir-Ras u r-Ragħaj. (70).

Jekk xi ħadd jagħmel xi ħidma flok ministru ordnat, din munnfih u formalment tkun skond il-liġi jekk dak li jkun, jiġi deputat għal din il-ħidma mir-rgħajja tal-Knisja, dan, huwa u jagħmel din il-ħidma bil-fatti, ikun jiddependi u mmexxi mill-awtorita’ tal-Knisja (71).

L-aħħar laqgħa tas-Sinodu tat ħarsa fil-wiesgħa sewwa, ħarsa li tfisser ħafna, lejn kif il-Knisja tqis il-ministeri, l-uffiċċji u l-funzjonijiet tal-imgħammdin fi ħdan il-Knisja. L-Isqfijiet japprezzaw ħafna l-għajnuna fl-appostolat mogħti mill-insara lajċi, irġiel u nisa, għax-xandir tal-Evanġelju, għat-tqaddis u għal-animazzjoni nisranija ta’ kull ma hu ta’ din id-dinja, u għall-ħerqa ġeneruża tagħhom biex igħinu f’qagħdiet ta’ emerġenza u ta’ ħtieġa li qatt ma jonqsu. (72)

Wara li seħh it-tiġdid liturġiku mitlub mill-Konċilju, l-insara lajċi, huma u jagħarfu sewwa xi dmirijiet għandhom fil-ġemgħa liturġika u fit-tħejjija tagħha, qed juru ruħhom dejjem iżjed imħejjija biex jaqdu dawn id-dmirijiet, dan għaliex kull ċelebrazzjoni liturġika hi egħmil qaddis mhux biss tal-kleru imma wkoll tal-ġemgħa kollha tal-insara.

Għalhekk jixraq illi ħidmiet li m’humiex proprji tal-ministri ordnati, isiru mill-insara lajċi(73). Kienet ħaġa naturali mbagħad li l-lajċi nsara, wara li bdew jieħdu sehem f’ċelebrazzjonijiet liturġiċi, jibdew ixandru wkoll il-Kelma ta’ Alla u jkollhom sehem f’ħidma pastorali (74).

Iżda ma naqsux ukoll fis-Sinodu, flimkien ma’ fehmiet pożitivi, xi fehmiet negattivi dwar l-użu, xejn għaqli, tal-kelma ‘ministeru’, dwar il-fatt li xi wħud kienu qegħdin iħawdu flimkien is-saċerdozju ministerjali mas-saċerdozju tal-fidili, meta ma kinux jaslu wkoll biex iqisuhom l-istess, dwar il-fatt li xi liġijiet u xi normi tal-Knisja ma kinux qed jiġu mħarsin biżżejjed, dwar li kienet qed tingħata tifsira arbitrarja għall-kelma ˝sussidjarjeta ˝, dwar li kienet qiegħda ssir ‘klerikalizzazzjoni’ tal-lajċi, dwar il-perikolu li timbena xi stuttura ekklesjali ta qadi parallela ma dik mibnija fuq is-Sagrament tal-Ordni Sagri.

Biex dawn il-perikoli jiġu miżmuma ‘l bogħod mill-Knisja, l-Isqfijiet fis-Sinodu tkellmu dwar il-ħtieġa li jiġi mfisser b’mod l-aktar ċar u bi kliem mill-aktar eżatt (75) kemm li l-missjoni tal-Knisja hi waħda, u fiha għandhom sehem l-imgħammdin kollha, u kemm li l-ministeru tar-rgħajja tal-Knisja, li għandu l-għerq tiegħu fl-Ordni Sagri, u essanzalment differenti, u għalhekk jeħtieġ li jintgħażel sewwa mill-ministeri, mill-uffiċċji u mill-funzjonijiet l-oħra fil-Knisja li għandhom l-egħruq tagħhom fil-Magħmudija u fil-Konfermazzjoni (u mhux fl-Ordni Sagri)

Għalhekk jeħtieġ l-ewwelnett li r-Rgħajja tal-Knisja, huma u jagħtu lil-lajċi nsara għadd ta’ ministeri, uffiċċji u funzjonijiet u jagħarfuhomlhom, għandhom joqogħdu attenti ħafna li jgħallmu lil-lajċi li dawn il-ħidmiet li qed jafdawlhom għandhom egħruqhom fil-Magħmudija tagħhom. Jeħtieg ukoll li r-Rgħajja tal-Knisja jgħassu sewwa biex ma jidħolx l-abbuż, bl-iskuża ta’ “xi qagħda urġenti˝ jew għax hemm xi ‘ħtieġa“, li xi lajk “jindaħal f’lok ministru ordnat“, meta fil-fatt la hemm ħtieġa u lanqas urġenza, jew meta wiehed jista’ faċilment jaħseb biex qagħdiet bħal dawn ma jinħolqux billi jkun hemm tqassim aktar għaqli tal-ħidma pastorali.

Il-ħafna ministeri, uffiċċji u funzjonijiet li, skond il-liġi, il-lajċi nsara jaqdu fil-liturġija, fix-xandir tal-fidi u fl-istrutturi pastorali tal-Knisja, għandhom jaqduhom b’mod li jaqbel mal-vokazzjoni proprja tagħhom ta’ lajċi li huma, li m’hijiex l-istess bħal dik proprja tal-ministri sagri. Dan riedet tfisser l-eżortazzjoni Evangelii nuntiandi, li kellha influwenza tajba ħafna biex toħloq tant suriet ta’ kollaborazzjoni mil-lajċi nsara fil-ħajja u l-missjoni tal-Knisja, “Il-qasam proprju u partikolari tagħhom (tal-lajċi) hu l-oqsma wiesgħa fuq li wiesgħa u komplessi tal-politika, tal-ħajja soċjali, tal-ekonomija, l-oqsma wkoll tal-kultura, tax-xjenzi u ta’ l-arti, tar-relazzjonijiet bejn il-popli u n-nazzjonijiet, tal-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali, imbagħad ukoll dawk l-oqsma li b’mod speċjali għandhom ikunu miftuħin għall-evanġelizzazzjoni, bħalma huma l-imħabba, il-familja, l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, il-professjoni, it-tbatija. Aktar ma jkun kbir l-għadd tal-lajċi, mimlijin bl-ispirtu tal-Evanġelju, responsabbli għal dawn l-oqsma, impenjati fihom, kapaċi jmexxuhom, u konvinti li għandhom jużaw il-ħila kollha tagħhom bħala nsara, ħila spiss miżmuma moħbija u magħluqa, f’dawn l-oqsma, dawn mingħajr ma jitilfu xejn jew inaqqsu xejn mill-effiċjenza tagħhom, jiksbu dimensjoni aktar għolja spiss mhux magħrufa, u jgħinu għal-bini tas-Saltna ta’ Alla u għalhekk iġibu s-salvazzjoni fi Kristu Ġesù’ (76).

Tul il-ħidma tas-Sinodu, l-Isqfijiet għarblu mhux ftit il-Lettorat u l-Akkolitat li, fil-Knisja Latina, fl-imgħoddi, kienu meqjusa biss bħala passi spiritwali ‘l quddiem fil-mixi lejn il-ministeri ordnati, u li bil-motuproprju tal-Papa Pawlu VI, Ministeria quaeda (15 ta’ Awissu 1972), kisbu awtonomija u stabilita’ akbar, tant li deher li għandhom jingħataw ukoll lill-lajċi nsara, imma l-irgiel biss. L-istess ħaġa jgħid il-Kodiċi l-ġdid tal-liġi tal-Knisja (77). Issa l-Isqfijiet fis-Sinodu qalu li jixtiequ “illi l-motuproprju Misteria quaedam jiġi mġedded, waqt li jitqiesiu d-drawwiet tal-knejjes lokali u jitħejjew kriterji għall-għażla ta’ dawk li lilhom se jingħataw dawn il-misteri“(78). Għalhekk twaqqfet kummissjoni mhux biss biex twieġeb għax-xewqat ta’ l-isqfijiet fis-Sinodu, imma wkoll, u wisq aktar, biex tistudja aktar fil-fond il-problemi teoloġoċi, liturġiċi, ġuridiċi u pastorali li nqalgħu minħabba l-fatt li llum żdiedu ħafna l-ministeri li qed jiġu fdati lil-lajċi.

Sakemm il-kummissjoni ttemm l-istudji tagħha, biex il-prattika tal-Knisja fl-għoti tal-ministeri lil-lajċi nsara ssir bl-ordni u tagħti l-frott, jeħtieġ li fil-knejjes lokali kollha jiġu mħarsa sewwa l-prinċipji teoloġoċi li semmejt aktar ‘l fuq, speċjalment id-differenza essenzjali li hemm bejn is-saċerdozju ministerjali u s-saċerdozju tal-fidili, u għalhekk bejn il-ministeri li jiġu mis-Sagrament tal-Ordni Sagri u l-ministeri li joħorġu mis-Sagrament tal-Magħmudija u tal-Konfermazzjoni.

Il-Kariżmi

24 L-Ispirtu s-Santu huwa u jafda ministeri diversi lil-Knisja-xirka, iżejjinha wkoll b’doni u ministeri partikolari oħra, magħrufin bħala kariżmi, li huma ta’ ħafna suriet, kemm għax juru l-liberta’ sħiħa tal-Ispirtu fit-tqassim tagħhom, u kemm għax jagħtihom skond il-ħafna ħtiġijiet taż-żmien li jkun, tul il-ġrajja kollha tal-Knisja. Id-deskrizzjoni li għandna u t-tqassim tagħhom li nsibu fil-Kotba tal-Patt il-Ġdid juru biċ-ċar kemm huma s-suriet tagħhom, “Lil wieħed tingħata r-rivelazzjoni ta’ l-Ispirtu għall-ġid ta’ kulħadd, lil ieħor kliem il-għerf mill-istess Spirtu, lill-ieħor il-kelma tas-sapjenza mil-istess Spirtu, lill-ieħor il-fidi mill-istess Spirtu, lill-ieħor id-don tal-fejqan mill-istess Spirtu, lill-ieħor is-setgħa tal-mirakli, lill-ieħor id-don tal-profezija, lill-ieħor id-don tal-għażla tal-ispirti, lill-ieħor diversi ilsna, lill-ieħor it-tifsir ta’ l-ilsna˝ (1Kor 12, 7-10, ara 1Kor 12,6-8, 1Piet 4,10-11).

Il-kariżmi, kemm dawk straordinarji kemm dawk sempliċi u ordinarji, huma grazzji ta’ l-Ispirtu s-Santu għaliex jingħataw, diretament jew indirettament, għall-ġid tal-Knisja, u għall-kobor tagħha, għall-ġid tal-bnedmin u għall-ħtiġijiet tad-dinja.

Fi żminijietna wkoll dawn il-ħafna kariżmi qed narawhom jiffjorixxu fost il-lajċi, irġiel u nisa. Jingħataw lill-individwi, iżda jista’ jkollhom sehem minnhom oħrajn ukoll, b’mod li jkomplu minn żmien għal żmien bħala wirt għażiż u ħaj, li joħloq sura ta’ affinita’ spiritwali bejn in-nies. Il-Konċilju Vatikan II kellu quddiemu proprju l-appostolat tal-lajċi meta qal, “L-Ispirtu s-Santu iqaddes il-poplu ta’ Alla permezz tal-ministeri u tas-sagramenti, jagħti doni speċjali lil lajċi biex jagħmlu dan l-appostolat (ara 1 Kor 12,7), iqassam lil kull wieħed kif jogħġbu’ (1Kor 12,11), biex ‘kull wieħed igħix skond id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid ta’ l-oħrajn’ ħa jkunu ‘amministraturi tajbin tal-grazzja ta’ Alla li hi ta’ ħafna xorta’ (1Piet 4,10), għall kobor tal-ġisem kollu fl-imħabba’ (ara Ef 4,16) (79).

Għaliex hu b’dan il-mod li jingħataw id-doni tal-Ispirtu s-Santu, hi ħaġa raġunata li kull min jirċievi dawn id-doni jrid jużahom għall-ġid u l-kobor tal-Knisja kollha, kif fisser sewwa ħafna l-Konċilju (80).

Il-kariżmi għalhekk għandhom jiġu milqugħin b’kull ħajr, mhux biss minn min jirċevihom, imma minn kulħadd fil-Knisja, huma teżor mill-aqwa tal-grazzja ta’ Alla, li bih tissaħħaħ il-qawwa tal-appostolat u l-istess qdusija tal-Ġisem kollu ta’ Kristu, basta dawn id-doni jkunu tassew ġejjin mill-Ispirtu s-Santu u jitħaddmu skond ma jnebbaħ l-istess Spirtu s-Santu. Għalhekk hi meħtieġa l-għażla tal-ispirti għaliex, kif qalu l-istess isqfijiet fis-Sinodu, “Il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, li jonfoħ fejn irid, mhux dejjem tingħaraf malajr u tiġi milqugħa minnufih. Nafu li Alla jaħdem fl-insara kollha, u nagħarfu sewwa x’ġid jiġi mill-kariżmi, kemm għall-individwi u kemm għall-komunita’ nisranija kollha. Iżda fl-istess ħin nagħarfu wkoll x’inhi l-qawwa tad-dnub u l-isforzi li jagħmel biex iħawwad u jfixkel il-ħajja tal-insara u tal-komunitajiet˝ (81).

Minħabba f’dan, ebda kariżma ma jeħles lil dak li jkun milli joqgħod għal dak li jgħidu r-Rgħajja tal-Knisja. Dwar dan, il-Konċilju tkellem ċar, ˝Dawk biss li jmexxu fil-Knisja għandhom id-dritt jiġġudikaw dwar il-verita’ tal-kariżmi u dwar il-mod kif għandhom jiġu mħaddmin, biex ikun hemm ordni xieraq fil-Knisja, b’mod speċjali huma fid-dmir li mhux ixekklu l-Ispirtu, iżda li jippruvaw kollox, u t-tajjeb iżommuh˝ (ara 1 Tess 5, 12, 19-20) biex il-kariżmi kollha jaħdmu flimkien għall-ġid ta’ kulħadd, skond id-diversita’ u l-komplementarjeta’ tagħhom (83).

 

IS-SEHEM TAL-LAJĊI NSARA FIL-ĦAJJA TAL-KNISJA

25 Il-lajċi nsara għandhom sehem fil-ħajja tal-Knisja mhux biss meta jħaddmu l-uffiċċji u l-kariżmi tagħhom, iżda wkoll b’ħafna suriet oħra.

Dan is-sehem tal-lajċi nsara jrid iseħħ l-ewwelnett fil-ħajja u l-missjoni tal-knejjes lokali, jiġifieri fil-ħajja u l-missjoni ta’ kull djoċesi, fejn tassew tinsab u taħdem il-Knisja ta’ Kristu, waħda, qaddisa, kattolika u appostolika. (84)

Knejjes lokali u l-Knisja universali

Biex is-sehem tal-lajċi nsara fil-ħajja tal-Knisja jkun xieraq, jeħtieġ li huma minnfih jaraw b’mod ċar u preċiż x’inhi l-knisja lokali fir-rabta oriġinali tagħha mal-Knisja universali. Knisja lokali m’hijiex xi biċċa li ‘nqatgħet’ mill-Knisja universali, u din m’hijiex biss ġabra tal-knejjes lokali kollha flimkien, għall-kuntrarju hemm rabta li ma tiġi nieqsa qatt, rabta ħajja u essenzjali, li tgħaqqad flimkien il-knejjes kollha, għaliex il-Knisja universali teżisti u turi ruħha fil-knejjes lokali. Il-Konċilju għalhekk igħid li l-knejjes lokali kollha huma ˝kostitwiti fuq ix-xbieha tal-Knisja universali u fihom teżisti l-Knisja Kattolika waħda u waħdanija (85).

L-istess Konċilju jħeġġeġ, bil-qawwa kollha, lill-insara lajċi biex, bil-ħdima ħajja tagħhom, juru li huma parti mill-knisja lokali, waqt li fl-istess ħin ikabbru fihom spirtu aktar ˝kattoliku˝, dan naqraw fid-digriet dwar l-appostolat tal-lajċi, ˝Ħalli l-lajċi nsara jsaħħu fihom is-sens tad-djoċesi, li tagħha l-parroċċa hi qisha xi ċellula, ħa jkunu dejjem lesti biex, għas-sejħa tal-isqof tagħhom, jagħtu sehemhom ukoll fl-attivitajiet tad-djoċesi, u minħabba l-ħtiġijiet tal-ibliet u tal-kampanja, ħalli ma jillimitawx il-koperazzjoni tagħhom għall-paroċċa jew għad-djoċesi tagħhom biss, imma jfittxu li jestenduha wkoll għall-oqsma interparrokkjali, interdjoċesani nazzjonali u universali, għaliex illum l-emigrazzjoni qed tikber dejjem aktar u qed jiżdied iċ-ċaqlieq tan-nies minn pajjiż għall-ieħor, u għalhekk aktar qed jikbru l-ħtiġijiet ta’ kulħadd, waqt li l-iżvilupp fil-komunikazzjonijiet mhux qed iħalli ebda parti mis-soċjeta’ tibqa’ magħluqa fiha nfisha. Jeħtieġ għalhekk li l-lajċi nsara jkollhom għal qalbhom il-ħtiġijiet tal-Poplu kollu ta’ Alla, imxerred ma’ kullimkien fid-dinja. ˝(86)

Minħabba f’dan, l-aħħar Sinodu wera ruħu favur li jitwaqfu Kunsilli Pastorali djoċesani li għalihom wieħed ikun jista’ jirrikorri meta jkun hemm bżonn. Din, fl-aħħar mill-aħħar, hi fid-djoċesi, l-aħjar sura ta’ kollaborazzjoni, ta’ djalogu, u ta’ dixxerniment. Is-sehem tal-lajċi f’dawn il-Kunsilli jista’ jkabbar il-konsultazzjoni, u l-prinċipju ta’ kollaborazzjoni – u xi kull tant dak ta’ deċiżjoni wkoll, b’dan il-mod is-sehem tal-lajċi jkun aqwa u aktar qawwi. (87)

Is-sehem tal-insara lajċi fis-Sinodi Djoċesani u fil-Konċilji partikulari, kemm provinċjali u kemm plenarji, hu msemmi fil-Kodiċi tal-liġi tal-Knisja (88), u jista’ jkun ta’ għajnuna għax-xirka u għall-missjoni ekklesjali tal-knejjes partikulari, kemm fihom stess, u kemm fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ knejjes oħra partikulari tal-provinċja ekkelsjastika jew tal-Konferenza episkopali.

Il-Konferenzi espiskopali huma msejħin biex jaraw liema hu l-aħjar mod, f’livell reġjonali jew nazzjonali, biex tikber il-konsultazzjoni mal-lajċi nsara rġiel u nisa, u kif tikber ukoll il-kollaborazzjoni tagħhom, b’hekk ikunu jistgħu jitqisu aħjar il-problemi komuni ta’ kulħadd u x-xirka ta’ kulħadd fil-Knisja tidher b’mod aktar ċar (89).

Il-Parroċċa

26 Ix-xirka tal-Knisja, għalkemm għandha dejjem aspett universali, l-aktar li tidher u turi ruħha hu fil-parroċċa li hi l-ewwel post fejn tinsab il-Knisja, anzi hi, b’xi mod, il-Knisja li tgħammar f’nofs id-djar ta’ wliedha (90).

Jeħtieġ, għalhekk, li aħna lkoll, bil-fidi, nagħarfu x’inhi sewwa l-parroċċa, jiġifieri l-‘misteru’ stess tal-Knisja li juri ruħu u jaħdem fil-parroċċa, għalkemm xi kull tant hi nieqsa ħafna minn nies u minn mezzi, jew għandha territorju ta’ kobor bla qjies jew bil-kemm issibha fil-konfużjoni tat-triqat tal-kwartieri tal-ibliet ta’ llum, il-parroċċa m’hijiex struttura, jew territorju jew bini, imma hi aktar ‘il-familja ta’ Alla’, xirka ta’ aħwa qed igħixu magħqudin flimkien (91), hi ‘dar ta’ familja li tilqa l-aħwa bil-qalb’(92), hija ‘l-komunita tal-insara ‘, (93). Il-parroċċa hi mibnija fuq verita’ teoloġika għaliex hi komunita’ ewkaristika. Dan ifisser li l-Parroċċa hi kumunita’ addatta għaċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija, l-għerq ħaj li minnu tikber u r-rabta sagramentali tax-xirka tagħha mal-Knisja Universali. Dan għaliex il-parroċċa hi komunita’ ta’ fidi u komunita orgainzzata, jiġfieri komunita’ magħmula mill-ministri ordinati u mil-insara kollha, fejn il-kappilan, li hu r-rappreżenant tal-isqof djoċesan (95), hu dak li bih tinżamm ir-rabta ġerarkika mal-knisja lokali kollha.

Il-missjoni tal-Knisja fi żminijetna hi kbira ħafna, u l-parroċċa bl-ebda mod ma tista’ tagħmilha waħedha. Minħabba f’dan, il-Kodiċi tal-Liġi tal-Knisja jipproponi suriet ta’ ħidma flimkien tal-parroċċi tal-istess territorju (96) u jafda f’idejn l-isqof il-ħsieb tal-ġemgħa kollha tal-insara, ukoll ta’ dawk li ma humiex milħuqa mill-attivita’ pastorali ordinarja (97). Illum hemm ħtieġa ta’ ħafna postijiet u ta’ ħafna suriet ta’ ħidma biex il-kelma u l-grazzja tal-Evanġelju titwassal fl-oqsma kollha tal-ħajja tan-nies ta’ llum, iżda ħafna minn dawn l-attivitajiet għax-xandir tal-fidi u ħafna ħidmiet ta’ appostolat fl-oqsma kultarali, soċjali, edukattivi, professjonali u l-bqija, bl-edba mod ma jista’ jkollhom parroċċa bħala ċentru naturali tagħhom jew bħala post minn fejn jingħata bidu għalihom. Iżda, fi żminijietna wkoll il-parroċċa qed ikollha ħafna opportunitajiet ġodda u ta’siwi kbir, kif il-Papa Pawlu VI fil-bidu tal-pontifikat tiegħu qal lill-kleru ta’ Ruma, “Sempliċiment nemmen li l-iskrittura hekk antika u hekk ta’ ġieh li hi l-parroċċa llum ukoll għandha missjoni meħtieġa, missjoni li taqbel maż-żminijiet ta’ llum, għan tagħha hu li twaqqaf l-ewwel komunita’ tal-poplu nisrani, trid tiġbor il-poplu u tgħallmu jgħix il-ħajja liturġika, trid tħares u ssaħħah il-fidi tan-nies ta’ llum, hi skola fejn il-poplu ta’ Alla jitgħallem id-duttrina ta’ Kristu li twassal għas-salvazzjoni, hi fl-aħħarnett trid tħoss u tħaddem fil-prattika dawk l-egħmejjel kollha ta’ tjieba li jsiru biss mill-imħabba umli għall-aħwa“(98).

L-Isqfijiet fis-Sinodu qisu sewwa wkoll il-qagħda ta’ ħafna parroċċi llum u talbu li jsir tiġdid serju tagħhom, “Ħafna parroċċi, kemm dawk li hemm fil-bliet dejjem aktar jikbru ta’ llum u kemm dawk li jinsabu f’artijiet tal-missjoni, ma jistgħux jaqdu l-missjoni tagħhom b’mod effetttiv jew minħabba l-faqar tagħhom, jew minħabba nuqqas ta’ kleru, jew minħabba l-kobor bla qjies tat-territorju tagħhom, jew minħabba l-qagħda speċjali ta’ xi wħud mil-insara tagħhom v. g. eżiljati jew emigrati. Biex dawn il-parroċċi jkunu tassew komunitajiet ta’ nsara, l-awtoritajiet ekkleżjastiċi tal-pajjiż għandhom ifittxu, a) l-adattament tal-istrutturi tal-parroċċa skond dik il-flessibilita’ li jippermetti l-Kodiċi l-aktar billi jagħtu sehem dejjem akbar lil-lajċi fir-responsabbiltajiet pastorali, b) igħinu dawk il-komunitajiet ekklesjali żgħar, mimlijin ħajja, li fi ħdanhom l-insara qed iwasslu ‘l xulxin il-Kelma ta’ Alla u juruha fil-qadi u l-imħabba għal xulxin, dawn il-komunitajiet huma espressjoni vera ta’ xirka ekklesjali u ċentri ta’ evanġelizzazzjoni meta huma f’għaqda sħiha mar-rgħajja tagħhom“(99). Biex il-parroċċi jiġġeddu u l-ħidma tagħhom titjieb u tkun aktar effikaċi, tajjeb li jkun hemm suriet ta’ kooperazzjoni bejn il-parroċċi tal-istess territorju, u jekk hemm bżonn, suriet ukoll ta’ kooperazzjoni istituzzjonali.

 

L-impenn għall-appostolat fil-parroċċa

27 Jeħtieġ issa naraw aktar mill-qrib ix-xirka u s-sehem tal-lajċi fil-ħajja tal-parroċċa. Għal dan il-għan jeħtieġ li l-lajċi nsara kollha, irġiel u nisa jagħtu widen għat-twissija tal-Konċilju, twissija kollha kemm hi vera, li tfisser ħafna u għandha tqanqalhom. Naqraw fid-digriet dwar l-appostolat tal-lajċi, “Fi ħdan il-Komunita’ tal-Knisja, il-ħidma tagħhom (tal-lajċi) hi hekk meħtieġa li l-istess appostolat tar-rgħajja mingħajrhom spiss ma jkunx jista’jikseb l-effett sħiħ tiegħu˝ (100). Din l-affermazzjoni hekk radikali rridu nifhmuha fid-dawl ta’ “l-ekklesjoloġija tax-xirka“, għaliex il-ministeri u l-kariżmi, diversi minn xulxin imma komplementari għal xulxin, huma kollha, kull wieħed skond is-sura proprja tiegħu, meħtieġa fuq li meħtieġa għall-kobor tal-Knisja.

L-insara lajċi għandhom dejjem aktar jikkonvinċu ruħhom li l-ħidma appostolika tagħhom fil-parroċċa għanda tifsir speċjali. Dan urieh l-istess Konċilju meta bl-awtorita’ kollha tiegħu tenna, “Il-parroċċa tagħtina eżempju mill-aħjar ta’ appostolat kommunitarju, għaliex tgħaqqad flimkien kull xorta ta’ nies u ddaħħalhom fl-universalita’ tal-Knisja. Ħa jidraw il-lajċi jaħdmu id f’id mas-saċerdoti fil-parroċċa, ħa jwasslu fi ħdan il-komunita’ tal-Knisja l-problemi propri tagħhom u tad-dinja u l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-salvazzjoni tal-bniedem, biex, bil-bdil tal-fehmiet ta’ kulħadd, jaslu biex jagħarbluhom sewwa u jsibu kif iħolluhom, ħa jagħtu, kemm u kif jistgħu, sehemhom f’kull attivita’ appostolika u missjunarja tal-familja ekklesjastika tagħhom˝ (101).

Din it-twissija tal-Konċilju biex il-poblemi pastorali, jgħarbluhom u jħolluhom ‘bi bdil tal-fehmiet ta’ kulħadd’ ma tistax isseħħ b’mod xieraq u organizzat jekk ma jitqiesx sewwa, bis-sinċerita’ kollha u b’mod deċisiv, is-siwi tal-Kunsilli pastorali parrokkjali, li dwarhom, bir-ragun kollu, tkellmu l-isqfijiet fis-Sinodu. (102).

Kif inhi l-qagħda llum, l-insara lajċi jistgħu u għandhom igħinu ħafna biex tikber ix-xirka ekklesjali fil-parroċċa tagħhom, u biex terġa’ tqum il-ħeġġa nissjunarja lejn dawk li ma jemmnux, jew jemmnu imma ma baqagħux igħixu ħajja nisranija jew qerduha fihom.

Imbagħad, jekk il-parroċċa hi l-Knisja li tinsab f’nofs id-djar tan-nies, nistgħu ngħidu li l-Knisja qed tgħix u taħdem fil-fond fis-soċjeta’ tal-bnedmin u tissieħeb mill-qrib ħafna fit-tamiet u t-traġedji tagħhom. Spiss jiġri li l-qagħda soċjali, l-aktar f’xi nazzjonijiet u f’xi ambjenti, titheżżeż minn qawwiet li jġibuha fix-xejn u jeqirdu fiha kull prinċipju ta’ umanita’, il-bniedem iħoss ruħu mitluf u ma jafx fejn sejjer, għalkemm jibqa’ dejjem aktar iħoss fih ix-xewqa li jkollu, u jġib ‘il quddiem, relazzjonijiet aktar jixirqu ‘l bniedem, relazzjonijiet bejn l-aħwa.

Il-parroċċa tkun tista’ tagħti tweġiba għall-dawn ix-xewqat jekk, permess tas-sehem ħaj tal-lajċi nsara, tkompli twieġeb għall-vokazzjoni u l-missjoni ewlenija tagħha, jiġifieri li tkun ‘il-post’ fid-dinja fejn il-komunita’ ta’ dawk li jemmnu tiltaqa’ u tkun fl-istess ħin ‘sinjal’ u ‘strument’ tas-sejħa ta’ kulħadd, f’kelma waħda dar miftuħa għal kulħadd, għall-qadi ta’ kulħadd, jew, kif kien iħobb igħid il-Papa Ġwanni XXIII, l-għajn tar-raħal fejn ir-raħħala kollha jinġabru ħa jaqtgħu l-għatx tagħhom.

 

SURIET TA’ PARTEĊIPAZZJONI FIL-ĦAJJA TAL-KNISJA

28 L-insara lajċi flimkien mas-saċerdoti u mar-reliġjużi rġiel u nisa jagħmlu Poplu wieħed ta’ Alla u l-Ġisem ta’ Kristu.

Għalkemm l-insara huma ‘membri’ tal-Knisja, dan ma jnaqqas xejn mill-fatt li kull wieħed minnhom hu “huwa biss u ma hemmx ieħor bħalu – uniku …. . irrepetibbli˝, anzi dan iġib ‘il quddiem u jħares it-tifsira għolja tal-fatt li kull wieħed hu “huwa biss u ma hemmx ieħor bħalu“, għaliex minn dan tiġi l-varjeta u l-għan kollu li hemm fil-Knisja universali. Għalhekk Alla jsejjaħ fi Kristu lil kull nisrani b’isem proprju tiegħu. Is-sejħa tal-Mulej, “Morru intom ukoll fl-għalqa“, għandha titqies bħala sejħa magħmulha li kull nisrani personalment, kull nisrani jiġi msejjaħ b’ismu, “Mur int ukoll fl-għalqa“. B’hekk jiġri li kull wieħed, għaliex huwa hu biss u ma hemmx ieħor bħalu, u għaliex jiżisti u dejjem sejjer, jista’ joffri lilu nnifsu għas-servizz u għall-kobor tax-xirka tal-Knisja, l-istess kif hu waħdu qed jieħu u qed jagħmel tiegħu l-għana kollu tal-Knisja, li hu ta’ kulħadd. Din hi x-‘xirka tal-qaddisin’ li fiha nistqarru li nemmnu meta ngħidu l-Kredu, il-ġid ta’ kulħadd isir ta’ kull wieħed, u l-ġid ta’ kull wieħed isir ta’ kulħadd, “Fil-Knisja nqaddsa ˝, jikteb San Girgor il-Kbir, “kull wieħed jerfa’ ‘l-oħrajn, u l-oħrajn jerfgħu lilu˝ (103)

Suriet ta’ parteċipazzjoni personali

Jeħtieġ li kull lajk nisrani jħoss li hu dejjem ‘membru tal-Knisja’, u għalhekk ġie fdat lilu dmir għall-ġid ta’ kulħadd li hu biss jista’ jagħmlu u ma jista’ jqabbad ‘l ħadd jagħmlu f’loku. Għax dan, jikseb tifsir sħiħ dak li jgħid il-Konċilju meta jitkellem dwar il-ħtieġa assoluta tal-appostolat li jsir minn kull individwu, “L-appostolat li jrid isir minn kull individiwu, apposotolat li joħroġ b’qawwa kbira mill-għajn ta’ ħajja tassew nisranija, (ara Ġw 4,14), hu l-ewwel sura u l-kondizzjoni ta’ kull appostolat tal-lajċi, ukoll jekk magħmul b’mod organizzat, u ma jistax isir mod ieħor. Għal din is-sura ta’ appostolat li jiswa dejjem u kullimkien u f’ċirkosotanzi u s-sura waħdanija ta’ appostolat li tista’ssir, u jaqbel li ssir, il-lajċi kollha, hi x’inhi l-kondizzjoni tagħhom, huma msejħin, u huma fid-dmir li din is-sura ta’ appostolat jagħmluha ukoll jekk ma jistgħux jew lanqas għandhom l-okkażjoni li jissieħbu f’xi għaqda ta’ apostolat˝ (104).

F’dan l-appostolat individwali hemm kotra ta’ għana li jeħtieġ li jkun magħruf biex tikber il-ħidma missjunarja ta’ kull nisrani lajk. B’din is-sura ta’ appostolat it-tħabbira tal-Evanġelju tista’ tilħaq lil kulħadd dejjem aktar, għax tista’ tasal f’kull post u f’kullimkien fejn in-nies igħixu l-ħajja tagħhom ta’ kull jum. Din hi s-sura ta’ tħabbir tal-Evanġelu dejjem sejjer, għaliex din is-sura ta’ appostolat li taqbel għal kollox mal-fidi u l-ħajja personali ta’ dak li jkun. Hi wkoll tħabbira verament effikaċi għax biha l-insara lajċi, huma u jaqsmu ma’ ħuthom il-bnedmin l-oħra x-xogħol, id-diffikulatajiet u t-tamiet tagħhom, jaslu biex jidħlu fil-qalb tal-wiesgħa tad-dinja u għall-għarfien aktar fil-fond tal-ħajja tal-bniedem, jiġifieri għall-gharfien tax-xirka tal-bniedem ma’ Alla.

Partiċipazzjoni fi gruppi

29 Ix-xirka tal-Knisja li tkun ġa tidher u sseħħ fl-attivitajiet tal-individwi tikseb dehra oħra speċifika kull darba li l-lajċi nsara jkunu jaħdmu flimkien, jiġifieri meta jagħmlu ħidma ma’ oħrajn, huma u jieħdu sehem responsabbli fil-ħajja u l-missjoni tal-knisja.

F’dawn l-aħħar żminijiet, din is-sura ta’ ħidma flimkien tal-lajċi nsara ħadet dehra ta’ varjetà u ta’ vivaċita’ partikulari. Għalkemm tul il-ġrajja kollha tal-Knisja dejjem kien hemm, b’xi mod assoċjazzjonijiet ta’ nsara lajċi, kif juruna l-ħafna fratellanzi, terz’ordni u sodalitajiet ta’ kull sura li għad hawn fil-Knisja, f’dawn l-aħħar żminijiet dawn l-għaqdiet lajċi kisbu ħajja ġdida bit-tkattir ma’ kullimkien ta’ għadd kbir ta’ assoċjazzjonijiet ġodda, għaqdiet, gruppi, komunitajiet, u movimenti. Nistgħu nitkellmu dwar żmien ġdid tal-assoċjazzonijiet tal-lajċi nsara, għaliex “illum, flimkien mal-assoċjazzjonijiet tradizzjonali, u spiss ħerġin minnhom, qed jinbtu assoċjazzjazzonijiet u movimenti ġodda, b’suriet u għanijiet proprji, tant hu kbir l-għana u tant huma s-suriet ta’ ħajja li l-Ispirtu s-Santu qed iqajjem fi ħdan il-Knisja, u tant hi l-ħila u l-ġenerożita’ tal-lajċi nsara biex jagħtu bidu għal-inizjattivi ġodda˝ (105).

F’dawn l-assoċjazzjonijiet tal-lajċi naraw differenzi kbar kemm dwar l-aspett estern tagħhom, kemm dwar il-mod kif iħarrġu l-membri tagħhom, kemm dwar il-mezzi li jużaw għal dan, u kemm dwar il-ħidmiet li jagħmlu. Iżda mbagħad jekk inqisu l-għan ewlieni tagħhom kollha, naraw li hemm qbil sħiħ bejniethom, għaliex dan l-għan ewlieni tagħhom hu s-sehem responsabbli fil-missjoni tal-Knisja, jiġifieri li jwasslu l-Evanġelju ta’ Kristu lid-dinja bħala għajn ta’ tama għat-tiġdid tal-bniedem u ta’ l-istess soċjeta’.

Dawn l-isforzi tal-lajċi nsara biex jingħaqdu flimkien għar-raġunijiet spiritwali u ta’ appostolat, għandhom aktar minn bidu wieħed u qed iwieġbu għal ħafna ħtiġijiet, huma xhieda l-ewwelnett tan-natura soċjali tal-bniedem bħala persuna, mbagħad hemm il-ħtieġa li kull ħidma li ssir tkun aktar wiesgħa ħa tilħaq sewwa u aħjar l-għan tagħha. Verament kull ħidma ‘kulturali’, jiġifieri l-bidu, u kull sforz li jsir għat-titjib tal-ambjent u tas-soċjeta’ tal-bnedmin, u l-frott u s-sinjali ta’ din il-ħidma ma jiġux minn dak li tagħmel persuna waħda, minn individwu, imma minn ‘persuna soċjali’, jiġifieri minn grupp, kuminita’, għaqda jew ‘moviment’…. Dan jidher kemm hu veru mis-soċjeta’ tagħna llum, soċjeta’ pluralistika u maqsuma, kif narawha f’ħafna partijiet tad-dinja, soċjeta’ b’ħafna problemi diffiċli u komplessi. Min-naħa l-oħra, u l-aktar fid-dinja sekolarizzata ta’ llum, dawn il-ħafna suriet ta’ assoċjazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira ħafna għall-ħajja nisranija ħa tkun taqbel ma dak li jitlob l-Evanġelju u għall-impenn fil-ħidma tal-missjoni u tal-appostolat tal-Knisja.

Barra dawn ir-raġunijiet, hemm raguni aktar għolja li titlob u tiġġusifika l-assoċjazzjonijiet tal-lajċi nsara, hi raġuni ekklesjoloġika kif juri ċar il-Konċilju Vatikan II li, fl-appostolat permezz tal-għaqdiet, jara sinjal tax-xirka u tal-għaqda tal-Knisja fi Kristu. ˝ (106)

Hu “sinjal˝ li jrid jidher fir-relazzjonijiet ta’ ‘xirka’, kemm fi ħdan kull għaqda u kemm ma’ l-għaqdiet l-oħra kollha u fil-kontest sħiħ tax-xirka tal-insara. L-aspett ekklesjoloġiku li semmejt aktar ’l fuq juri xi jfisser id-‘dritt’ proprju tal-lajċi li jwaqqfu assoċjazzjonijiet tagħhom, u juri wkoll il-ħtieġa li jkun hemm ‘kriterji’ li juru jekk dawn l-ssoċjazzjonijiet humiex verament assoċjazzjonijiet tal-Knisja.

L-ewwelnett irridu nammettu li l-lajċi nsara fil-Knisja għandhom id-dritt li jwaqqfu assoċjazzjonijiet, dan hu veru dritt u mhux xi ‘konċessjoni’ ġejja minn xi awtorita’, hu dritt li joħroġ mill-Magħmudija, għaliex dan hu s-Sagrament li jsejjaħ lill-insara lajċi biex ikollhom sehem attiv fix-xirka u l-missjoni tal-Knisja. Dwar dan, il-Konċilju jitkellem b’mod ċar ħafna, Il-lajċi nsara għandhom dritt li jwaqqfu assoċjazzjonijiet u jmexxuhom, u jissieħbu ma’ assoċjazzjonijiet li ġa jeżistu, basta tkun imħarsa kif għandu jkun ir-relazzjoni mal-awtorita’ tal-Knisja˝ (107). Il-Kodiċi l-ġdid igħid dan, “Il-lajċi nsara għandhom id-dritt kollu li jwaqqfu u jmexxu assoċjassonijiet bi skop ta’ ħidma karititattiva u reliġjuża, jew biex iġibu ‘l quddiem fid-dinja l-vokazzjoni nisranija, għandhom id-dritt ukoll li jiltaqgħu ħa jġibu ‘l quddiem flimkien dawn l-għanjiet˝ (108).

Hu dritt li l-awtorita’ tal-Knisja tagħraf u tħares, dritt li għandu jseħħ dejjem u biss f’xirka mal-Knisja, hekk biss id-dritt tal-lajċi nsara li jwaqqfu assoċjazzonijiet tagħhom, ikun jaqbel mal-ħajja tax-xirka u tal-missjoni tal-Knisja.

Il-Kriterji tal-Ekklesjalità tal-Gruppi tal-Lajċi

  1. Għandna nifhmu l-ħtieġa li jkun hemm kriterji ċari u eżatti, li jissejħu ‘kriterji ta’ ekklesjalita˝, biex jingħażlu u jingħarfu dawn l-assoċjazzjonijiet tal-lajċi fid-dawl tax-xirka u tal-missjoni tal-Knisja, dan ma jmurx kontra d-dritt tal-lajċi li jwaqqfu għaqdiet tagħhom.

Bħala kriterji fondamentali biex jingħarfu liema huma l-assoċjazzjonijiet tal- lajċi nsara fil-Knisja, nistgħu nsemmu l-kriterji li ġejjin, kriterji li għandhom jitqiesu kollha flimkien.

– il-vokazzjoni għall-qdusija bħala l-għan ewlieni tal-lajċi nsara, vokazzjoni litidher mill-frott tal-grazzja li l-Ispirtu s-Santu joħloq fl-insara,(109) u li bih huma jaslu għall-milja tal-ħajja nisranija u għall-perfezzjoni tal-imħabba. (110)

Minħabba f’dan, kull assoċjazzjoni tal-lajċi nsara li msejħa biex tkun fil-Knisja dejjem aktar strument ta’ qdusija, hija u ġġib ‘il quddiem għaqda dejjem akbar bejn il-ħajja ta’ kull jum tal-membri tagħha u l-fidi tagħhom, u tħeġġiġhom għall din l-għaqda bejn fidi u ħajja. (111)

-responsabbilta’ fl-istqarrija tal-fidi kattolika, billi l-lajċi nsara jilqgħu l-verita’ dwar Kristu, il-Knisja u l-bniedem, u jxandruha, b’ubbidjenza lejn il-maġisteru tal-Knisja, li biss jista’ jfissirha b’mod awtentiku. Għalhekk kull assoċjazzjoni tal-insara lajċi trid tkun post l-aktar adatt fejn tixxandar u titħabbar il-fidi, u fejn il-membri jiġu mħarrġin fis-sħuħija kollha tagħha,

– xhieda ta’ xirka sħiħa u konvinta, bħala ulied, mal-Papa ˝li hu dejjem il-bidu u l-pedament li jidher tal-għaqda fil-Knisja universali˝, (112) u ma’ l-Isqof li hu dejjem ˝il-bidu u l-pedament li jidher˝ (113) tal-knisja lokali, xhieda wkoll ta’ rispett għal xulxin mis-suriet kollha ta’ appostalat fil-Knisja˝ (114).

Ix-xirka mal-Papa u ma’ l-Isqof tintwera mid-dispożizzjoni li l-insara juru li huma lesti jilqgħu bil-fedelta’ kollha t-tagħlim tagħhom u jħarsu wkoll in-normi pastorali li jagħtu. Barra dan, ix-xirka tal-Knisja titlob li fil-Knisja jkun hemm ħafna suriet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ lajċi nsara, u jkunu dejjem disposti li jaħdmu flimkien u jgħinu lil xulxin.

– il-għan tagħhom ikun jaqbel mal-għan appostoliku tal-Knisja u jissieħeb miegħu, jiġifieri jagħtu sehemhom għax-xandir tal-Evanġelju fost in-nies ħa jqaddsuhom u jrawwmulhom il-kuxjenza, u hekk jimlew bl-ispirtu tal-Knisja l-komunitajiet u l-ambjenti kollha (115).

Fid-dawl ta’ dan, jeħtieġ li fis-suriet kollha tas-assoċjazzjonijiet tal-lajċi, u f’kull waħda minnhom, ikun hemm vera ħeġġa missjunarja biex minn jum għal ieħor isiru dejjem aktar xandara ġodda tal-Evanġelju.

– L-impenn li jkunu preżenti fi ħdan is-soċjeta’ tal-bnedmin b’mod li, fid-dawl tat-tagħlim soċjali tal-Knisja, iħabirku biex iħarsu d-dinjità sħiħa tal-bniedem.

Fid-dawl ta’ dan l-assoċjazzjonijiet tal-insara lajċi jridu jkunu egħjun ħajja ta’ parteċipazzjoni u solidarjeta’, biex fi ħdan l-istess soċjeta’ jkun hemm dejjem aktar kondizzjonijiet ta’ ġustizzja u ta’ fraternita’.

Il-kriterji fondamentali li semmejt sa issa, jridu jitwettqu b’dak li verament isir fil-prattika fil-ħajja u l-ħidma ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet, bħalma huma, il-gost imġedded fit-talb, il-kontemplazzjoni, l-imħabba għal-liturġija u għas-sagramenti, il-ħidma favur il-vokazzjonijiet għaż-żwieġ nisrani, għas-saċerdozju ministerjali, għall-ħajja konsagrata, id-dispożizzjoni għall-kollaborazzjoni mal-programmi u l-attivitajiet tal-Knisja kemm dik lokali, u kemm ta’ dik nazzjonali jew universali, l-impenn fit-tagħlim tal-katekiżmu, imsieħeb ma’ tħejjija pedagoġika serja għall-edukazzjoni tal-insara, l-isforz biex ikun hemm preżenza nisranija fl-oqsma kollha tal-ħajja soċjali, flimkien mat-twaqqif u l-animazzjoni ta’ opri karitattivi, kulturali u spiritwali, spirtu ta’ ċaħda għall-ġid tad-dinja u ta’ faqar evanġeliku, li minnu tiġi mħabba akbar għall kulħadd, konversjoni għall-ħajja nisranija u s-sejħa lura għax-xirka mill-ġdid mal-Knisja ta’ dawk l-imgħammdin li ‘tbiegħdu˝ minnha.

Is-servizz tar-rgħajja tal-erwieħ għax-xirka tal-Knisja

31      Ir-Rgħajja tal-Knisja, ukoll jekk jinsabu imġarrbin minn xi diffikultajiet

– diffikultajiet li wieħed jifhimhom – diffikultajiet li jaqilgħulhom xi assoċjazzjonijiet li ġa jeżistu jew ukoll minn xi assoċjazzjonijiet ġodda, ma għandhomx jibqgħu lura milli jużaw l-awtorita’ tagħhom, mhux biss għall-ġid tal-Knisja, imma wkoll għall-ġid tal-istess assoċjazzjonijiet tal-lajċi nsara. Jeħtieġ għalhekk isieħbu l-ħidma tagħhom ta’dixxerniment ma’ ħidma biex imexxu u jġibu ‘l quddiem l-assoċjazzjonijiet tal-lajċi nsara, b’mod li dawn jikbru kontinwament fix-xirka u l-missjoni tal-Knisja.

Madankollu jaqbel ħafna li xi wħud minn dawn l-assoċjazzonijiet u movimenti ġodda, minħabba li huma mxerrda kemm f’pajjiżi sħaħ u kemm fid-dinja kollha, ikollhom għarfien uffiċjali,jiġifieri jkollhom approvazzjoni espliċita mill-awtoritajiet ekklesjastiċi kompetenti. Dan ġa qalu l-Konċilju meta tenna, ˝L-appostolat tal-lajċi jista’ jkollu relazzjonijiet diversi mal-ġerarkija, skond is-suriet u l-għanijiet diversi tal-appostolat… Xi suriet tal-appostolat tal-lajċi ġew espliċitament, mod jew ieħor, magħrufin mil-ġerarkija. Iżda l-awtorita’ ekkleżjastika tista’ wkoll, fost l-assoċjazzjonijiet ta’ appostolat li għndhom bħala għan ewlieni tagħhom għan spiritwali, tagħżel, jekk dan ikun meħtieġ mill-ġid tal-Knisja kollha, xi wħud minnhom u tmexxihom ’il quddiem, f’każi bħal dawn, il-Knisja jkollha responsabbilita’ speċjali għalihom. (116).

Fost il-ħafna suriet ta’ appostolat tal-lajċi, li għandhom relazzjoni speċjali mal-ġerarkija, l-isqfijiet tas-Sinodu semmew il-ħafna movementi u assoċjazzjonijiet ta’ l-Azzjoni Kattolika, li fihom ˝il-lajċi jissieħbu liberament f’sura organika u soda, imqanqlin mill-Ispirtu s-Santu, f’xirka mal-isqof u mal-presbiteri, biex, skond is-sejħa proprja tagħhom, u b’metodu speċjali, igħinu, għall-kobor tal-komunita’ nisranija kollha, fil-ħidma pastorali u fit-tħabbir tal-Evanġelju fl-ambjenti kollha tal-ħajja, bil-fedelta’ kollha u b’kull ħeġġa˝. (117)

Il-Kunsill Pontifiċju tal-Lajċi ġie nkarigat li jħejji lista ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet li għandhom l-approvazzjoni tas-Santa Sede u fl-istess ħin, bi ftehim mal-Kunsill Pontifiċju għall-Għaqda tal-Insara, jara taħt liema kundizzjonijiet tista’ tiġi approvata assoċjazzjoni ekumenika, li tagħha l-akbar għadd ta’ membri jkunu kattoliċi, u għadd iżgħar ta’ membri mhux kattoliċi, u jara wkoll f’liema każijiet ma tkunx tista’ tingħata approvazzjoni pożitiva. (118)

Ilkoll kemm aħna, rgħajja u nsara, aħna fid-dmir ngħinu u nsaħħu kontinwament ir-rabtiet u r-relazzjonijiet ta’ rispett, ħbiberija u kollabrazzjoni bejn il-ħafna assoċjazzjonijiet tal-lajċi, fi spiritu ta’ aħwa. B’dan il-mod biss l-għana tad-doni tal-kariżmi li joffrilna l-Mulej, jistgħu jgħinu għall-bini tad-dar ta’ kulħadd bl-ordni tal-frott, ˝Għall-bini fis-sod tad-dar ta’ kulħadd jeħtieġ ukoll li nwarrbu kull spirtu ta’ pika u ta’ ġlied, u nħabirku aktar biex nuru stima għal xulxin (ara Rum 12,10), b’ħerqa kbira għall-imħabba ta’ xulxin u għall-kollaborazzjoni bejnietna, bis-sabar kollu, b’ħarsitna ’l quddiem, lesti għal kull sagrifiċċju, li xi kull tant dan kollu jitlob minna˝(119).

Nerġgħu għal kliem Ġesù, ˝Jien d-dielja, intom il-friegħi˝(Ġw 15,5), biex inroddu ħajr lil Alla għad-don kbir tax-xirka fil-Knisja, li hu rifless, fiż-żmien, ta’ dik ix-xirka ta’ mħabba ta’ Alla wieħed fi Tliet Persuni, li hi minn dejjem u li l-moħħ tal-bniedem qatt ma jista’ jasal biex jifhem. U waqt li nagħarfu dan id-don hekk kbir, infittxu li nħossu wkoll sens qawwi ta’ responsabbilita’, għaliex dan hu don, bħat-talenti tal-Evanġelju, li jitlob li jiġi mħaddem f’ħajja ta’ xirka dejjem akbar.

Tkun responsabbilita’ li dan id-don tax-xirka jfisser, qabel xejn, li timpenja ruħek biex tirbaħ kull xorta ta’ tentazzjoni ta’ firda u ta’ opposizzjoni, li thedded il-ħajja u l-ħidma appostolika tal-insara.

In-niket u l-inkwiet li darba ġarrab San Pawl, wasslu biex igħid, ˝Ngħid jien, li kull wieħed minnkom qiegħed igħid, ‘Jien ta’ Pawlu’, ‘U jien ta’ Apollo’, ‘U jiena ta’ Kefa’, ‘U jien ta’ Kristu’. Jaqaw Kristu mifirud?˝ (1Kor 1, 12-13). Din l-għajta tal-Appostlu llum ukoll tidwi bħala ċanfira ta’ kundanna għall-‘firdiet fil-Ġisem ta’ Kristu’, waqt li għall-kuntrarju, jidwi bħala kliem iħajjar għall-imġieba aħjar, il-kliem tal-istess Appostlu, ˝Nitlobkom, ħuti, f’isem Ġesù Kristu, biex tkunu taqblu fi kliemkom u ma jkunx hemm firdiet bejnietkom˝(1 Kor 1, 10).

B’hekk il-ħajja ta’ xirka fil-Knisja tkun sinjal għad-dinja u qawwa li tiġbed u twassal lill-bnedmin ħa jemmnu fi Kristu, “Ikunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jien fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bagħatni˝(Ġw 17. 21). B’dan il-mod, ix-xirka tinfetaħ għall-missjoni, issir hi stess missjoni.

 

KAP III

JIEN ĦTARTKOM BIEX TMORRU

TAGĦMLU L-FROTT

Ir-responsabbilita’ tal-lajċi nsara fil-Knisja-missjoni

XIRKA MISSJUNARJA

32      Nerġgħu mmorru għall-parabbola evanġelika tad-dielja u l-friegħi tagħha, parabbola li minnufih twassalna b’mod l-aktar naturali biex inqisu l-frott u l-ħajja tad-dielja. Sakemm il-friegħi huma fid-dielja u qed jieħdu l-ħajja minnha, tistennihom jagħmlu frott, kif naqraw fil-Kotba Mqaddsa, ˝Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel kotra ta’ frott˝ (Ġw 15,5). Il-ħajja nisranija, il-ħajja fil-Knisja, jitolbu, min-natura tagħhom, li jagħmlu frott, għalhekk min ma jagħmilx frott ma jibqax fix-xirka tal-Knisja, ˝Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott (Missieri) jaqtagħha˝. (Ġw 15,2)

Din ix-xirka ma’ Ġesù, li minnha toħroġ ix-xirka tal-insara bejniethom, hi l-kondizzjoni meħtieġa biex wieħed jagħmel frott, ˝għaliex mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn˝ (Ġw 15,5). Għalhekk ix-xirka ma’ l-oħrajn hu l-aqwa frott li jistgħu jagħmlu l-friegħi, dan għax hu don ta’ Kristu u tal-Ispirtu tiegħu.

Għaliex xirka tnissel xirka, għalhekk min-natura tagħha stess, tnissel xirka missjunarja, kif għallem Ġesù lid-dixxipli tiegħu, ˝Mhux intom għażiltu lili, imma jiena għażilt lilkom u ħtarkom biex tmorru tagħmlu l-frott, u l-frott tagħkom jibqa’˝ (Ġw 15,16)

Ix-xirka u l-missjoni huma għal kollox marbutin ħaġa waħda flimkien, u tant jissopponu ‘l xulxin u tant huma magħqudin flimkien li ix-xirka nfisha għandha titqies bħala l-bidu u l-frott tal-missjoni, ix-xirka tagħti bidu għall-missjoni u l-missjoni sseħħ fix-xirka. Wieħed u l-istess hu l-Ispirtu li jsejjaħ u jgħaqqad il-Knisja u jibgħatha xxandar l-Evanġelju ˝sa truf l-art kollha˝ (Atti 1,8). Il-Knisja, min-naħa tagħha, tifhem li x-xirka, li ngħatatilha bħala don, hi għall-bnedmin kollha, għandha dimensjoni universali. U għalhekk il-Knisja għandha tafu lill-bnedmin kollha u lil kull bniedem, dan id-don li rċeviet mill-Ispirtu s-Santu, li jsawwab fi qlub l-insara l-imħabba ta’ Kristu, dik il-qawwa ta’ l-għaġeb li tgħaqqad il-Knisja u, fl-istess ħin, twassalha fid-dinja kollha. Il-missjoni tal-Knisja tiġi mill-istess natura tagħha, kif riedha Kristu, jiġifieri ˝sinjal u strument għall-għaqda tal-bnedmin kollha˝ (120). Din il-missjoni għandha bħala għan li l-bnedmin kollha jagħarfu u jaslu biex igħixu dik ix-xirka ˝ġdida˝, li daħlet fil-ġrajja tad-dinja bl-Iben ta’ Alla magħmul bniedem. Għal dan twassal ix-xhieda tal-evanġelista San Ġwann li jgħidilna, b’mod l-aktar żgur, x’inhu l-għan ħieni li għalih timmira l-missjoni kollha tal-Knisja, meta jgħid, ˝Qegħdin inxandrulkom dak li aħna rajna u smajna, biex intom tissieħbu magħna, u l-għaqda tagħna tkun mal-Missier u ma’ Ibnu, Ġesù Kristu˝. (1Ġw 1,3)

Għaliex din hi l-missjoni tal-Knisja, il-Mulej igħabbi b’responsabbilita’ kbira lill-insara lajċi flimkien mal-membri l-oħra tal-Poplu ta’ Alla, kif għarfu sewwa l-Isqfijiet fil-Konċilju Vatikan II, ˝Ir-rgħajja mqaddsa tal-Knisja jafu sewwa ħafna x’sehem jagħtu l-lajċi għall-ġid tal-Knisja. Ir-rgħajja tal-Knisja jafu li Kristu għażilhom mhux biex jieħdu f’idejhom huma biss il-missjoni tal-Knisja għas-salvazzjoni tad-dinja, iżda li l-ogħla dmir tagħhom, biex ilkoll, kull wieħed skond is-sejħa tiegħu u bil-mod tiegħu, jaħdmu flimkien għall-ġid ta’ kulħadd. ˝ (121) Dan l-għarfien deher b’mod ċar u b’qawwa kbira fil-ħidma kollha tas-Sinodu.

IT-TĦABBIRA TAL-EVANĠELJU

Pajjiżi u nazzjonijiet sħaħ

33      Għaliex il-lajċi huma membri tal-Knisja, huma msejħin u għandhom il-missjoni li jxandru l-Evanġelju, għal din il-ħidma jħejjuhom u jimpenjahom is-sagramenti tad-dħul fil-ħajja nisranija u d-doni tal-Ispirtu s-Santu.

Dwar dan hemm il-kliem ċar u mimli tifsir tal-Konċilu Vatikan II, ˝Għaliex imseħbin fil-missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profeta u Sultan, il-lajċi għandhom sehem attiv fil-ħajja u l-ħidma tal-Knisja… Imwettqin mis-sehem attiv li jieħdu fil-ħajja liturġika tal-komunita’ tagħhom, bil-ħerqa kollha jagħtu sehemhom fil-ħidma appostolika tal-istess komunita’, ireġġgħu lura fil-Knisja lil dawk li forsi jinsabu ‘l bogħod minnha, b’ħerqa kbira jgħinu fix-xandir tal-Kelma ta’ Alla, l-aktar billi jgħallmu l-katekiżmu, b l-espernjenzi tagħhom jgħinu biex il-kura tal-erwieħ u l-amministrazzjoni tal-ġid tal-Knisja jkunu aħjar˝ (122).

Issa l-missjoni kollha tal-Knisja, li sseħħ tul iż-żminijiet bil-grazzja u bl-ordni ta’ Kristu, hi miġbura kollha kemm hi u tidher fix-xandir tal-Evanġelju, ˝Morru fid-dinja kollha xandru l-Bxara t-tajba lill-Ħolqien kollu˝ (Mk 16,15), ˝ara jien magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien˝ (Mt 28,20). Ma’ dal-kliem jaqbel kliem il-Papa Pawlu VI, ˝Għandna nqisu x-xandir tal-Evanġelju bħala l-grazzja u l-vokazzjoni tal-Knisja u juri l-ogħla identita’ tagħha˝ (123).

Bl-istess xandir tal-Evanġelju l-Knisja timbena u tikber bħala xirka ta’ fidi, b’mod aktar preċiż bħala komunita li, marbuta mal-Kelma ta’ Alla, tistqarr il-fidi tagħha, tiċċelebraha fis-sagramenti u tgħixha fl-imħabba, li hi r-ruħ tal-ħajja morali u nisranija. Dan għaliex il-˝bxara t-tajba˝ tfittex li tqanqal il-qalb u l-ħajja tal-bniedem biex idur lejn Kristu Ġesù, Mulej u Feddej, u jingħaqad miegħu, barra dan tħejjiħ għall-Magħmudija u għall-Ewkaristija u tqawwilu l-fehma li jikseb il-ħajja ġdida skond l-Ispirtu.

Il-kmandament ta’ Ġesù, ˝Morru xandru l-bxara t-tajba˝, jibqa’ dejjem igħodd u jitlob li jkun imħares bla tlaqliq, u l-qagħda ta’ llum, mhux biss fid-dinja, imma wkoll f’ħafna partijiet tal-Knisja, titlob li l-Kelma ta’ Kristu tiġi milqugħa minnufih u bil-ħeġġa u obduta bil-qalb kollha, kull dixxiplu ta’ Kristu hu personalment imsejjaħ, u ebda wieħed ma hu ħieles li ma jweġibx għas-sejħa, ˝Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju˝ (1Kor 9, 16).

Wasal il-waqt li l-evanġelju jixxandar mill-ġdid

  1. Pajjiżi u nazzjonijiet sħaħ fejn fl-imgħoddi r-reliġjon u l-ħajja nisranija kienu jiffjorixxu, u kienu kapaċi jagħtu bidu għall-komunitajiet ta’ fidi ħajja u ħabrieka, illum jinsabu mġarrbin ħafna, u xi wħud inbidlu għal kollox minħabba l-indifferentiżmu, is-sekulariżmu u l-ateiżmu. Dawn huma l-aktar pajjiżi u n-nazzjonijiet ta’ ˝l-ewwel dinja˝, kif tissejjajħ, fejn il-ġid ekonomiku u l-ħajja ta’ nfiq bla rażan — ukoll jekk fosthom issib ukoll ambejti ta’ faqar tal-biża’ u ta’ miżerja kbira, –iħajru n-nies igħixu ħajja ˝qisu ma hemmx Alla˝. Iżda l-indifferentiżmu fir-reliġjon u t-traskuraġuni sħiħa tal-qima ta’ Alla ma joħolqux tħassib inqas milli joħloq inkwiet l-ateiżmu, l-istess ħajja nisranija, għalkemm għadha turi ruħha f’xi mġiba tradizzjonali u f’xi ċelebrazzjonijiet ritwali, bil-mod il-mod, qiegħda titwarrab ukoll mill-mumenti l-aktar importanti tal-ħajja, bħalma huma t-twelid, il-mard u l-mewt. U għalhekk qed jinħolqu kwistjonijiet u problemi tal-biża’, li jwasslu n-nies ta’ llum, għax ma jsibux tweġiba għalihom, għall-ħafna qtiegħ il-qalb bla faraġ jew għall-ġenn li jeqirdu ħajjithom, li tqanqlilhom dawn il-probemi.

F’pajjiżi u nazzjonijiet oħra, fejn għad hemm tradizzjonijiet ħajja ta’ tjieba u ta’ reliġjożita’ nisranija popolari, dan il-wirt morali u spiritwali hu mhedded minn ħafna perikoli, u fost dawn il-perikoli hemm is-sekularizzazzjoni u t-tixrid tas-setet. Għalhekk biss ix-xandir tal-evanġelju jista’ jwassal għall-kobor ta’ fidi ċara u fil-fond, kobor li jwassal biex dawn it-tradizzjonijiet jiksbu l-qawwa ta’ ħelsien tassew.

Veru li jeħtieġ illi s-soċjeta’ tal-bnedmin kullimkien terġa’ timtela bi spirtu nisrani. Iżda dan jista’ jseħħ biss jekk jiġġedded l-ambjent nisrani tal-komunitajiet ekklesjali ta’ dawn il-pajjiżi u ta’ dawn in-nazzjonijiet.

Issa l-insara lajċi għaliex għandhom sehem mill-missjoni profetika ta’ Kristu, huma mpenjati bis-sħiħ f’din il-ħidma tal-Knisja, sehemhom, b’mod speċjali, hu li jagħtu xhieda kif il-fidi nisranija tista’ tagħti tweġiba li tassew tiswa, tweġiba li ftit jew wisq jagħrafha u jridha kulħadd, tweġiba għall-kwistjonijiet u t-tamiet li l-ħajja toħloq għal kull bniedem u għal kull soċjeta’. Dan jista’ jiġri jekk l-insara lajċi jaslu biex huma stess jegħelbu l-firda bejn l-Evanġelju u l-ħajja li hemm fil-ħajja tagħhom ta’ kull jum, fil-familja, fuq ix-xogħol, u fis-soċjeta’, ħa jgħixu ħajja li tikseb is-sħuħija tagħha fid-dawl u bil-qawwa tal-Evanġelju.

Nagħmel għalhekk, b’ħerqa liema bħala, lill-bnedmin kollha ta’żmienna, it-talba li kont għamiltilhom bil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħi, ˝Tibżgħux, iftħu, iva, iftħu beraħ il-bibien lil Kristu!˝ Iftħu l-fruntieri ta’ blietkom għas-setgħa tiegħu li ssalva, iftħu wkoll għalih is-sistemi ekonomiċi u politiċi tagħkom, l-oqsma kollha tal-kultura, taċ-ċivilta’ u tal-progess. Tibzgħux! Kristu jaf ˝dak li hemm fil-bniedem˝. Hu biss jafu! Spiss illum il-bnedmin ma jafux x’hemm ġewwa fihom, x’hemm fil-fond tal-fehmiet tagħhom, x’għandhom f’qalbhom, u lanqas huma żguri dwar xi tfisser il-ħajja li qed jgħixu fid-dinja, hekk li, imtaqqlin minn ħafna dubbji, jaslu biex jiddispraw. Ħallu, nitlobokom, ħallu ‘l Kirstu jkellem lin-nies, nitlobkom dan, bl-umilta’ u l-fiduċja kollha. Hu biss għandu l-kliem tal-ħajja, il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem˝. (124)

Tiftaħ il-bibien għal Kristu, tilqgħu fin-natura tiegħek ta’ bniedem, bl-ebda mod ma jheddek bħala bniedem, anzi hu t-triq waħdanija għalik bħala bniedem jekk trid li tagħraf lilek innifsek fil-verita’ sħiħa tiegħek u fis-siwi għoli tiegħek.

Meta l-lajċi nsara jaslu biex jobtu l-ħarsien tal-Evanġelju mal-qadi ta’ dmirijiet tagħhom ta’ kull jum fil-ħajja, huma jkunu jagħtu xhieda sabiħa u effikaċi li, mhux il-biża’, imma l-ħerqa ta’ Kristu u l-irbit miegħu huma l-elementi li tassew jeħtieġ il-bniedem biex igħix, jikber u jasal għal suriet ġodda ta’ ħajja li jaqblu aktar mad-dinjita tal-bniedem.

Il-bniedem hu maħbub minn Alla! Din hi bxara sempliċi ħafna li tħawwadna, bxara li n-nies jafuha fil-Knisja. Hi bxara li l-insara, bil-kelma tagħhom u b’ħajjithom, jistgħu u għandhom iħabbru b’leħen għoli, Alla jħobbok! Kristu igħix għalik! Għalik Kristu hu ˝it-triq, il-verita’, il-ħajja. ˝ (Ġw 14,6)

Din is-sura ġdida ta’ xandir tal-Evanġelju, magħmula mhux biss lill-individwi, imma wkoll lill-gruppi kollha tal-bnedmin, gruppi ta’ ħafna suriet minħabba l-kondizzjonijiet u l-ambjent li fihom igħixu, u minħabba l-kultura tagħhom, trid twassal biex ikun hemm komunitajiet ekklesjali aktar maturi, jiġifieri komunitajiet li fihom tiddi l-fidi u twassal bil-qawwa kollha tagħha u bit-tifsir sħiħ tagħha għal rabta sħiħa mal-persuna ta’ Kristu, u mal-Evanġelju tiegħu, għal laqgħa u għal xirka miegħu permezz tas-sagramenti, u għall-ħajja ta’ mħabba u ta’ qadi. Għalhekk il-lajċi nsara għandhom sehem fil-formazzjoni ta’ dawn il-komunitajiet mhux biss bis-sehem attiv u responsabbli tagħhom fil-ħajja komunita’, u bix-xhieda tagħhom li ma jistax jagħtiha ħaddieħor, imma wkoll bl-impenn u l-ħidma missjunarja tagħhom fost dawk li ma jemmnux jew ma għadhomx igħixu skond il-fidi li rċevew fil-Magħmudija.

L-insara lajċi, permezz tal-ħidma organizzata ta’ katekeżi, għandhom jagħtu għajnuna li tkun tassew tiswa lill-ġenerazzjonijiet ġodda. L-isqfijiet għarfu, b’ħajr liema bħalu, l-importanza tal-ħidma ta’ min hu mpenjat fit-tagħlim tal-katekiżmu, għaliex dawn ˝qed jaqdu missjoni ta’ siwi kbir biex jagħtu ħajja lill-komunitajiet ekklesjali˝ (125). Għalkemm il-ġenituri nsara, jiksbu l-ħila għal dan mis-Sagrament taż-Żwieġ u għalhekk għandhom jitqisu bħala l-ewwel katekisti ta’ wliedhom, u katekisti li ma jistax ikun hemm oħrajn bħalhom, ilkoll għandna nħossu li kull min hu mgħammed għandu d-˝dritt˝ jiġi mgħallem, edukat, u mwassal għall-fidi u għall-ħajja nisranija.

Morru fid-dinja kollha

35 Waqt li l-Knisja qed tifhem aħjar il-ħtieġa li jseħħ minnufih xandir mill-ġdid tal-Evanġelju, ma tistax hi stess twarrab id-dmir li qatt ma tieqaf twassal l-Evanġelju lil dawk, illum aktar minn eluf ta’ eluf ta’ rġiel u nisa, li għad ma jafux bi Kristu l-Feddej tal-bniedem. Dan huwa dmir kollu kemm hu missjurajru li Kristu ta lill-Knisja, u kull jum għadu jagħtihulha.

F’din il-ħaga l-impenn tal-lajċi, għalkemm qatt ma naqas, illum deher li hu meħtieġ iżjed, u hu aktar ta’ siwi, l-istedina tal-Mulej, ˝Morru fid-dinja kollha˝ ma tieqaf qatt tqanqal ħafna lajċi kollhom ħeġġa li bla heda qegħdin iħallu l-ambjent fejn igħixu, ix-xogħol tagħhom, pajjiżhom u ġenshom biex imorru, almenu għal ftit żmien, f’pajjiż tal-missjoni. Huma u jimitaw iż-żewġ miżżewġin insara. , Akwila u Prixxilla (ara Atti 18, Rum 16,3s) xi miżżewġġin insara wkoll, illum, bil-preżenza u l-impenn tagħhom fl-artijiet tal-missjoni, qegħdin jagħtu xhieda tassew ta’ faraġ u ta’ mħabba bla qjies għal Kristu u għall-Knisja. Għandna nqisu wkoll bħala missjunarja, il-preżenza ta’ dawk li, għal raġuni jew oħra, qed igħixu u jagħtu xhieda tal-fidi tagħhom f’dawk il-pajjiżi u f’dawk l-ambjenti fejn għad ma twaqqfitx il-Knisja.

Il-problema missjunarju llum hu hekk kbir u hekk serju għall-Knisja, li biss, jekk il-membri kollha tal-Knisja, kemm individwalment u kemm bħala membri ta’ komunitajiet insara, jidħlu għar-responsabbiltajiet tagħhom b’solidarjeta’ sħiħa bejniethom, jista’ wieħed jittama li jkun hemm tweġiba aktar effikaċi. L-istedina li l-Konċilju Vatikan II għamel lill-knejjes lokali għad għandha l-qawwa kollha tagħha, anzi titlob li tiġi milqugħa b’mod aktar ġenerali u deċiż hekk li ˝l-knisja lokali għaliex hi mistennija turi b’mod l-aktar perfett il-Knisja universali, trid tħoss fuq li tħoss li hi wkoll qed tintbagħad lil dawk li ma jemmnux fi Kristu. ˝ (126)

Il-Knisja llum trid tagħmel pass kbir ‘l quddiem fix-xandir tal-Evanġelju, trid tagħmel pass storiku ġdid biex tkabbar il-ħidma missjunarja tagħha. F’din id-dinja, fejn id-distanzi qed jonqsu u d-dinja qed tiċkien, il-komunitajiet ekkleżali jeħtieġ li jkunu magħqudin flimkien, igħinu lil xulxin bil-ħeġġa u mezzi kollha tagħhom, u jissieħbu flimkien għall-ħidma waħda, biex ixandru u jgħixu l-Evanġelju. Dan qaluh l-isqfijiet tas-Sinodu, ˝Il-knejjes ġodda jeħtieġu l-qawwa tal-knejjes qodma, kif dawn jeħtieġu x-xhieda tal-knejjes ġodda, b’mod li kull Knisja tieħu mill-ġid tal-knejjes l-oħra. ˝(127).

F’dan il-pass ġdid ‘il quddiem, mhux biss il-formazzjoni tal-kleru tal-post, imma wkoll il-formazzjoni ta’ lajċi mħejjija tajjeb u jħossu sewwa dmirjiethom, għandhom jitqisu bħala elemeti ewlenin u essenzjali fil-knejjes ġodda, biex il-Knisja tagħmel l-egħruq f’pajjiżhom (128), b’hekk l-istess komunitajiet li lilhom qed jitħabbar l-Evanġelju, iħossu ruħhom imbuttati biex imorru f’pajjiżi oħra tad-dinja, ħa jaqdu d-dmir li jħabbru l-Evanġelju ta’ Kristu u jagħtu xhieda għalih.

Il-lajċi nsrara bl-eżempju ta’ ħajjithom u bl-impenn tagħhom jistgħu joħolqu relazzjonijiet aħjar ma’ nies li jħaddnu reliġjonijiet oħra, kif wissew sewwa l-isqfijiet fis-Sinodu, ˝Il-Knisja llum tinsab kullimkien fid-dinja, fost ġnus li jħaddnu ħafna reliġjonijiet…. L-insara kollha, u b’mod speċjali l-lajċi li jgħixu fost ġnus ta’ reliġjonijiet oħra, kemm jekk igħixu f’pajjiżhom, kemm jekk huma emigranti, iridu jkunu għal dawn kollha sinjal tal-Mulej u tal-Knisja tiegħu, skond iċ-ċirkustanzi tal-ħajja f’kull post. Id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet hu importanti ħafna, għaliex jwassal għar-rispett u l-imħabba għal xulxin, ineħħi, jew almenu jnaqqas, il-preġudizzji li jkun hemm fost il-membri ta’ dawn ir-reliġjonijiet, u jġib ‘il quddiem l-għaqda u l-ħbiberija bejn il-ġnus˝ (129).

Huma meħtieġa x-xandara tal-Evanġelju biex l-Evanġelju jixxandar fid-dinja. Għalhekk ilkoll, u l-aktar il-familji nsara, irridu nħossu li aħna responsabbli biex tinbet u tilħaq il-kobor sħiħ tagħha vokazzjoni speċifikament missjunarja kemm ta’ saċerdoti, u kemm ta’ reliġjużi u ta’ lajċi, billi nużaw il-mezzi kollha adatti, mingħajr ma nwarbu qatt fil-ġenb il-mezz privileġġjat tat-talb, skond kliem il-Mulej, ˝Il-ħsad hu kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu˝ (Mt 9, 37-38).

 

NGĦIXU L-EVANĠELJU BIL-QADI TAL-PERSUNA U TAS-SOĊJETA’

  1. Il-Knisja hija u tilqa’ u xxandar l-Evanġelju bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, issir komunita’ ˝evanġelizzata˝ u ˝evanġelizzatriċi’, u għalhekk tkun qaddejja tal-bnedmin, fiha, il-lajċi nsara għandhom sehem fil-missjoni ta’ servizz lill-individwi u lis-soċjeta’. Il-Knisja, bħala għan ewlieni tagħha, għandha s-Saltna ta’ Alla, li tagħha hi stess ˝hi, fuq l-art, iż-żerriegha u l-bidu˝ (130), u minħabba f’hekk, hi kollha kemm hi dedikata għall-glorifikazzjoni tal-Missier, iżda s-Saltna ta’ Alla hi l-bidu tal-ħelsien sħih u tas-salvazzjoni kollha tal-bnedmin, il-Knisja għalhekk tmixi u tgħix magħhom u hi marbuta ħaġa waħda magħhom fi ġrajjiethom.

Il-Knisja, għax laqgħet id-dmir li xxandar fid-dinja l-misteru ta’ Alla li jiddi fi Kristu, turi lill-bniedem x’inhu l-bniedem fih innfisu, iddawwallu s-sens ta’ l-eżistenza tiegħu, u twasslu għall-verita’ sħiħa tiegħu nnifsu u tad-destin tiegħu (131). Fid-dawl ta’ dan, il-Knisja hi msejħa biex taqdi l-bniedem, minħabba l-istess missjoni tagħha li xxandar l-Evanġelju. Dan il-qadi fl-aħħar mill-aħħar għandu jkun il-pedament tiegħu f’dik il-ġrajja tal-biża’ u tal-għaġeb, li seħhet meta l-Iben ta’ Alla sar bniedem, u b’xi mod ingħaqad ma’ kull bniedem. (132).

Għalhekk ˝il-bniedem hu l-ewwel triq li minnha trid tgħaddi l-Knisja biex taqdi dmirha, hu l-ewwel triq fondamentali tal-Knisja, li Kristu stess fetħilha u li minnħa jgħaddi bla heda permezz tal-misteru tal-Inkarnazzjoni u tal-Fidwa˝, (133)

Dan qalu spiss il-Konċilju Vatikan II b’mod l-aktar ċar u b’qawwa kbira. Ħa naqraw is-silta tassew ċara tal-Kostituzzjoni Gaudium et Spes, “Il-Knisja hija u tħabbrek biex tilħaq l-għan tagħha ta’ salvazzjoni, mhux biss twassal il-ħajja ta’ Alla lill-bnedmin, imma wkoll b’xi mod ixxerred fuq id-dinja r-rifless tad-dawl tiegħu, l-aktar billi tfejjaq u tgħolli d-dinjità tal-bniedem bħala persuna, issaħħaħ l-għaqda fis-soċjeta’ tal-bnedmin u kull jum tagħti lill-ħidma tal-bniedem tifsir u sens aktar għoli. B’hekk il-Knisja tqis li, flimkien ma’ kull membru tagħha u mal-kumunita tagħha kollha kemm hi tista’ tagħmel tixraq aktar lill-bniedem u lill-familja tiegħu u l-ġrajja kolha tiegħu˝ (134).

Fil-qadi dan id-dmir favur il-familja kollha tal-bnedmin, dmir li tiegħu hi responsabbli l-Knisja kollha, il-lajċi nsara għandhom post speċjali, minħabba l-‘karattru sekulari’ tagħhom, li jimpenjahom biex jagħtu ħajja nisranija lill-ordni temporali, bil-mezzi li huma proprji tagħhom u li ebda ħadd ieħor ma għandu.

Il-promozzjoni tad-dinjità tal-persuna tal-bniedem.

37 L-għarfien tad-dinjità tal-bniedem, dinjità li qatt ma tista’ tiġi mwarrba, u ħidma biex din id-dinjità tkun dejjem aktar magħrufa, hu dmir essenzjali, id-dmir li b’xi mod igħaqqad id-dmirijiet l-oħra kollha għax hu l-qofol ta’ kollox, id-dmir li l-Knisja, u, fiha, il-lajċi nsara huma msejħin biex jaqdu favur il-familja kollha tal-bnedmin.

Dan għaliex fost il-ħlejjaq kollha ta’ l-art, il-bniedem biss hu ‘persuna’ ħielsa ‘persuna’ li tifhem, u għalhekk hu ‘iċ-ċentru u l-qofol’ ta’ kull ma hawn fid-dinja. (135).

Id-dinjità tal-persuna hu l-aqwa u l-għola ġid li għandu l-bniedem, għalhekk dan il-ġid hu aqwa u jiswa aktar mid-dinja materjali kollha kemm hi. ˝X’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? (Mk 8,36), dan il-kliem ta’ Gesu’ jiġbor fih verita’ antropoloġika qawwija u sabiħa, is-siwi tal-bniedem jiġi mhux minn dak ‘li għandu’, ukoll jekk hu l-ġid kollu ta’ l-art, imma minn ‘dak li hu’. Mhux il-ġid ta’ l-art jiswa, imma l-ġid tal-bniedem, il-ġid li hu l-istess persuna tal-bniedem.

Id-dinjità tal-persuna tal-bniedem turi l-ġmiel kollha tagħha meta jitqisu l-bidu u l-għan tagħha, il-bniedem li ġie maħluq fuq is-sura tax-xbieha ta’ Alla u mifdi mid-Demm għażiż ta’ Kristu, hu msejjaħ biex, bħala ‘iben fl-Iben’, ikun tempju ħaj ta’ l-Ispirtu s-Santu, u ġie destinat għall-ħajja ta’dejjem f’għaqda ta’ bla qies ma’ Alla, għalhekk kull tkasbir tad-dinjità tal-persuna tal-bniedem titlob vendetta quddiem Alla, u għandha titqies bħala offiża magħmula lil Alla li ħalaq il-bniedem.

Il-bniedem, minħabba d-dinjità tal-persuna tiegħu, hu ta’ siwi fih innifsu u għalih innifsu, u hekk għandu jiġi stmat u trattat, u mhux stmat u trattat bħala xi ħaġa li biha tista’ tinqeda jew bħala xi strument f’idejk.

Id-dinjità tal-bniedem bħala persuna hi l-pedament tal-fatt li l-bnedmin kollha huma indaqs bejniethom. Minn dan jiġi li l-ħafna suriet ta’ diskriminazzjoni li jaħasra għadhom sa llum jifirdu u jċekknu l-familja tal-bnedmin, għandhom jiġu mwarrba għal kollox, sew jekk huma ġejjin minħabba razza jew qagħda ekonomika sew jekk ġejjin minn fatti soċjali jew kulturali, u sew jekk isiru għal raġunijiet ta’ politika jew ta’ ġijografija, u sew jekk isiru għar-raġunijiet oħra. Kull xorta ta’ diskriminazzjoni hi egħmil kontra l-ġustizzja li ma jistax jiġi tollerat, mhux biss minħabba l-ġlied u l-inkwiet li jista’ joħloq fi ħdan is-soċjeta’, imma wkoll, u aktar għaliex hu offiża lid-dinjità tal-persuna tal-bniedem mhux biss lid-dinjità tal-bniedem li qed isofri diskriminazzjoni imma wkoll, u wisq aktar, hu diżunur għad-dinjita tal-bniedem li jagħmilha. Id-dinjità tal-persuna tal-bniedem, li hi l-pedament tal-ugwaljanza tal-bnedmin, tal-fatt li l-bnedmin huma ndaqs bejniethom, hi wkoll il-pedament tal-parteċipazzjoni u tas-solidarjeta’ tal-bnedmin ma’ xulxin, id-djalogu u l-għaqda tal-bnedmin bejniethom, fl-aħħar mill-aħħar, għandhom l-egħruq tagħhom fil-fatt li l-bnedmin huma l-ewwel nett ‘dak li huma’, qabel ma huma ‘dak li għandhom’, u aktar minnu.

Id-dinjita tal-persuna hi ġid ta’ kull bniedem li minnu qatt ma jista’ jiġi mċaħħad. Hu importanti ħafna li naraw il-qawwa kollha ta’din il-verita’ li għandha l-egħruq tagħha fil-fatt li kull bniedem huwa hu biss u ma hemm ħadd ieħor bħalu, huwa uniku u irripetibbli. Minn dan jiġi li ebda individwu, bla ebda mod, ma jista’ jiġi mgħaffeġ u miġjub fix-xejn minn dak kollu li jista’ jeqridlu l-personalita’ tiegħu u jqisu biss numru f’folla, istutuzzjoni, struttura jew sistema. L-individwu bħala persuna m’huwiex numru, lanqas ħolqa f’katina, lanqas xi ingranaġġ f’magna. Il-verita’ l-aktar radikali u l-aktar għolja li qatt ixxandret, hi l-verita’ li xandar l-Iben ta’ Alla meta sar bniedem fil-ġuf ta’ mara, il-Milied qatt ma jieqaf ifakkarna din il-verita’. (136)

Il-ħarsien tad-dritt għall-ħajja

38 Biex tkun tassew imħarsa d-dinjita ta’ kull bniedem, jeħtieġ li jkunu mħarsa u miġjuba ‘l quddiem id-drittijiet kollha tal-persuna tal-bniedem, huma drittijiet universali, naturali, li ebda individiwu, ebda grupp, ebda setgħa, ebda Stat ma jista’ jbiddel jew – u dan hu agħar – jeqred, għaliex huma drittijiet li ħadd ma jista’ jmisshom, huma invjolabbli, għax ġejjin minn Alla nnifsu.

Din l-invjolabbilita’ tal-persuna tal-bniedem, li hi rifless tal-invjolabbilita’ assoluta ta’ Alla, turi ruħha fundamentalment u l-ewwelnett, fl-invjolabilita’ tal-ħajja tal-bniedem. Għalhekk għandha titqies bħala qarrieqa u fiergħa l-fehma ta’ kulħadd illum, il-fehma ta’ min ifaħħarha dwar id-dritt tal-bniedem għas-saħħa, għad-dar, għax-xogħol, għall-familja, u għall-kultura, u l-bqija, jekk ma jiġix imħares, bil-qawwa kollha, id-dritt għall-ħajja, bħala dritt ewlieni li minnu joħorġu d-drittijiet l-oħra kollha, u huwa l-kondizzjoni meħtieġa biex dawn id-drittijiet ikunu hemm.

Il-Knisja qatt ma qiset ruħha mirbuħa quddiem tant ksur ta’ dan id-dritt għall-ħajja, dritt li hu proprju ta’ kull persuna, ksur li sar u għadu jsir kemm minn individwi u kemm mill-awtoritajiet. Il-bniedem, f’kull mument tal-ħajja tiegħu, minn meta jitnissel fil-ġuf sa ma jmut b’mewta naturali, għandu d-dritt għall-ħajja, u għandu dan id-dritt f’kull qagħda li fiha jista’ jsib ruħu, marid jew f’saħħtu, perfett jew ħandikappat, għani jew fqir. Il-Konċilju Vatikan II itenni b’mod l-aktar ċar, ˝Kull ma hu kontra l-ħajja stess, jiġifieri kull xorta ta’ qtil, il-qerda ta’ popolazzjonijiet sħaħ, l-abort, l-ewtanasja, l-istess suwiċidju, kull ma jagħmel ħsara lis-sħuħija tal-persuna tal-bniedem, jiġifieri l-mutilazzjoni, it-tortura fiżika u mentali, il-pressjoni psikoloġika, kull ma jbaxxi d-dinjita tal-bniedem, jiġifieri qagħdiet ta’ ħajja li bl-ebda mod ma jirxirqu l-bniedem, kundanni arbitrarji tan-nies għall-ħabs, tkeċċija tan-nies minn art twelidhom, il-jasar, il-prostituzzjoni, in-negozju u l-bejgħ ta’ nisa u tat-tfal, kondizzjonijiet ta’ xogħol ta’min jistemerrhom, jiġifieri dawk il-kondizzjonijiet li fihom il-ħaddiem jitqies biss bħala mezz u strument għall-qliegħ tal-flus, u mhux bniedem ħieles u responsabbili, dawn kollha, u ħwejjeġ oħra bħalhom, huma ħżiena u ta’ min jistmerrhom, u waqt li jtebbgħu u jħassru ċ-ċivilta’ tal-bniedem, aktar itebbgħu lil min jagħmilhom milli ‘l min iġarrabhom, għaliex huma għal kollox kontra l-ġieh ta’ Alla, li ħalaq il-bniedem˝. (137)

Għalhekk jekk kulħadd hu fid-dmir li jħares id-dinjità tal-persuna ta’ kull bniedem bir-responsabbilita’ kollha tiegħu, u jħarislu wkoll id-dritt għall-ħajja, b’mod speċjali huma msejħa għal dan dawk il-lajċi nsara, bħalma huma l-ġenituri, l-edukaturi, dawk li jridu jħarsu s-saħħa tan-nies, u dawk li huma responsabbli fl-oqsma tal-ekonomija u tal-politika.

Il-Knisja tilqa’ b’imħabba u b’qalb kbira kull ħajja tal-bniedem, u l-aktar ta’ min hu dgħajjef jew marid, u għalhekk illum qegħdha tgħix mument importanti tal-missjoni tagħha, għaliex illum din il-missjoni hija wisq aktar meħtieġa, tant qiegħda tikber fid-dinja ‘ċivilta tal-mewt’, ˝Il-Knisja temmen bil-qawwa kollha li l-ħajja tal-bniedem, għalkemm dgħajjef jew marid, hi dejjem don mill-isbaħ tat-tjieba ta’ Alla. Kontra l-pessimiżmu u l-egoiżmu li llum qegħdin idallmu d-dinja, il-Knisja żżomm mal-ħajja, u f’kull ħajja tara tiddi dak l-‘Iva’ u dak l-‘Amen’ li hu Kristu nnifsu (ara 2 Kor 1,19, Apok 3,14). Kontra l-‘Le’ li qed dejjem aktar jinstema’ u jnikket id-dinja, il-Knisja ttenni l-‘Iva’ tagħha għall-ħajja, u hekk tħares il-bniedem u d-dinja minn dawk li qed iheddu l-ħajja u jdgħajfuha ˝(138). Il-lajċi nsara li, jew minħabba l-vokazzjoni jew minħabba l-professjoni tagħhom, jaħdmu fil-qasam tal-ħajja, huma fid-dmir li jħabirku biex l-‘Amen’ tal-Knisja għall-ħajja tal-bniedem iseħħ verament bil-fatti.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja tal-bniedem, illum infetħu possibiltajiet u responsabbiltajiet kbar, minħabba l-progress kollu li sar fil-bjoloġija u l-mediċina, imsieħeb ma’ qawwa teknoloġika mill-aqwa, illum il-ħajja tal-bniedem mhux biss tista’ tiġi ‘osservata’, imma tista’ tiġi ‘manipulata’ wkoll sa mill-bidu tagħha u fl-ewwel żviluppi tagħha.

Il-kuxjenza morali tal-bnedmin kollha kemm huma, ma tistax ma’ jimpurtahiex, ma’ tistax tibqa’ indifferenti quddiem il-progress kbir li sar fit-teknika, progress li dejjem aktar qed jikseb setgħa mill-aqwa fuq il-proċess tat-tnissil tal-ħajja u fuq l-ewwel żvillup tiegħu.

Forsi qatt daqs illum, f’dan il-qasam, il-għerf jidher bħala l-mezz waħdieni ta’ salvazzjoni, għaliex il-bniedem, fir-riċerka xjentifika u fl-applikazzjoni tagħha, jista’ dejjem jaħdem b’intelliġenza u imħabba, jiġifieri jista’ dejjem iħares, anzi juri rispett lejn id-dinjità tal-persuna ta’ kull bniedem, dinjità li qatt ma tista’ tiġi mwarrba, sa mill-ewwel mumenti tagħha. Dan jista’ jsir, jekk mill-bidu x-xjenza u t-teknika, b’mezzi leċiti, iħarsu l-ħajja u jfejqu l-mard, u jħallu fil-ġenb – u dan titolbu l-istess dinijta’ tar-riċerka – dak kollu li jista’ jibiddel dak li l-individwu jiret mit-tnissel tiegħu, u l-qawwa tal-bniedem ħa jnissel il-ħajja. (139).

Il-laċi nsara, li huma mpenjati, għal xi raġuni jew oħra, f’livell jew ieħor, fix-xjenzi u fit-teknika, fil-qasam tal-mediċina jew fl-oqsma soċjali, ekonomiċi jew leġislativi, iridu, bil-kuraġġ kollu, jilqgħu l-isfidi li llum qed joħolqulhom il-problemi ġodda tal-bioetika. Araw x’qalu l-isqfijiet tas-Sinodu dwar dan, ˝L-insara jridu jużaw ir-responsabbilitajiet tagħhom bħala sidien tax-xjenza u tat-teknika, u mhux bħala lsira tagħhom…

Quddiem dawn l-‘isfidi’ morali li se toħloq il-qawwa teknoloġika ġdida u tal-għaġeb, qawwa li tista’ thedded mhux biss id-drittijiet fundamentali tal-bniedem imma wkoll l-istess natura bjoloġika tar-razza tal-bnedmin, hu ta’ importanza kbira li l-insara lajċi, bl-għajnuna tal-Knisja universali, jieħdu fuqhom bil-piż li jwasslu mill-ġdid il-kultura għall-prinċipji tal-veru umaniżmu, biex il-mixi ‘l quddiem u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem isibu pedament żgur u dinamiku fl-istess natura tiegħu, dik in-natrua li x-xandir tal-Evanġelju wera lill-bnedmin˝ (140).

Jeħtieġ illum li kulħadd jingħaqad flimkien biex igħasses fuq li jgħasses fuq is-setgħa, l-aktar din teknika, li qed taqa’ f’idejn ftit nies biss. Din il-konċentrazzjoni tas-seta’ f’idejn ftit nies tista’ twassal mhux biss għall-‘manipolazzjoni’ tan-natura bjoloġika tal-bniedem, imma wkoll tal-istess kunxjenza tal-bniedem u tas-suriet kollha tal-ħajja tiegħu, u hekk tikber u tiżdied id-diskrimanazzjoni u l-emarġinazzjoni ta’ popli sħaħ.

Ħielsa li nsejħu isem il-Mulej

39 Ir-rispett tad-dinjità tal-persuna tal-bnedem, li jitlob il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, jitlob ukoll li d-dimensjoni reliġjuża tal-individwu tkun rikonoxxuta.  Dan mhux biss bżonn li jikkonċerna materji ta’ fidi, imma hi ħtieġa li għandha l-egħruq tagħha, egħruq li ma jistgħu jitqaċċtu qatt, fl-istess verita’ tal-bniedem, ir-rabta li biha l-bniedem hu marbut ma’ Alla hi element essenzjali tan-‘natura’ u ta’ l-‘eżistenza’ tal-bniedem, għaliex aħna “ngħixu, nitħarrku u aħna˝ f’Alla (Atti 17,28). Għalkemm mhux kulħadd jemmen din il-verita, kull min hu persważ minnha għandu dritt għar-rispett tal-fidi tiegħu u tal-għażliet li hu jagħmel fil-ħajja individwali u komunitarja tiegħu, għażliet li joħorġu minn din il-fidi. Dan hu d-dritt għal-liberta’ tal-kuxjenza u għal-liberta’ reliġjuża, l-għarfien ta’ dan id-dritt hu ġid mill-ogħla u wieħed mill-ogħla drittijiet ta’ kull poplu li jrid il-ġid tal-bniedem u tas-soċjeta’, ˝Il-liberta reliġjuża hi ħtieġa li d-dinjita tal-bniedem titlob u ma tista’ qatt tiġi mċaħħda minnha, hi l-ġebla tax-xewka tad-drittijiet kollha tal-bniedem, għalhekk hi element, li ma jistax ikun hemm ieħor floku, tal-ġid tal-bniedem bħala persuna u tas-soċjeta’ kollha tal-bnedmin, mhux biss, imma element ukoll biex kull bniedem jilħaq il-kobor sħiħ tiegħu. Minn dan jiġi li l-liberta li kull bniedem u kull komunita’ għandu jkollhom li jistqarru u jgħixu r-reliġjon tagħhom, hi element essenzjali għall-paċi fost il-bniedem…. . id-dritt ċivili u soċjali għal-liberta reliġjuża, għaliex jolqot il-fond tal-ispirtu tal-bniedem, hu sinjal u b’xi mod ukoll qies tad-drittijiet l-oħra funadmentali tal-bniedem˝ (141).

Is-Sinodu ma nesiex li tant aħwa għadhom imċaħħdin minn dan id-dritt u qegħdin iġarrbu, minħabba twemminhom, diffikultajiet, emaġinazzjoni, tbatija, persukuzzjoni u, xi kull tant ukoll, il-mewt. Ħafna minnhom huma rġiel u nisa lajċi nsara. Ix-xandir tal-Evanġelju u x-xhieda ta’ ħajja nisranija fit-tiġrib u l-martirju huma l-qofol tal-appostolat tad-dixxipli tal-Mulej, kif l-imħabba tal-Mulej Ġesù li wasslitu biex joffri ħajtu stess tat frott tal-għaġeb għall-bini tal-Knisja. B’dan il-mod id-dielja mistika tagħti xhieda ta’ saħħitha, kif igħid sewwa Santu Wistin, ˝Dik id-dielja kif ħabbru dwarha l-profeti u kif ħabbar dwarha l-Mulej innifsu, wasslet il-friegħi għammiela tagħha fid-dinja kollha, u aktar tat frott, aktar ma ġiet imsoqqija mid-demm tal-martri˝ (142).

Il-Knisja kollha tħares b’radd ta’ ħajr lejn dan l-eżempju u dan id-don, minn dawn uliedha tikseb il-qawwa biex iġġedded fiha l-ħeġġa għall-ħajja qaddisa ta’ appostolat. Minħabba f’dan, l-isqfijiet fis-Sinodu ħassew li kienu marbutin bi dmir speċjali, jiġifieri ˝li kellhom b’mod speċjali jroddu ħajr lil dawk il-lajċi li għalkemm imxekklin fil-liberta tagħhom u mċaħħdin mill-ministri sagri, qed igħixu f’għaqda sħiħa mas-Sede Appostolika, xhieda qalbiena tal-fidi tagħhom. Jissograw kollox, sa l-istess ħajjithom. B’dan il-mod il-lajċi jagħtu xhieda ta’ karatrru essenzjali tal-Knisja, il-Knisja ta’ Alla hi don tal-grazzja ta’ Alla, u dan jidher, b’mod mill-aqwa, fil-martirju’. (143)

Dan li għidt sa issa dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna tal-bniedem u tad-drittijiet tiegħu, għandu x’jaqsam mar-responsabbilita’ ta’ kull nisrani, ta’ kull bniedem. Iżda rrid minnufih intenni li llum dan hu problema ta’ dimensjoni universali, hu problema li jolqot gruppi sħaħ ta’nies, anzi popli sħaħ, li qed jiġu mkasbrin u nċaħħdin b’qawwa kbira mid-drittijiet fondamentali tagħhom. Min hawn jiġu d-differenzi kbar li hemm fil-mixi ‘l quddiem tan-nies tad-‘Dinjiet’ tal llum, nuqqasijiet li kkundannajt bil-miftuħ fl-aħħar enċiklika tiegħi Sollicitudo rei socialis.

Ir-rispett għall-persuna tal-bniedem hu wisq aktar milli titlob l-etika individwali, għax hu l-ogħla kriterju, il-pilastru li fuqu hi mibnija s-soċjeta’ kollha tal-bnedmin, għaliex is-soċjeta bħala għan sħiħ tagħha għandha l-persuna tal-bniedem.

Għalhekk id-dmir tal-qadi tal-persuna tal-bniedem hu marbut, b’rabta liema bħala, mad-dmir tal-qadi tas-soċjeta’, dan hu dmir ġenerali li jitlob li tingħata ħajja nisranija lill-ordni temporali, dmir li għalih il-lajċi nsara b’mod speċjali huma msejħin biex jaqduh bil-mod proprju u partikulari tagħhom.

Il-familja, minnha jibda d-dmir lejn is-soċjeta’

40 Il-bnedmin bħala persuna hu soċjali mill-istess natura tiegħu, u dan wasslu biex, mill-fond ta’ qalbu, jixxierek mal-oħrajn u jingħata lill-oħrajn, ˝Alla li jieħu ħsieb ta’ kulħadd bħal missier, ried li l-bnedmin kollha jkunu familja waħda u jġibu ruħhom ma’ xulxin bħal aħwa˝ (144). Minħabba f’dan, is-soċjeta, li hi sinjal u frott tan-natura soċjali tal-bniedem, turi l-verita’ sħiħa tagħha għax hi komunita’ ta persuni.

Il-bniedem u s-soċjeta’ jiddependu minn xulxin u hemm relazzjonijiet bejniethom, kull ma jsir għal-ġid tal-persuna hu wkoll qadi mogħti lis-soċjeta’, u għalhekk kull ma jsir għas-soċjeta’ jisfa’ ta’ ġid għall-persuna. Għalhekk il-ħidma ta’ appostolat tal-lajċi nsara fl-ordni ta’ din id-dinja dejjem tfisser kemm servizz mogħti lil kull individwu, kif hu huwa biss u ma hemmx ebda ieħor bħalu – uniku u irripetibbli – u kemm servizz mogħti lill-bnedmin kollha.

Issa l-ewwel dehra, u dehra fondamentali, tan-natura soċjali tal-persuna tal-bniedem narawha fiż-żwieġ u l-familja, ˝Alla ma ħalaqx il-bniedem waħdu, sa mill-bidu ‘ħalaqhom raġel u mara’ (Ġen 1,27) u fl-għaqda ta’ bejniethom waqqaf l-ewwel sura ta’ xirka bejn persuni˝ (145). Ġesù reġġa ż-żwieġ għad-dinjitàsħiħa li kellu fil-bidu u ta lill-familja s-sħuħija kollha tagħha (ara (Mt 19,3-9), San Pawl wera x’rabta kbira ż-żwieġ għandu mal-misteru ta’ Kristu u l-Knisja (ara Ef 5,22, 6-4, Kol 3,18-2, 1Piet 3,1-7)

Iż-żwieġ u l-familja għandhom ikunu l-qasam ewlieni li fih il-lajċi nsara jridu jwettqu l-ħidma soċjali tagħhom. Hi ħidma li tista’ ssir biss minn dawk li huma persważi mil-valur ma hemmx ieħor bħalu u aqwa minnu tal-familja għas-soċjeta’ u għall-mixi ‘l quddiem tal-Knisja.

Il-familja hi l-benniena tal-ħajja u tal-imħabba, fiha l-bniedem ‘jitwieled’, u ‘jikber’, hi ċ-ċellula fondamentali tas-soċjeta’. Irid ikun hemm ħerqa speċjali għal din il-komunita’ tal-familja, aktar u aktar meta l-egoiżmu tal-bniedem, l-isforzi li qed isiru ħa jixxandru fehmiet kontra t-twelid tat-trabi, it-totalitarjiżmu, u l-faqar u l-miżerja materjali, kulturali u morali, flimkien ma’ mentalita’ ta’ xalar u nfiq bla rażan, qed inixfu l-egħjun tal-ħajja, waqt li l-ideoloġiji u ħafna sistemi, flimkien ma’ ħafna suriet ta’ nuqqas ta’ mħabba u għożża, qed iheddu l-ħidma edukattiva li hi proprju tal-familja.

Jeħtieg mela ssir ħidma wiesgħa, fil-fond, u sistematika, megħjuna mhux biss mill-kultura imma wkoll b’mezzi ekonomiċi u leġislativi, biex il-familja tkun tista’ taqdi d-dmir tagħha, li tkun il-post fejn il-bniedem jilħaq il-kobor tiegħu bħala bniedem fih innifsu u fi ħdan is-soċjeta, u s-soċjeta tasal biex tkun tassew tixraq lill-bniedem.

L-impenn tal-laċi nsara fl-appostolat għandu jkun l-ewwelnett impenn li jwassal lill-familja biex tagħraf l-identita ’ proprja tagħha bħala l-ewwel grupp soċjali fondamentali fi ħdan is-soċjeta’ u protagonista attiva u responsabbli tal-istess kobor tagħha u tas-sehem tagħha fil-ħajja soċjali. Hekk il-familja tkun tista’ titlob mingħand kulħadd u mill-awtorita’ pubblika l-ħarsien ta’ dawk id-drittijiet li, waqt li jħarsu l-familja, jkunu wkoll ta’ servizz għas-soċjeta’.

Kull ma nkiteb fl-esortazzjoni Familiaris consortio dwar is-sehem tal-lajċi fl-iżvilupp tas-soċjeta’ (146) u kull ma wriet is-Sede Appostolika, fuq talba tal-isqfijiet tas-Sinodu tal-1980, fil-‘Manifest tad-Drittijiet tal-Familja˝, hu programm ta’ ħidma sħiħ u organizzat għal dawk il-lajċi nsara kollha li, għal xi raġuni jew oħra, għandhom sehem fil-ħidma biex jiġu ‘l quddiem il-valuri u l-ħtiġijiet tal-familja. Hu programm li jeħtieġ iseħħ fil-prattika, aktar malajr u aktar fis-sod, aktar ma joktor it-thedied kontra s-sħuħija u l-frott tal-familja u aktar ma tiżdied il-qawwa tal-isforzi li sistematikament iridu jwarrbu l-familja u jdgħajfu l-piż fis-soċjeta’.

Kif tgħallimna l-esperjenza, iċ-ċivilta’ u s-saħħa ta’ poplu tiddependi l-aktar mis-sura tal-familja. Għalhekk kull appostolat favur il-familja għandu valur soċjali liema bħalu. Il-Knisja, min-naħa tagħha, hi żgura fuq li żgura minn dan u taf sewwa li ˝il-ġejjieni tal-bniedem jiddependi mill-familja˝ (147).

L-imħabba, ruħ u ħajja tas-solidarjeta’

  1. Il-qadi lis-soċjeta’ jsir u jitwettaq b’ħafna manjieri kemm b’mod spontanju u informali, u kemm b’mod organizzat, permezz tal-għajnuna mogħtija kemm minn individwi u kemm minn gruppi jew komunitajiet ta’ nies.

Il-Knisja kollha, bħala Knisja, hi msejħa direttament biex tagħti dan is-servizz ta’ mħabba, ˝Il-Knisja Mqaddsa, kif fl-ewwel żminijiet tagħha kienet tgħaqqad flimkien iċ-ċelebrazzjoni tal-Ikla ewkaristika mal-‘agape’, u hekk kienet turi li kienet kollha kemm hi marbuta ma’ Kristu bl-imħabba, hekk, f’kull żmien, tingħaraf minn dan is-sinjal ta’ mħabba u, waqt li tifraħ bl-inizjattivi tal-oħrajn, ixxandar li huma dritt u dmir tagħha l-opri tal-karita, dritt u dmir li ħadd ma jista’ jċaħħadha minnhom. Għalhekk għandhom ġieh kbir fil-Knisja l-egħmejjel kollha ta’ ħniena favur il-fqar u l-morda u l-opri kollha ta’ karita’ u ta’ għajnuna biex inaqqsu kull xorta ta’ ħtiġijiet tan-nies˝ (148). L-imħabba għall-proxxmu, fis-suriet antiki u dejjem ġodda tal-egħmejjel tal-ħniena fir-ruħ u l-ġisem, ta’ l-egħmejjel tal-ħniena materjali u spiritwali, huma l-mezzi ordinarji u abitwali li bihom minnufih tingħata ħajja nisranija lill-ordni tad-dinja, ħaġa li hi dmir proprju tal-lajċi nsara.

L-insara lajċi, bl-imħabba tagħhom għall-proxxmu, igħixu u jissieħbu fil-missjoni ta’ Kristu bħala Sultan, jiġifieri fis-setgħa ta’ l-Iben ta’ Alla li ġie fid-dinja ˝mhux biex ikun moqdi, imma biex jaqdi˝ (Mk 10,45), il-lajċi nsrara jgħixu u juru din ir-regalita’ b’mod l-aktar sempliċi, mod li jista’ jagħmlu kulħadd, u jagħmlu dejjem, u fl-istess ħin jagħmlu b’ħeġġa liema bħala, għaliex l-imħabba hi l-ogħla don li l-Ispirtu s-Santu jagħti għall-bini tal-Knisja (ara 1 Kor 13,13) u għall-ġid tal-familja kollha tal-bnedmin. L-imħabba tagħti l-ħajja u tqawwi kull ħidma ta’ soliderjeta’ fit-ħtiġijiet kollha li jista’ jkollu l-bniedem.

Din l-imħabba, li juruha mhux biss l-individwi, imma juruha wkoll b’solidarjetja’ bejniethom gruppi u komunitajiet, hi, u dejjem tibqa, meħtieġa, u xejn u ħadd ma jista’ jieħu postha, lanqas il-ħafna istituzzjonijiet u inizjattivi pubblici, li jippruvaw iwieġbu għall-ħtiġijiet tan-nies, ħtiġijiet illum hekk kiefra u mxerrdin ma’ kullimkien. Ħaġa li ma tistennihiex, imma din is-sura ta’ mħabba qed issir aktar meħtieġa, aktar ma dawn l-istutzzjonijiet, li saru tant komplikati fl-organizzazzjoni tagħhom u qed jippretendu li jmexxu l-oqsma kollha, qed jitilfu l-qawwa kollha tagħhom, dan jiġri għax ix-xogħol tagħhom isir bħala rutina, minn nies li jqisu ruħhom biss bħala impjegati u ma jimpurahomx mill-problemi tan-nies li jeħtieġu l-għajnuna, għax il-ħidma hi mxekkla minn sistema ta’ amminstrazzjoni dejjem aktar komplikata, minn interessi privati u minn nuqqas kbir u ġenerali tal-impjegati fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

Iżda f’din il-ħaġa, l-aktar f’soċjetajiet organizzati, qed jinbtu u jinxterdu ħafna suriet ta’ volontarjeta’ f’servizzi u ħidmiet. Dan il-volontarjat, sakemm ma jfittix l-interessi tiegħu imma jfittex biss li jgħin lill-oħrajn, u l-aktar lill-fqar u lil dawk in-nies li huma minsijin mis-sevizzi soċjali, hu volontrajat veru, u jista’ jitqies bħala sura ta’ appostolat ta’ siwi kbir, appostolat li fih l-insara laci, irġiel u nisa, għandu jkollhom sehem kbir.

Il-ħajja pubblika

42 L-imħabba li biha jinħabb u jiġi moqdi l-bniedem ma tistax tkun mifruda mill-ġustizza, kemm l-imħabba u kemm il-ġustizzja, it-tnejn min-natura proprja tagħhom, iridu l-ħarsien sħiħ tad-drittijieit tal-bniedem bħala persuna, għaliex dan hu l-għan li għandha s-soċjeta’ bl-istrutturi kollha tagħha (149).

Il-lajċi nsara, imsejħin biex jagħtu ħajja nisranija lill-ordni temporali, lill-ordni fid-dinja, bil-qadi tagħhom tal-bniedem u tas-soċjeta kif għadni kemm fissirtu, ma jistgħux, bl-ebda mod, jibqgħu lura mil-jieħdu sehem fil-“ħajja politika˝ jiġifieri f’dawk l-oqsma kollha ekonomiċi, soċjali, leġislativi, amminstrativi u kulturali li bħala għan għandhom li jġibu ‘l quddiem il-ġid ta’ kulħadd, b’mod organizzat, f’istituzzjonijiet imwaqqfa għalhekk. Kif tennew spiss l-isqfijiet fis-Sinodu, kull wieħed u kulħadd għandu d-dritt u d-dmir li jieħu sehem fil-ħajja politika, għakemm mhux kulħadd bl-istess mod, imma b’ħafna modi, li, għalkemm mhux l-istess, huma maħsuba biex ikunu ta’ għajnuna għal xulxin, modi differenti skond is-sura u l-grad tal-ħidma u tar-responsabbilitajiet li wieħed ikollu. L-akkużi ta ambizzjonijiet esaġerati, ta’ rebgħa għall-poter, ta’ egoiżmu u ta’ korruzzjoni, li spiss isiru lil min ikun qed imexxi l-pajjiż, lid-deputati tal-parlament, lill-klassi tal-mexxejja, lill-partiti politiċi, flimkien mal-fehma mxerrda ħafna li l-politika hi post ta’ perikolu morali żgur, bl-ebda mod ma jiskużaw lil-lajċi nsara li jżommu ruħhom ‘il barra mill-politika u ma jemmnu fiha xejn.

Għall-kuntrarju, kliem il-Konċilju Vatikan II għandu tifsir tassew speċjali, “Il-Knisja tqis li jistħoqqilhom tifħir u rispett dawk in-nies li jiddedikaw ruħhom għall-politika, għall-ġid tan-nies, u jilqgħu l-piż tar-respnsabbilta’ ta din il-ħidma˝ (150).

Il-ħajja politika favur in-nies u s-soċjeta’ bħala kriterju fondamentali għandha t-tħabrik għall-ġid tal-kulħadd, bħala ġid, tal-bnedmin kollha u tal-bniedem sħiħ, ġid li jiġi mwiegħed u jingħata żgur kemm lill-individwi u kemm lil-assoċjazzjonijiet li jilqgħuh b’mod ħieles u responsabbli Naqraw fil-Kostituzzjoni Gaudium et Spes, “Il-komunita’ politika qiegħda hemm biss għal dak il-ġid ta’ kulħadd, li bih il-komunita’ kollha turi għaliex hi meħtieġa u x’inhu t-tifsir tagħha, minn dan tikseb id-dritt proprju ewlieni tagħha li torganizza ruħha. Il-ġid ta’ kulħadd iħaddan dawk il-kondizzjonijiet kollha tal-ħajja soċjali li bihom il-bnedmin, il-familji u l-assoċjazzonijiet kollha li jistgħu jiksbu l-perfezzjoni sħiħa tagħhom. ˝ (151)

Barra dan, il-ħidma politika favur l-individwi u s-soċjeta’ issib it-triq li minnha għandha dejjem tgħaddi meta tħares u ġġib ‘il quddiem il-ġustizzja, għaliex il-ġustizzja hija dik il-‘virtu’ li fiha kulħadd għandu jkun imħarreġ, u hija dik il-‘qawwa’ morali li twettaq kull impenn favur id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ kull wieħed u ta’ kulħadd, drittijiet u dmirijiet li titlobhom id-dinjità tal-persuna ta’ kull bniedem.

Fit-tħaddim tal-poter politiku, hu essenzjali spirtu ta’ servizz, flimkien mal-kapaċita’ u mal-effiċjenza li huma meħtieġa biex il-ħidma tal-politiċi tkun ˝ċara˝ u ˝nadifa˝, kif madankollu jistennew in-nies. Dan jitlob ġlieda għaqlija u deċiża kontra xi tentazzjonijiet bħlama huma t-tentazzjonijiet tal-qerq u l-gideb, u tat-tberbiq ta’ flus il-poplu favur xi wħud, tal-klijeteliżmu, ta’ l-użu ta’ mezzi biex, bis-sewwa jew bid-dnewwa, tikseb, iżżomm jew tkabbar il-poter.

L-insara lajċi mpenjati fil-politika jridu jħarsu l-awtonomija tal-affarijiet tad-dinja – awtonomija fit-tifsir veru tagħha – kif naqraw fil-Kostituzzjoni Gaudium et Spes, ˝Hu importanti ħafna, l-aktar f’soċjeta’ pluralistika, li jkun hemm fehma ċara dwar ir-relazzjonijiet bejn il-komunita’ politika u l-Knisja, u jkun hemm għażla ċara bejn dak li l-insara, kemm individwalment u kemm f’xi grupp, jagħmlu f’isimhom bħala ċittadini, immexxijin minn kuxjenza nisranija, u dak li jagħmlu f’isem il-Knisja, f’rabta sħiha mar-rgħajja tagħhom. Il-Knisja, minħabba l-misisjoni, u l-kompetenza tagħha, bl-ebda mod ma għandha titqies bħala ħaġa waħda mal-komunita’ politika, u lanqas li hi marbuta ma’ xi sistema politiku, imma hi, fl-istess ħin, sinjal u ħarsien tal-karattru traxxendentali tal-pesuna tal-bniedem˝ (152). Fl-istess waqt il-lajċi nsara – u, fi żmienna, din hi ħtieġa urġenti u responsabbilita’ kbira – huma marbutin li jagħtu xhieda għal dawk il-valuri tal-bniedem u tal-Evanġelju li għandhom rabta mal-attivita’ politika, bħalma huma l-liberta’ u l-ġustizzja, is-solidarjeta’, id-dedikazzjoni vera u bla ebda interess għall-ġid ta’ kulħadd, is-sempliċita’ fl-imġiba, u l-imħabba preferenzjali għall-foqra u l-imsejknin. Dan jitlob mil-lajċi nsara li jkollhom dejjem aktar sehem fil-ħajja tal-Knisja, imdawwlin mit-tagħlim soċjali tagħha. F’dan kollu, għandu jkollhom l-għajnuna u jkunu mwettqin mill-komunitajiet insara u mir-rgħajja tagħhom billi dawn ikunu qrib lejhom (153).

Is-solidarjeta’ hi mod u l-mezz biex tirnexxi dik il-politika li titħabat biex tikseb il-veru progess tal-bniedem, is-solidarjeta’ titlob is-sehem attiv u responsabbli ta’ kulħadd fil-ħajja politika, kemm ta’ kull ċittandin u kemm tal-assoċjazzjonijiet, kemm tat-‘trade unions’ u kemm tal-partiti politiċi, għalina lkoll u għal kull wieħed minna ssir il-politika u aħna dawk li jagħmluha, aħna lkoll id-destinatarji u l-protagonisti tal-politika ta’ pajjiżna.

F’din il-ħaġa, kif għidt fl-enċiklika Solicidtudo rel socialis, is-solidarjeta’ mela m’hijiex biss xi sentiment ta’ ħniena u mogħdrija, bilkemm tfissru, għal tant nies, fil-qrib jew ‘il bogħod, li għaddejjin minn ħafna tiġrib, imma s-solidarjeta’ hi rieda soda u kostanti li timpenja ruħek għall-ġid ta’ kulħadd, jiġifieri għall-ġid ta’ kull bniedem u tal-bnedmin kollha, għaliex aħna lkoll responsabbli ta’ xulxin. ˝ (154). Din is-solidarjeta’ politika titlob li llum issir b’mod li tkun tista’ tħaddan mhux biss in-nies ta’ nazzjon waħda jew ta’ grupp ta’ nazzjonijiet biss, imma n-nazzjonijiet ta’ kontinent sħiħ, tad-dinja kollha.

Frott ta’ ħidma politika ta’ solidarjeta’, frott tant mixtieq minn kulħadd, għalkemm idum ma jasal biex isir, hu`l-paċi. L-insara lajċi la jistgħu ma jimpurtahomx, la jistgħu jħossu ruħhom barranin, la jistgħu jitgħażżnu quddiem kull ma hu ċaħda tal-paċi, quddiem kull ma hu theddida għall-paċi, il-vjolenza u l-gwerer, it-torturi u t-terroriżmu, il-kampi ta’ koċentrament, il-politika militarizzata, it-tellieqa għall-armi tal-gwerra, il-theddida tal-armi nukleari. Għall-kuntrarju, l-insara lajċi, bħala dixxipli ta’ Kristu, li hu l-˝Prinċep tas-sliem˝ (Is 9, 5) u l-‘Paċi tagħna’ (Ef 2,14) għandhom jimpenjaw ruħhom biex ikunu nies “li jġibu l-paċi” (Mt 5,9), kemm b’konversjoni “mil-qalb”, u kemm b’ħidma favur il-verita’, il-liberta’, il-ġustizzja u l-imħabba, għax dawn huma l-pedamenti, li ma jistgħu qatt jiġu mwarrba, tal-paċi. (156)

Il-lajċi nsara, f’ħidma flimkien ma’ dawk kollha li qed jaħdmu bis-sinċerita’ kollha għall-paċi, bl-għajnuna ta’ dawk l-istituti nazzjonali u internazzjoni li bħala għan għandhom il-paċi, iridu jġibu ‘l quddiem ħidma edukattiva, li tilħaq lil kulħadd u lil kull bniedem, biex tinqered il-kultura li llum qed taħkem ta’ l-egoiżmu, tal-mibegħda, tal-vendetti, ta’ nies egħdewwa ta’ xulxin, ħalli minflok tikber f’kull livel kultura ta’ solidarjeta’. Din is-solidarjeta’ hi t-triq tal-paċi u tal-progress. Għalhekk l-isqfijiet fis-Sinodu stiednu lill-insara kollha biex jirrifjutaw kull xorta ta’ vjolenza li ma tistax tiġi aċċettata imma jġibu ‘l quddiem spirtu ta’ djalogu u ta’ paċi, u fl-aħħarnett iħabirku ħa jimbena ordni soċjali internazzjonali ġust. (157)

Il-Bniedem fil-qofol u ċ-ċentru tal-ħajja ekonomiko-soċjali

  1. Is-servizz li l-lajċi nsara jistgħu jagħtu lis-soċjeta hu, l-aktar, dwar il-problema emonomiko-soċjali, li tista’ tinħall b’organizzazzjoni tajba tax-xogħol.

Ftit ilu, fl-enċiklika Solicitudo rei Socialies, jien fakkart is-serjeta’ ta’ dan il-problem llum, fid-dawl tal-iżvilupp li qed isir fid-dinja u skond it-tagħlim tad-duttrina soċjali tal-Knisja biex dan il-problema jkun jista jinħall, nitlob għalhekk li kulħadd, u l-aktar lil-lajċi nsara, jistudjaw sewwa u minnufh din l-enċiklika. Fost il-punti ewlenin tat-tagħlim soċjali tal-Knisja, l-aqwa wieħed hu l-prinċipju li l-ġid tad-dinja nħalaq għal kulħadd, jiġifieri li ġid kollu ta’ l-art, fil-ħsieb ta’ Alla, ingħata lil bnedmin kollha u lil kull bniedem, bħala mezz ħa tiġi dejjem aktar ‘il quddiem ħajja li tkun verament tixraq lil bniedem. Il-propjeta’ privata taqdi dan il-għan, u għalhekk il-proprjeta’ privata fiha nfisha, min-natura tagħha stess għandha funzjomi soċjali. Fil-fatt ix-xogħol tan-nisa u tal-irġiel hu l-mezz l-aktar komuni u għal id kulħadd ħa jkun hawn l-iżvillupp tal-ħajja ekonomika, mezz li hu fl-istess ħin dritt u dmir ta’ kull bniedem.

Dan kollu hu, b’mod partikulari, parti mill-missjoni tal-lajċi. L-għan u l-kriterji tal-preżenza u tal-attivita’ tal-lajċi f’dan il-qasam ġie mfisser b’mod ġenerali mill-Konċilju Vatikan II, ˝Fil-ħajja ekonomiko-soċjali wkoll, kemm id-dinjità tal-bniedem bħala persuna, kemm il-vokazzjoni sħiħa tiegħu, kif ukoll il-ġid kollu tas-soċjeta’, għandhom jiġu rispettati u miġjuba ‘l quddiem. Dan għaliex il-bniedem hu l-awtur, iċ-ċentru u l-għan tal-ħajja kollha emonomiko-soċjali˝(158).

L-insra lajċi, quddiem il-bidliet kbar li llum qed isiru fl-oqsma tal-ekonomija u tax-xogħol, għandhom jimpenjaw ruħhom minn ta’ quddiem nett, ħa jħollu l-problemi kbar tal-qagħad li dejjem qed jikber, ħa jingħelbu kemm jista’jkun malajr tant qagħdiet ta’ nuqqas ta’ ġustizzja, li jinħolqu minn organizzazzjoni ħażina fit-tqassim tax-xogħol, ħa jagħmlu l-postijiet tax-xogħol kumunitajiet ta’ persuni, rispettati għal dak li huwa fihom infushom u fid-dritt li għandhom għall-parteċipazzjoni, ħa jfittxu suriet oħra ta’solidarjeta’ fost dawk kollha li jkunu jaħdmu flimkien, ħa joħolqu suriet oħra ta’ intrapriżi u jġeddu s-sistemi tal-kummerċ, tal-finanzi u tal-bdil ta’ tagħrif tekniku.

L-insara lajċi, biex jilħqu dan il-għan, iridu jkollhom ħila l-professjonali, ikunu nies onesti, u jaħdmu bi spirtu nisrani, u dan bħala triq għall-qdusija tagħhom infushom, (159) kif stiedinhom jagħmlu l-Konċilju Vatikan II, ˝Bix-xogħol tiegħu l-bniedem ordinarjament imantni lilu nnifsu u lill-famija tiegħu, jingħaqad mal-bnedmin ħutu u jsevihom, jista’ jurihom imħabba u jġħinhom i-ħidma tiegħu biex iġibu ‘l quddiem il-ħolqien ta’ Alla. Anzi nafu li meta l-bniedem ix-xogħol li jagħmel joffrih lil Alla, hu jkun qed jissieħeb mal-opra tal-fidwa ta’Ġesù Kristu, li għolla b’mod tal-għaġeb id-dinjta tax-xogħol, meta kien jaħdem fil-ħanut ta’ Nazaret˝(160)

Illum qiegħda titqanqal, b’mod dejjem aktar urġenti, f’relazzjoni mal-ħajja ekonomika-soċjali u x-xogħol, il-kwistjoni ekoloġika kif isejħula. Il-bniedem għandu żgur id-dritt li ‘jaħkem’ fuq il-ħlejjaq kollha, u ‘jaħdem l-art’ tad-dinja, iżda hu dmir li l-bniedem irid jaqdi huwa u jħares ix-xbieha ta’ Alla li ġiet mogħtija lilu, u għalhekk għandu jaqdi dan id-dmir b’intelliġenza u mħabba, għandu jħoss ruħu responsabbli tad-don li Alla tah u bla heda qiegħed dejjem jagħtih. Il-bniedem għandu f’idejh don li jrid igħaddih, jekk jista’ jkun, imkabbar, lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajh, għaliex id-doni ta’ Alla huma għalihom ukoll, “Il-ħakma li Alla l-Ħallieq ta lill-bniedem… m’hijiex ħakma assoluta, lanqas jiswa li wieħed igħid li għandu dritt jagħmel li jrid – ‘juża u jabbuża – u jiddisponi minn kull ħaġa maħluqa kif jaqbillu. Il-mod kif il-bniedem għandu jaħkem id-dinja, Alla ordnahulu sa mill-bidu, u dan l-ordni ġie mfisser simbolikament bil-projbizzjoni li l-bniedem ‘jiekol minn siġra’ (ara Ġen 2, 16-17), dan jurina illi dwar il-ħolqien kollu li naraw madwarna, aħna rridu nħarsu mhux biss liġijiet bjoloġiċi imma wkoll liġijiet morali, li ma nistgħux niksru mingħajr ma nbatu l-konsegwenzi. Fehma vera ta’ progess u ta’ żvilupp ma tistax twarrab fil-ġenb dawn il-konsiderazzjonijiet dwar l-użu ta’ dak li tagħtina n-natura, dwar il-ħtieġa li l-riżorsi tad-dinja jkunu jistgħu jiġġeddu, u dwar il-ħsara li ġġib industrijalizzazzjoni diżordinata. Huma konsiderazzjonijiet li għandhom iqanqlu l-kuxjenzi tagħna dwar l-aspett tal-progress u l-iżvluup. (161)

L-evanġelizzazzjoni tal-kultura u tal-kultrui tal-bniedem

44 Il-qadi tal-persuna u tas-soċjeta’ tal-bnedmin tidher u sseħħ bil-ħolqien u x-xandir tal-kultura, li, l-aktar fi żmiena, hi wieħed mill-aqwa dmirijiet tal-komunita’ tal-bnedmin u tal-evoluzzjoni soċjali. Fid-dawl tal-Konċilju, bil-kelma ‘kultura’ nifhmu ˝kull ħaġa li biha l-bniedem itejjeb u juri l-ħafna kwalitajiet tar-ruħ u tal-ġisem li jkollu, jipprova jaħkem il-ħolqien kollu bl-għarfien u l-ħidma tiegħu, jagħmel aktar tixraq lill-bniedem il-ħajja soċjali, kemm fi ħdan il-familja u kemm fi ħdan il-komunita’ ċivili kollha, billi jġib ‘il quddiem kemm l-istituzzjonijiet u kemm l-imġiba tajba tan-nies, u fl-aħħarnett billi juri fil-xogħlijiet tiegħu l-esperjenzi u tamiet spiritwali tiegħu, igħarrafhom lill-oħrajn u jgħożżhom, ħalli jservu għall-progress tagħhom, anzi għall-progress tal-ġens kollu tal-bnedmim˝ (162). F’din it-tfisira, il-kultura għandna nqisuha l-ġid ta’ kulħadd fi ħdan kull poplu, l-espressjoni tad-dinjità, tal-liberta’ u tal-kreattivita’ tiegħu, u xhieda tal-ġrajja kollha tiegħu bħala poplu. B’mod speċjali l-fidi nisranija ssir storika u tagħmel l-istorja biss fi ħdan kultura u permezz ta’ kultura.

Quddiem kultrua, li mhux biss tidher maqtugħa mill-fidi nisranija imma wkoll mill-istess valuri tal-bniedem (163), u quddiem sura ta’ kultura xjentifika u teknoloġiku mingħajr ħila li twieġeb għall-mistoqsijiet jaħarqu fi qlub il-bnedmin dwar il-verita’ u l-ġid, il-Knisja tagħraf tajjeb ħafna l-ħtieġa li, fil-ħdima pastorali tagħha, għandha tfittex kemm jista’ jkun malajr li tingħata importanza għal kollox speċjali lill-kultura.

Il-Knisja għalhekk tistieden lil-lajċi nsara biex, bil-kuraġġ kollu u bi kreattivita’ intellettwali, ikunu preżenti fl-oqsma kollha ewlenin tal-kultura, bħalma fid-dinja tal-iskejjel u tal-universitajiet, bħalma huma l-oqsma tar-riċerka xjentifika u teknoloġika, bħalma huma l-oqsma fejn jinħolqu l-opri tal-arti u jiġi żviluppat il-ħsieb umanistiku. Din il-preżenza hi meħtieġa mhux biss biex jingħarfu u, jekk ikun hemm bżonn, jissaffew xi aspetti tal-kultura ta’ llum wara li jiġu mgħarblin sewwa, imma wkoll biex il-kultura jgħolluha bl-għana kollu tal-Evanġelju u tal-fidi nisranija. Kull ma kiteb il-Konċilju Vatikan II dwar ir-relazzjoni bejn l-Evanġelju u l-kultrua, juri fatt storiku kostanti u fl-istess ħin ideal ta’ ħidma importanti ħafna u urġenti għaż-żmien ta’ llum, hu programm li jitlob l-impenn u r-responsabbilita’ pastorali tal-Knisja kollha, u fi ħdan il-Knisja, ir-responsabbilita’ speċifika tal-lajċi nsara, ˝Il-Bxara t-Tajba ta’ Kristu bla heda ġġedded il-ħajja u l-kultura tal-bniedem midneb, u teħodha kontra l-iżbalji u d-deni kollu li bla heda jiġi mit-theddida qatt ma tonqos tal-ħajriet tad-dnub, u twarrabhom min-nofs. Isaffi u tgħolli bla heda l-imġiba tal-popli…. Il-Knisja, hija u taqdi dmira, f’dan il-mod, tħeġġeġ u tgħin għall-kobor tal-bniedem u tas-soċjeta’, u bil-ħidma tagħha, bil-ħidma liturġika wkoll, trawwem il-bniedem ħa jikseb il-ħelsien tal-ispirtu˝ (164).

Xi ċitazzjonijiet li għandhom tifsir tassew speċjali mill-esortazzjoni Evangelii nuntiandi, tal-Papa Pawlu VI jixraq li nerġgħu nisimgħuhom, ˝Nistgħu ngħidu, b’mod aktar eżatt u aktar veru, li l-Knisja tkun ixxandar l-Evanġelju meta bil-qawwa ġejja minn Alla ta’ l-istess Bxara t-tajba li xxandar (ara Rum 1, 16, 1Kor 1,18, 2,4), hi tfittex iddawwar lejn Alla kemm il-kuxjenza ta’ kull bniedem u kemm il-kuxjenzi ta’ kulħadd, iddawwar imbagħad ukoll ix-xogħol li jagħmlu, u fl-aħħarnett il-ħajja tagħhom u l-ambjent kollu fejn igħixu. Oqsma sħaħ ta’ bnedmin jinbidlu, il-Knisja ma tridx biss ixxandar l-Evanġelju f’oqsma dejjem akbar tad-dinja, lil għadd dejjem akbar ta’ nies, trid li l-istess qawwa tal-Evanġelju tilħaq u kważi taqleb ta’ taħt fuq il-kriterji li fuqhom isir kull ġudizzju, il-valuri l-aktar importanti, kull ma jqanqal l-interess tan-nies, il-mod kif jaħsbu n-nies, kull sura ta’ ħajja li tqanqal il-bniedem u tispirah, u dak kollu li ma jaqbilx mal-kelma ta’ Alla u mal-pjan tas-salvazzjoni. Dan kollu nistgħu ngħiduh fi kliem ieħor, l-evangelizzazzjoni jeħtieġ li ssir mhux minn barra, qisha xi tiżjin jew xi kulur mogħti minn barra, imma trid issir minn ġewwa, fil-qofol tal-ħajja, sa l-egħruq tal-ħajja, jiġifieri l-Evanġelju jrid jidħol fil-fond tal-kultura, tal-kulturi kollha tal-bniedem,…. Il-firda bejn l-Evanġelju u l-kultrua hi ta’ ħsara kbira fi żmienna, kif kienet ta’ ħsara fl-imgħoddi. Għalhekk jeħtieġ li jsir kull sforz biex tiġi evanġelizzata b’ħerqa kbira l-kultura, anzi l-kulturi kollha tal-bniedem˝ (165).

Il-mezzi ta’ kommunikazzjoni soċjali huma llum it-triq priveġġjata biex tinħoloq u tixxandar il-kultura. (166) Id-dinja wkoll tal-‘mass media’ hi qasam ġdid għall-missjoni tal-Knisja, minħabba l-iżvilupp u l-progress dejjem sejjer għat-tiġdid tagħhom, u minħabba l-influwenza li għandhom fuq il-fehmiet u l-imġiba ta’ kull bniedem u tan-nies tad-dinja kollha. B’mod speċjali, ir-responsabbilita’ professjonali tal-lajċi nsara f’dan il-qasam, kemm jekk hi personali u kemm jekk imħaddma f’inizjattivi u istituzzjonijiet komunitarji, jeħtieġ tkun magħrufa bil-valur kollu tagħha ħa jkollha għajnuna xierqa b’mezzi materjali, intelletwali u pastorali.

Dawk li jaħdmu fil-mezzi ta’ komunikazzjoni u dawk li jinqdew bihom jeħtieġu ħidma ta’ edukazzjoni kritika ħa jagħarfu jagħmlu għażliet tajba, imqanqlin minn imħabba kbira għall-veirta’, għall-ħarsien tal-liberta’, għar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, għall-kobor tal-kultura vera tal-popli, permezz ta’ oppożizzjoni soda u qalbiena għal kull xorta ta’monopolju u manipulazzjoni.

Ir-responsabbilita’ pastoral tal-lajċi nsara ma tiqafx hawn, f’ħidma ta’ difiża biss. L-Evanġelju tas-salvazzjoni jrid jixxandar fit-triqat kollha tad-dinja, ukoll f’dawk kbar tal-istampa, taċ-ċinematografu, tat-televiżjoni u tat-tijatrin.

 

KAP IV

ĦADDIEMA FL-GĦALQA TAD-DWIELI TAL-MULEJ

Amministraturi tajba tal-grazzja ta’ Alla li hi ta’ ħafna xorta

VARJETÀ TA’ VOKAZZJONIJIET

  1. Skond il-parabbola tal-għalqa tad-dwieli, ˝Sid l-għalqa˝ sejjaħ ħaddiema ħa jmorru jaħdmu fl-għalqa tiegħu f’ħinijiet diversi tal-ġurnata, xi wħud mas-sebħ, oħrajn għad-disa’ tal-filgħodu, oħrajn f’nofs in-nhar, oħrajn imbagħad fit-tlieta ta’ wara nofs in-nhar, u fl-aħħarnett oħrajn fil-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar (ara Mt 20,1s). Huwa u jikkommenta dan il-pass tal-Evanġelju, San Girgor il-Kbir fisser dawn is-sejħat f’ħinijiet diviersi tal-ġurnata bħala mumenti diversi fl-għomor tal-bniedem, ˝Nistgħu napplikaw dawn id-diveri ħinijiet għall-mumenti diversi tal-għomor ta’kull bniedem. F’dan it-tfisir tagħna, is-siegħa ta’ filgħodu kmieni żgur tfisser it-tfulija, fid-disa’ ta’ filgħodu nistgħu naraw l-adolexxenza, għaliex ix-xemx tkun ġa telgħet sewwa, tikber il-ħeġġa ta’ l-eta’. Il-ħin ta’ nofs in-nhar hu ż-żgħożija, meta x-xemx qisha f’nofs il-firxa tas-sema u f’din l-eta’ tissoda s-saħħa tal-bniedem.

Bit-tlieta ta’ wara nofs inhar nifhmu x-xjuħija, għad dak il-ħin ix-xemx tkun bdiet nieżla, u l-ħeġġa taż-żgħożija tibda tonqos. Il-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar hija l-eta tax-xjuħija misjura u tax-xejb… Għaliex xi wħud jiġu msejħa biex igħixu ħajja tajba fi tfulithom, oħrajn fl-adolexxenza tagħhom, oħrajn f’żgħożithom, oħrajn fi xjuħithom, u oħrajn fix-xejb tagħhom, nistgħu nqisuhom bħala ħaddiema li ġew imsejħin biex jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli f’ħinijiet diversi tal-gurnata˝ (167).

Nistgħu nieħdu dan il-kommentajru ta’ San Girgor il-Kbir u napplikawh ukoll għall-varjetà tassew tal-għaġeb tan-nies, li kollha kemm huma, u kull wieħed u waħda minnhom, huma msejħin biex jaħdmu għall-miġja tas-Saltna ta’Alla, skond x’inhi l-vokazzjoni u l-kondizzjoni tagħhom u skond ma huma d-dviersi kariżmi u ministeri li għandhom. Hi varjetà li ġejja mhux biss mill-għomor, imma wkoll minn dfferenzi oħra bħalma hu s-sess, il-kwalitajiet naturali ta’ kull wieħed jew waħda li tkun, u l-vokazzjoni wkoll, hija varjetà li turi x’għana ta’ ħajja għandha l-Knisja fil-prattika.

 

ŻGĦAŻAGĦ, TFAL U XJUĦ

Iż-żgħazagħ, tama tal-Knisja

  1. Is-Sinodu ried juri attenzjoni speċjali għaż-żgħażagħ. U bir-raġun kollu. F’ħafna pajjiżi fid-dinja, iż-żgħażagħ huma nofs il-poplazzjoni, u spiss ukoll nofs il-Poplu ta’ Alla li jgħix f’dawk il-pajjiżi. Għal din ir-raġuni biss, iż-żgħażagħ huma forza liema bħala u huma sfida kbira għall-ġejjini tal-Knisja. Il-Knisja, fiż-żgħażagħ tara l-mixi tagħha lejn il-ġejjieni li għandha quddiemha u tara fihom ix-xbieha u t-tifkira ta’ dik iż-żgħożija ħienja li biha bla heda tistagħna bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. F’dan is-sens, il-Konċilju jgħid li ż-żgħażagħ huma “t-tama tal-Knisja˝ (168).

Fl-ittra li ktibt liż-żgħażagh kollha, lix-xebbiet u l-ġuvintur kollha tad-dinja, fil-31 ta’ Marzu, 1985, għidt, ˝Il-Knisja tħares lejn iż-żgħażagħ, anzi l-Knisja b’xi mod tara lilha stess fiż-żgħażagħ – fikom kollha u f’kull wieħed u waħda minnkom. Dan kien sa mill-bidu, jiġifieri sa minn żmien l-Appostli. Kliem San Ġwann fl-ewwel ittra tiegħu jista’ jkun xhieda mill-aqwa ta’ dan, ‘Qiegħed nikteb lilkom, żgħażagħ għax intom għelibtu l-ħażin. Ktibt lilkom tfal, għax intom għaraftu l-Missier…. Ktibt lilkom żgħażagħ għax intom qawwija u l-kelma ta’Alla tgħammar fikom’ (1Ġw 2,13-14)…. . Fi żmienna wkoll, meta aħna qrib tmiem l-elfejn sena wara Kristu, il-Knisja tara lilha nfisha fiż-żgħażagħ˝ (169).

Ma nistgħux inqisu ż-żgħażagħ sempliċiment bħala oġġett tal-ħerqa pastorali tal-Knisja, dan għaliex fil-fatt huma, u għandhom jiġu mħajrin u mħeġġin biex ikunu, żgħażagħ attivi, protagonisti tal-ħidma, għax-xandir tal-Evanġelju, dawk li bil-ħidma tagħhom iġeddu s-soċjeta’ (170). Iż-żgħożija hi żmien li fih iż-żgħażagħ, b’qawwa liema bħalha, jaraw x’inhu l-‘jien’ tagħhom u x’inhu ‘l-għan ta’ ħajjithom’, hi ż-żmien li fih jikbru, u jikbru ‘fl-għerf, u fl-għomor, u fil-grazzja quddiem Alla u quddiem il-bnedmin˝ (Lq 2, 52).

Kif qalu l-isqfijiet fis-Sinodu, ˝iż-żgħażagħ, fil-fond ta’ qalbhom, huma sensibbli ħafna għall-valuri tal-ġustiżżja, taċ-ċaħda tal-vjolenza u tal-paċi. Qalbhom hi miftuħa għall-imħabba tal-aħwa, għall-ħbieberija, għas-solidarjeta’. Iqanqalhom fuq li jqanqalhom kull ma għandu x’jaqsam mal-kwalita’ tal-ħajja u mal-ħarsien tan-natura. Iżda huma wkoll iġarrbin mill-inkwiet, mill-qerq, mill-qtigħ il-qalb u mill-biża tad-dinja, u mit-tiġrib kollu propju tal-kondizzjoni tagħhom˝ (171).

Il-Knisja għandu jkollha dik l-imħabba ta’ predilezzjoni li Kristu ta’ xhieda tagħha liż-żgħażugħ tal-Evanġelju, ˝Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba˝ (Mk 10,21). Minħabba f’hekk, il-Knisja qatt ma tgħejja tħabbar ‘il-Kristu u xxandar l-Evanġelju tiegħu, bħala tweġiba waħdanija ta’ għana bla qjies għax-xewqat l-aktar radikali taż-żgħażagħ, bħala stedina qawwija li tħeġġiġhom biex jimxu wara Kristu (˝Ejja, imxi warajja˝ – Mk 10,21), stedina li titlobhom jissieħbu fl-imħabba ta’ Kristu għall-Missier u jieħdu sehem fil-missjoni tiegħu għas-salvazzjoni tad-dinja.

Il-Knisja u ż-żgħażagħ għandhom ħafna x’igħidu lil xulxin. Dan id-djalogu għandu jsir b’imħabba, b’mod ċar, bil-qawwa kollha, b’kuraġġ, biex igħin ‘il dawk li ma humiex ta’ l-istess għomor ħa jiltaqgħu flimkien u jgħinu ‘l xulxin, u hekk ikun għajn ta’ għana u ta’ żgħożija għall-Knisja u għas-soċjeta’. Fil-messaġġ liż-żgħazaġħ, il-Konċilju qal, ˝il-Knisja tħares lejkom b’fiduċja u mħabba…. Hi l-vera żogħżija tad-dinja…. ħarsu lejha u fiha ssibu l-wiċċ ta’ Krsitu˝ (172).

It-tfal u saltna tas-smewwiet

  1. Għat-tfal, Ġesù kellu għożża kbira u ġenerożita’ liema bħala, għalihom jerfa’ l-barka tiegħu u wegħdhom ukoll is-saltna tas-sema (ara Mt 19,13-15, Mk 10,14). Ġesù, b’mod speċjali, igħolli s-sehem attiv li t-tfal għandhom fis-saltan tas-smewwiet, huma simbolu mill-aqwa u xbieha mill-isbaħ ta’ dawk il-kondizzjonijiet morali u spirtwali li huma meħtieġa biex wieħed jidħol fis-saltna tas-sema, u jgħix ħajja mogħtija kollha kemm hi lil Alla, ˝Tassew ngħidilkom li jekk intom ma terġghux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-saltna ts-smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-saltna tas-smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir. U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili˝ (Mt 18,3-5, ara Lq 9,48).

It-tfal ifakkruna li l-għerq ħaj li jagħti kotra ta’ frott lill-ħidma missjunarja tal-Knisja, m’humiex il-mezzi u l-merti tal-bnedmin, imma hu d-don li Alla jagħti kollu kemm hu minn rajh. Il-ħajja tat-tfal, imżejna b’innoċenza u grazzja u l-moħqrija ssirihom inġustament, jiksbu, bil-qawwa tas-Salib ta’ Kristu, tkattir ta’ għana spiritwali għalihom u għall-Knisja kollha, aħna lkoll imissna nagħarfu u nħossu dan u nuru ħajr għalih.

Jeħtieġ nagħarfu wkoll li mit-tfal u miċ-ċkejknin jistgħu jsiru ħafna ħidmiet ta’ siwi kbir biex timbena l-Knisja u biex is-soċjeta’ tkun aktar tixraq lill-bniedem. Il-Konċilju kemm-il darba tkellem dwar l-għajnuna u l-ġid li jagħtu t-tfal fi ħdan il-familja, li hi ‘il-knisja tad-dar’, ˝it-tfal, bħala membri tal-familja, igħinu, bil-mod tagħhom, għall-qdusija tal-ġenituri˝ (173), dan il-kliem dwar it-tfal għandu jiġi mtenni kemm b’referenza għall-Knisja universali, u kemm b’riferenza għall-knisja lokali. Ġwanni Gerson, teologu u edukatur li għex fis-seklu XV, kien ġa għaraf dan meta kiteb li ˝parti tal-Knisja li mhux ta’ min iwarrabha huma t-tfal u l-adoloxxdenti˝ (174).

Ix-xjuħ u d-don tal-għerf

  1. Lix-xjuħ, li spiss jitqiesu, inġustament, bħala nies li ma jiswew għal xejn u xi kull tant ukoll bħala piż li ma tissaportiħx, irrid infakkarkom li l-Knisja tistenna u titlob minnhom li jkomplu jaqdu l-missjoni appostolika u missjunarja tagħhom, missjoni li fix-xjuħija mhux biss tista’ ssir imma għandha ssir ukoll, missjoni li minħabba l-għomor tagħhom għandha, b’xi mod, karattru speċjali u oriġinali.

L-Iskrittura tieħu pjaċir turina x-xiħ bħala xbieha ta’ bniedem għani bl-għerf u l-biża ta’ Alla (ara Bin Sirak 25, 4-8). Fid-dawl ta’ dan, id-‘don’ tax-xjuħija, nistgħu nqishuh bħala dak id-don mogħti lil min fil-Knisja u s-soċjeta’ huwa xhud tat-tradizzjoni tal-fidi (ara Salm 44,2, Es, 12, 26-27), mgħallem tal-ħajja (ara Bin Sirak 6, 35, 8, 11-12), u ħaddiem tal-imħabba.

L-għadd tax-xjuħ kiber f’ħafna pajjiżi tad-dinja u l-waqfien qabel iż-żmien mill-professjoni u mix-xogħol illum qed jiftaħ qasam ġdid għall-attivita’ appostolika tal-anzjani, hu dmir li wieħed irid jidħol għalih billi jirbaħ bil-qawwa kollha t-tentazzjoni li jingħalaq bi ħsibijietu fl-imgħoddi tiegħu, li qatt ma jista’ jiġi lura, jew li jaħrab minn kull impenn minħabba d-diffikultajiet li magħhom jiltaqa’ f’dinja li kull jum qiegħda tinbidel, hu fid-dmir li jagħraf dejjem aktar illi l-ħidma fil-Knisja u fis-soċjeta’ ma tista’tieqaf qatt, hu x’inhu l-għomor tal-bniedem, biss tieħu sura oħra. Igħid s-Salmista, ˝Sa fi xjuħithom il-frott jagħmlu, kollhom ħajja u ħdura, biex ixandru li ġust hu l-Mulej˝ (Salm 92, 15-16). Intenni dak li għidt fil-Ġublew tax-xjuħ, ˝Id-dħul fix-xjuħija għandu jitqies bħala privileġġ, mhux biss għaliex mhux kulħadd għandu x-xorti li jilħaq dan il-għomor, imma wkoll, u dan hu aqwa, għaliex ix-xjuħija hi ż-żmien li fih wieħed jista’ bil-fatti jqis aħjar l-imgħoddi tiegħu, jagħraf u jgħix aktar fil-fond il-misteru tal-Għid, u jkun ta’ eżempju fil-Knisja għall-poplu kollu ta’ Alla…. Minkejja l-ħafna problemi komplessi tagħkom li jridu jinħallu, u minkejja li saħħitkom qed tonqos bil-mod il-mod, u minkejja n-nuqqasijiet tal-ordni soċjali, u ż-żmien twil li jrid igħaddi biex isiru l-liġijiet, minkejja l-egoiżmu ta’ soċjeta’ li ma tridx tifhimkom, intom m’intomx, u ma għandkomx taħsbu li intom, imwarrbin fil-ġenb, fil-ħajja tal-Knisja, jew nies li ma tistgħu tagħmlu xejn f’dinja mgħaġġla żżejjed, imma għandkom tqisu ruħkom bħala nies attivi, fi żmien ta’ ħajja li jagħti kotra ta’ frott uman u spiritwali lill-eżistenza tal-bniedem. Għad għandkom missjoni x’tagħmlu, għajnuna x’tagħtu. Skond il-pjan ta’ Alla, kull bniedem hu ħajja dejjem tikber, mill-ewwel sa l-aħħar nifs tal-ħajja˝ (178).

NISA U RĠIEL

  1. L-isqfijiet fis-Sinodu taw attenzjoni speċjali lill-qagħda u lix-xogħol tal-mara, u dan għal żewġ raġunijiet, għarfu u stiednu, għal darb’oħra, lil kulħadd biex jagħraf l-għajnuna – għajnuna li ebda ħadd ieħor ma jista’ jagħtiha – li tista’ tagħti l-mara għall-bini tal-Knisja u għall-iżvilupp tas-soċjeta’, imbagħad ukoll raw aktar fil-fond b’mod aktar speċifiku x’sehem jista’ jkollha l-mara fil-ħajja u l-missjoni tal-Knisja. Huma u jiftakru f’dak li qal il-Papa Ġwanni XXIII, li ra, bħala sinjal ta’ żmijietna, l-għarfien min-nisa tad-dinjità tagħhom u d-dħul fil-ħajja pubblika, quddiem il-ħafna suriet ta’ diskriminazzjoni u t-twarrib li bihom huma mġarrbin in-nisa, għax nisa, l-isqfijiet fis-Sinodu bil-qawwa kollha tennew il-ħtieġa li bla telf ta’ żmien, tiġi mħarsa u miġjuba ‘l quddiem id-dinjità tal-mara bħala persuna, u għalhekk, l-ugwaljanza tagħha wkoll mar-raġel.

Għalkemm dan hu dmir ta’ kulħadd fil-Knisja u fis-soċjeta’ hu dmir speċjali tan-nisa, li għandhom iqisu ruħhom obbligati li jkunu minn ta’ quddiem f’din il-ġlieda għad-drittijiet tagħhom. Għad hemm ħafna xi jsir f’ħafna pajjiżi tad-dinja u f’ħafna oqsma tas-soċjeta’ biex tinqered dik il-mentalita’ kiefra u inġusta li tqis il-persuna tal-bniedem bħala xi ħaġa, xi oġgett li tixtri u tbigħ, bħala mezz biex jinkisbu interessi egoistiċi jew pjaċiri u gosti, aktar u aktar meta l-ewwel vittma ta’ din il-mentalita’ hi propju l-mara. Għall-kuntrarju, l-għarfien sħiħ tad-dinjità tal-mara hu biss l-ewwel pass li jrid isir biex il-mara jkollha sehem sħiħ fil-ħajja tal-Knisja u fil-ħajja soċjali u pubblika. Hi meħtieġa tweġiba aktar wiesgħa u aktar deċiżiva għat-talba tal-Eżortrazzjoni Familiaris consortio dwar il-ħafna diskriminazzjonijiet li ġġarrab il-mara, ‘biex kulħadd jagħmel ħidma pastorali speċifika u inċiżiva ħalli jintrebħu darba għal dejjem (dawn id-diskriminazzjonijiet) u jkun hemm rispett sħiħ għax-xbieha ta’ Alla li hemm f’kull bniedem, bla ebda eċċezzjoni˝(177) L-istess fehma kellhom l-isqfijiet tas-Sinodu, “Bħal manifestazzjoni tal-missjoni tagħna, il-Knisja trid teħodha bil-qawwa kollha kontra kull sura ta’ diskriminazzjoni u abbuż tan-nisa“. (178) U band’oħra, “Id-dinjità tal-mara, midruba sewwa fl-istima tan-nies, tird tingħatalha lura u dan iseħh meta d-drittijiet tal-bniedem bħala persuna jiġu mħarsa sewwa u jseħħ fil-prattika t-tagħlim tal-Knisja˝ (179).

 

B‘mod partikulari, meta wieħed jitkellem dwar sehem attiv u responsabbli fil-ħajja u l-missjoni tal-Knisja, ma jridx jinsa dak li ġa qal il-Konċilju Vatika II b’mod l-aktar ċar, “Meta llum in-nisa qed ikollhom dejjem aktar parti attiva fil-ħajja kollha tas-soċjeta’, hi ta’ importanza kbira l-parteċepazzjoni tagħhom ukoll fil-ħafna oqsma tal-appostolat tal-Knisja“ (180).

L-għarfien li l-mara, bil-kwalitajiet u d-dmirjiet tagħha, għandha vokazzjoni speċifika tagħha, fiż-żmien ta’ wara l-Konċilju, kiber u sar għarfien aktar fil-fond għax għandu l-ispirazzjoni l-aktar oriġinali tiegħu fl-Evanġelju u fl-istorja tal-Knisja. Min jemmen isib fl-Evanġelju jew fil-kliem u l-egħmil ta’ ĠesùKristu, it-tifsir meħtieġ u definittiv ta’ dan, ħaġa li f’dan il-mument tal-ġrajja tal-bniedem għandha tagħti frott bil-kotra u ġġib tiġdid sħiħ.

Għalkemm in-nisa m’humiex imsejħin għall-ħidma propjra tat-tnax-il Appostlu, u għalhekk m’humiex imsejħin għas-saċerdozju ministerjali, ħafna minnhom kienu mseħbin ma’ Ġesù fil-ministeru tiegħu u kienu jaqdu lill-Appostli (ara Lq 8, 2-3), kienu ħdejn is-Salib (ara Lq 23, 49) u assistew għad-difna ta’ Ġesù (ara Lq 23,55), nhar l-Għid filgħodu kmieni saritilhom it-tħabbira tal-qawmien mill-imwiet u wassluha lit-Tnax (ara Lq 24,1-10), kienu jitolbu ma’ l-Appostli fiċ-Ċenaklu jistrennew Jum Għid il-Ħamsin (ara Atti 1,14).

Il-Knisja ta’ l-ewwel żminijiet, fid-dawl ta’ l-Evanġelju, infirdet mill-kultura ta’ dak iż-żmien u sejħet il-mara għal ħidma marbuta max-xandir tal-Evanġelju. Fl-ittri tiegħu l-Appostlu San Pawl isemmi ħafna nisa, xi wħud b’isimhom, minħabba l-ħafna ħidmiet tagħhom fost l-ewwel komunitajiet insara u fil-qadi ta’l-ewwel komunitajiet insara. (ara Rum 16, 1-5, Fil 4,2-3, Kol 4,15, 1Kor 11,5, 1 Tim 5,16), “Jekk bix-xhieda tal-Appostli twaqqfet il-Knisja“ qal il-Papa Pawlu VI, ‘ix-xhieda tan-nisa għenet ħafna ħa tissaħħah il-fidi tal-komunitajiet tal-insara’ (181).

Kif ġara fl-ewwel żminijiet, hekk ukoll ġara fiz-zminijiet ta’wara, għalkemm f’suriet u aspetti oħra, il-Knisja dejjem kellha nisa li għamlu ħidma deċiżiva fil-Knisja u qdew dmijiet ta’ importanza kbira għall-istess Knisja. Hi ġrajja ta’ ħidmiet mill-aqwa, spiss magħmulin fil-moħbi u fis-skiet, iżda mhux għalhekk inqas importanti għall-kobor u l-qdusija tal-Knisja. Jeħtieġ li din il-ġrajja tkompli anzi tikber u tissaħħaħ aktar ma jikber l-għarfien kullimkien tad-dinjita tal-mara bħala persuna u tal-vokazzjoni tagħha, quddiem il-ħtieġa li mill-aktar fis isseħħ “evanġilazzazzjoni ġdida“, u r-relazzjonijiet bejn il-bnedmin isiru “b’mod aktar jixraq lill-bniedem bħala bniedem“.

L-isqfijiet fis-Sinodu, huma u jilqgħu is-suġġerimenti tal-Konċilju Vatikan II, suġġeriment li hu rifless ta’ l-Evanġelju u ta’ l-istorja tal-Knisjja, ħarġu b’din ir-‘rakkomdandazzjoni’ speċjali, “Jeħtieġ li l-Knisja tagħraf il-kwalitijiet kollha tan-nisa u ta’ l-irġiel għall-ħajja u l-missjon tagħha, u tużahom fil-prattika˝ (182). Ukoll “Dan is-Sinodu jxandar li l-Knisja teħtieġ l-għarfien u l-użu tal-kwalitajiet kollha tal-esperjenzi u tal-kapaċitajiet tan-nisa u tal-irġiel, biex il-missjoni tagħha tirnexxi tassew˝ (ara Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Instructio de libertate christiana et libbberatione, 72) (183).

Pedamenti antroploġoċi u teoloġiċi

  1. Biex tiġi żgurata l-preżenza li jistħoqqilha l-mara fil-Knisja u fis-soċjeta’ jeħtieġ li jkun hemm għarfien aktar fil-fond u aktar eżatt tal-pedament antropoloġiku tal-qagħda tar-raġel u tal-mara, qagħda li turi b’mod eżatt l-‘identita’ tal-mara bħala persuna fir-relazzjoni tagħha mar-raġel, ‘identita’ li tagħżilha minnu u fl-istess ħin turi li l-mara u r-raġel jeħtieġu lil xulxin għal kollox, u dan mhux biss dwar kif għandhom jaqdu dmirjiethom u dwar dak li għandhom jagħmlu skond in-natura proprja tagħhom, imma wkoll, u dan aktar fil-fond, dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istess struttura tagħhom u mat-tifsir tagħhom bħala persuni. L-isqfijiet fis-Sinodu dan għarfuh sewwa meta qalu, ˝Il-pedamenti antropoloġiċi u teoloġoċi, biex jiġu maħlula l-problemi dwar it-tfisir tar-raġel u tal-mara u tad-dinjità tagħhom, jeħtieġu studju aktar fil-fond˝. (184)

Il-Knisja, hija u timpenja ruħha li taħseb fuq il-pedamenti antropoloġiċi u teoloġoċi tal-kondizzjoni tal-mara, insibuha fil-proċess storiku tal-ħafna movimenti għall-promozzjoni tal-mara, hi tagħti l-għajnuna tagħha, ta’ siwi kbir, għax tinżel fil-fond, sa l-egħruq tal-kondizzjoni tal-mara bħala persuna. Dan, il-Knisja tagħmlu l-ewwelnett biex hekk tobdi lil Alla li, huwa u jaħlaq il-bniedem ˝fuq is-sura tax-xbieha tiegħu˝, ħalaqhom ‘raġel u mara’ (Ġen 1,27), u hekk ukoll turi li trid tilqa’ s-sejħa ta’ Alla biex tagħraf il-pjan tiegħu, tammirah u tgħixu. Hu pjan li fil-“bidu ˝ ġie ffissat, b’mod li ma jista’ jitħassar qatt, fin-natura stess tal-bniedem, raġel u mara, u għalhekk jinsab fl-istrutturi stess li jsawwru l-bniedem u fid-dinamiżmi l-aktar intimi tan-natura tiegħu. Dan il-pjan, ta’ għerf u mħabba bla qjies, jitlob li jkun magħruf l-għana kollu li jinsab fih, dan il-għana sa ˝mill-bidu’ beda jidher ftit ftit, u beda jseħħ tul il-ġrajja kollha tas-salvazzjoni, u laħaq il-qofol tiegħu ˝fil-milja taż-żminijiet˝, meta Alla bagħat ‘l-Ibnu fid-dinja mwieled minn mara˝ (Gal 4,4,). Din il-‘milja’ għadha sejra fil-ġrajja tad-dinja, it-tifsir tal-pjan ta’ Alla dwar il-mara qed tidher kontinwament u għandu jidher fil-fidi tal-Knisja u dan ukoll bl-għajnuna tal-ħajja ta’ tant nisa nsara. U lanqas għandna ninsew l-għajnuna li tiġi mill-ħafna xjenzi dwar il-bniedem u minn tant kulturi, dawn, meqjusin bil-għaqal kollu, jistgħu jgħinu biex jingħarfu u jiġu mfissrin b’mod l-aktar preċiż, dawk il-valuri u dawk il-ħtiġijiet li għandhom x’jaqsmu man-natura ta’ dejjem tal-mara u dawk il-valuri u dawk il-ħtieġijiet l-oħra li huma marbutin mal-iżvilupp kulturali tagħha tul il-ġrajja tad-dinja. Il-Konċilju Vatikan II ifakkar, ˝Il-Knisja tgħidilna li fost it-tibdil kollu li jsir, dejjem jibqgħu ħafna ħwejjeg li ma jinbidlu qatt, għaliex għandhom il-pedament tagħhom fi Kristu, li hu dak li kien, fl-imgħoddi, issa u għal dejjem˝ (ara Lhud 13,8) (185).

L-Ittra Appostolika dwar id-dinjità u l-vokazzjoni tal-mara titkellem fit-tul dwar il-pedamenti antropoloġiċi u teoloġiċi tad-dinjità tal-mara bħala persuna. Dan id-dokument, li mill-ġdid jaqbad il-katekeżi tiegħi ta’ kull nhar ta’ erbgha li tul żmien twil għamilt dwar it-teoloġija tal-‘gisem’, ikompliha u jfissirha, u jħoll ukoll il-wegħda li għamilt fl-enċiklika Redemptoris Mater (186) u jwieġeb għat-talba tal-isqfijiet tas-Sinodu.

Il-qari ta’l-ittra Mulieris dignitatem, ukoll għaliex hi meditazzjoni bibliko-teoloġika, tista’ tqanqal l-irġiel u n-nies kollha, u b’mod speċjali l-istudjużi tax-xjenzi umani u tat-teoloġija, biex ikompli l-istudju kritiku tagħhom ħalli, fuq is-sisien tad-dinjità tar-raġel u tal-mara bħala persuni u fir-relazzjonijiet tagħhom bejn xulxin, jiġu magħrufin aktar fil-fond il-valuri u l-kwalitajiet speċifiċi tal-mara bħala mara u tar-raġel, bħala raġel mhux biss fil-qasam tal-ħajja soċjali, imma wkoll, u wisq aktar, fil-qasam tal-ħajja nisranija u ekklesjali.

Il-meditazzjoni tas-sisien antropoloġiċi u teoloġiċi tal-kondizzjoni tal-mara, għandha ddawwal u tirregola t-tweġiba nisranija għall-kwistjoni li spiss tiġi mqanqla, u xi kull tant imqanqla b’mod aktar kruċjali, dwar ‘il-post’ li l-mara jista’ u għandu jkolha fil-Knisja u fis-soċjeta’.

Il-kliem u l-imġiba ta’ Kristu, li għall-Knisja huma regola, juruna ċar li ma għandux ikun hemm differenzi fir-relazzjoni tar-raġel u tal-mara ma’ Kristu, għaliex fi Kristu ˝ma hemmx raġel u anqas mara għax ilkoll ħaġa waħda fi Krstu Ġesù(Gal 3,28), u lanqas ma għandu jkun hemm differenzi dwar is-sehem fil-ħajja u l-qudisja tal-Knisja, kif jixhed il-profeta Ġoel u kif seħħ b’mod tal-għaġeb nħar il-Għid il-Ħamsin, ˝Jiena nsawwab l-ispirtu tiegħu fuq il-ħlejjaq kollha, uliedkom iħabbru subien u bniet˝(Ġoel 3,1, Atti 2,17ss). Hekk naqraw fl-ittra appostolika dwar id-dinjita u l-vokazzjoni tal-mara, “Ir-raġel u l-mara jistgħu jilqgħu bl-istess mod it-tħabbira tal-veritajiet ta’ Alla u l-imħabba fl-Ispirtu s-Santu, it-tnejn jista’jkollhom ‘żjarat’ ta’ salvazzjoni u qdusija˝ (187).

Missjoni fil-Knisja u fid-dinja

  1. Imbagħad meta niġu għall-parteċipazzjoni fil-missjoni appostolika tal-Knisja, il-mara hi żgur daqs ir-raġel, għaliex minħabba l-Magħmudija u l-Konfermazzjoni, għandha sehem mill-missjoni ta’ Kristu Saċerdot, Profeta u Sultan, u għalhekk ġiet lilha mogħtija l-ħila u hi ġiet konsagrata biex taqdi l-appostolat fondamentali tal-Knisja, ix-xandir tal-Evanġelju. Min-naħa l-oħra, biex tagħmel dan l-appostolat, il-mara għandha tħaddem il-‘kwalitajiet’ proprji tagħha, u l-ewwelnett id-don, li hu l-istess dinjità tagħha bħala persuna, permezz tal-kelma tagħha u bix-xhieda ta’ ħajjitha, imbagħad wkoll dawk id-doni li huma marbutin mal-vokazzjoni tagħha bħala mara.

Għall-parteċipazzjoni fil-ħajja u l-missjoni tal-Knisja, il-mara ma tistax tirċievi l-Ordni Sagri, u għalhekk ma tistax taqdi dawk id-dmirijiet li huma proprji tas-saċerdozju ministerjali.

Din hija ħaġa li l-Knisja dejjem qisitha bħala dak li Kristu dejjem ried, b’rieda għal kollox ħielsa u setgħana, sejjaħ bħala appostli rġiel biss. (188) Din il-ħaġa tidher aktar ċara jekk narawha fid-dawl tar-relazzjoni ta’ Kristu l-Għarus ma’ l-Għarusa tiegħu l-Knisja (189). Din hi kwistjoni ta’ uffiċċju, u mhux ta’dinjità jew ta’ qdusija. Verament għandna ngħidu li ˝għalkemm il-Knisja għandha struttura ‘ġerarkika’, din l-istruttura hi kollha kemm hi għat-tqaddis tal-membri kollha fi Kristu˝(190).

Iżda, kif kien igħid il-Papa Pawlu VI, ˝jekk ma nistgħux inbiddlu l-imġiba tal-Mulej u lanqas is-sejħa li Hu jagħmel lin-nisa, almenu għandna nagħarfu u nġibu ‘l quddiem is-sehem tal-mara fil-missjoni tal-Knisja għax-xandir tal-Evanġelju u fil-ħajja tal-komunita’˝ (191).

Hu għal kollox meħtieġ li dan l-għarfien, fit-teorija, tal-preżenza resposabbli tal-mara fil-Knisja, iseħħ ukoll fil-prattika. F’dan is-sens preċiż għandha tiftiehem din l-eżortazzjoni li nkitbet għall-insara lajċi, li fiha, għal ta’ apposota, kull darba ma’ tulha, ġie mtenni l-kliem ˝raġel u mara˝. Barra dan, il-Kodici l-ġdid tal-Liġi tal-Knisja għandu ħafna normi dwar il-parteċipazzjoni tal-mara fil-ħajja u l-missjoni tal-Knisja, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu aktar magħrufin minn kulħadd, u, għalkemm dan l-għarfien irid isir skond kif tħossu kull kultura, u skond l-okkażjonijiet li joħorġu mill-ħtieġa pastorali, għandhom iseħħu wisq aktar malajr u b’deċiżjoni.

Bħala eżempji nistgħu nsemmu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Kunsilli pastorali djoċesani u parrokkjali, kif ukoll fis-Sinodi Djoċesani u fil-Kunsilli partikulari. L-isqfijiet dwar dan kitbu, ˝Fil-ħajja tal-Knisja, in-nisa għandu jkollhom sehem, bla ebda diskriminazzjoni, f’kull konsultazzjoni li ssir u f’kull deċiżjoni li tittieħed˝ (192. U kitbu wkoll, ˝In-nisa, li ġa għandhom sehem kbir fix-xandir tal-fidi u f’kull sura ta’qadi li jsir fil-ħajja tal-Knisja għandhom jiġu msejħin wkoll biex igħinu fit-tħejjija ta’ dokumenti pastorali u f’inizjativi missjonarji u għandhom jingħarfu bħala koperaturi tal-missjoni tal-Knisja fil-familja, fil-professjoni u fil-komunita’ ċivili˝ (195).

Fil-qasam aktar speċifku tal-evanġelizzazzjoni u tal-katekeżi, għandha tiġi ‘l quddiem b’qawwa akbar il-ħidma partikulari tal-mara għax-xandir tal-fidi, mhux biss fi ħdan il-familja, iżda wkoll fil-ħafna postijiet differenti tal-edukazzjoni, u, b’mod aktar ġenerali, f’kull fejn tista’tiġi milqugħa l-Kelma ta’Alla, tiġi mfissra, tifteħem u titħabbar permezz ta’studju, ta’riċerka u ta’tagħlim tat-teoloġija. Waqt li l-mara tkun qed taqdi din il-ħidma tagħha għax-xandir tal-Evanġelju, tibda tħoss wisq aktar il-ħtieġa li tkun evanġelizzata. Hekk, ˝bl-għajnejn tal-fidi mdawwlin˝(araEf 1, 18), il-mara tkun tista’ tagħżel dak li verament jaqbel mad-dinjità tagħha bħala persuna u mal-vokazzjoni tagħha, minn dak kollu li, forsi bl-iskuża ta’ din id-‘dinjitàu bl-iskuża tal-‘liberta’ u tal-‘progress’ iwassal biex il-mara ma tasalx biex issaħħaħ il-valuri veri, imma, għall-kuntrarju, issir responsabbli tad-dgħafin morali tal-persuna, tal-ambjent u tas-soċjeta’. Din il-għażla storika trid issir minnufih, bla ebda dewmien, fl-istess ħin, dan jitolbu, u jista’ jsir bis-seħem tal-mara nisranija fil-missjoni profetika ta’ Kristu u tal-Knisja tiegħu. ˝L-istħarriġ˝ li dwaru San Pawl jitkellem ta’ spiss, m’huwiex biss stħarriġ dwar fatti u qagħdiet fid-dinja fid-dawl tal-fidi, imma wkoll deċiżjoni bil-fatti u mpenn sħiħ, mħux biss fi ħdan il-Knisja imma wkoll fis-soċjeta’ tal-bnedmin.

Nistgħu ngħidu li l-problemi kollha ta’llum, li dwarhom ġa tkellmet it-tieni parti tal-Kostituzzjoni Gaudium et Spes, problemi li biż-żmien la nħallu u lanqas naqsu, jitolbu l-preżenza u l-impenn tan-nisa, u dan permezz tal-kontribut proprju tagħhom li ebda ħadd ieħor ma jista’ jagħtih.

B’mod partikulari hemm żweġ ħidmiet kbar fdati lin-nisa li jistħoqqilhom jiġu proposti mill-ġdid għall-attenzjoni ta’ kulħadd.

L-ewwelnett hemm il-ħtieġa li tingħaraf b’mod sħiħ id-dinjità tal-ħajja fiż-żwieġ u tal-maternita’. Illum il-mara qed ikollha ħafna okkażjonijiet ġodda biex tifhem aktar fil-fond il-valuri tal-bniedem u tan-nisrani u tħarishom fil-prattika b’mod aktar għani, dawn huma l-ħajja fiż-żwieġ u l-esperjenza tal-maternita’. Ir-raġel innifsu – miżżewweġ u missier – jista’ jegħleb is-suriet kollha u kull sura ta’ assenza tiegħu jew ta’ preżenza tiegħu dgħajfa u ta’ darba fit-tant, fil-ħajja taż-żwieġ, bħala miżżewweġ u missier, anzi jista, jinvolvi ruħu f’relazzjonijiet ġodda ma’ martu li jfissru ħafna, proprju bl-intervent kollu mħabba, intelliġenti u deċiżiv, ta’ martu.

It-tieni ħaġa li hi d-dmir tal-mara, hi li ssaħħaħ id-dimensjoni morali tal-kultura, ta’ kultura li tixraq lill-bniedem bħala persuna u tixraqlu fil-ħajja tiegħu fis-soċjeta’. Il-Konċilju Vatikan II, milli jidher, jorbot id-dimensjoni morali tal-kultura mal-parteċipazzjoni tal-lajċi fil-missjoni ta’ Kristu sultan, ˝Il-lajċi, ukoll, b’ħidma flimkien, għandhom isaffu l-istituzzjonijiet u l-kondizzjonijiet tal-ħajja fid-dinja, jekk hemm minnhom li jħajru l-imġiba tan-nies għad-dnub, biex ikunu jaqblu man-normi tal-ġustizzja u jgħinu aktar, u mhux ifixklu, kull egħmil tajjeb, kull virtu’. Meta jkunu jagħmlu dan, ikunu jimlew b’valuri morali l-kultura u kull ħidma tal-bniedem˝ (194).

Aktar mal-mara tieħu sehem attiv u responsabbli fit-tħaddim tal-istituzzzjonijiet, li minnhom jiddependi l-primat tal-valuri tal-bniedem fil-ħajja tal-komunitajiet politiċi, il-kliem tal-Konċilju li għandni kemm semmejt juri qasam importanti ħafna għall-ħidma tal-mara, fid-dimensjonijiet kollha tal-ħajja ta’ dawn il-komunitajiet, kemm fid-dimensjoni soċjali-ekonomika, u kemm fid-dimensjoni soċjali-politika, id-dinjità tal-mara bħala persuna u l-vokazzjoni tagħha għandhom jiġu mħarsa u miġjuba ‘l quddiem, mħux biss individwalment, għall kull mara, imma wkoll fi ħdan il-komunitajiet, mhux mħollijin biss għar-responsabbilta’ ħielsa ta’ kull individu, imma wkoll b’suriet iffassati minn liġijiet ċivili ġusti.

˝Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu. Ħa nagħmillu għajnuna tgħodd għalih˝(Gen 2,18). Alla l-Ħallieq ried jafda l-bniedem lill-mara. Veru li l-bniedem hu fdat lil kull bniedem, iżda b’mod speċjali hu fdat lill-mara, għaliex proprju hi l-mara li tħoss b’mod speċjali għall-bniedem, u għal dak kollu li hu l-veru ġid tiegħu, sa mill-istess valur fondamentali ta’ ħajtu, u dan minħabba l-esperjenza speċjali tagħha ta’omm. X’responsabbiltajiet kbar għandha l-mara u kemm tista’ tagħmel f’dan il-qasam, illum, meta l-progress tax-xjenza u tat-teknika mhux dejjem jitqies li huwa ispirat minn għerf veru, u għalhekk ta’ periklu żgur għall ħajja tal-bniedem għax ˝jiddissumanizzaha˝, jagħmilha ħajja ma tixraqx il-bniedem, u dan l-aktar meta jkun jeħtieġ li tiġi milqugħa b’imħabba kollha ħeġġa u b’ġenerożita’kbira!

Il-parteċipazzjoni tal-mara fil-ħajja tal-Knisja u tas-soċjeta’ permezz tal-kwalitajiet tagħha, hi fl-istess ħin it-triq li minnha trid tgħaddi biex tilħaq il-kobor sħiħ tagħha bħala persuna – ħaġa li fuqha llum tant qed issir insistenza – u s-sehem oriġinali tagħha għall-kobor tal-komunita’ ekklesjali u tax-xirka fil-Knisja, u għall-ħeġġa fil-ħidma tal-appostolat – id-dinamiżmu appostoliku – tal-Poplu ta’ Alla.

 

Fid-dawl ta’ dak li għadni kemm għidt, irridu nqisu wkoll il-preżenza tar-raġel, flimkien mal-mara.

Il-preżenza u l-kollaborazzjoni tal-irġiel man-nisa.

  1. Fl-awla tas-Sinodu ma naqasx li jinstema’ wkoll leħen dawk li wrew il-biża tagħhom li l-insistenza kbira li kienet qiegħda ssir dwar il-qagħda u l-ħidma tal-mara, setgħet twassal għal sura ta’ skiet li ma għandux jiġi aċċettat, is-skiet dwar ir-raġel. Hu minnu, u għandu jisgħob bina, li f’ħafna oqsma tal-Knisja il-preżenza tal-irġiel hi jew nieqsa għal kollox jew hi ftit wisq, xi wħud għax jaħarbu mir-responsabbiltajiet tagħhom fil-Knisja, u jħalluhom biss għan-nisa, l-irġiel ma tarahom xejn jew tara wisq ftit li jieħdu sehem fit-talba liturġika tal-Knisja, fl-edukazzjoni, u b’mod speċjali fit-tagħlim tal-katekiżmu lil uliedhom u lil tfal oħra, f’laqgħat reliġjużi u kulturali u f’attivitajiet karitativi u missjunarji.

Jeħtieġ għalhekk li, kemm jista’ jkun malajr, fil-ħidma pastorali l-irġiel u n-nisa jiftehmu bejniethom biex is-sehem tagħhom bħala lajċi nsara fil-missjoni tal-Knisja għas-salvazzjoni tad-dinja ikun sħiħ, aktar organizzat u jagħti aktar frott.

 

Ir-raġuni ewlenija għaliex jeħtieġ li l-irġiel u n-nisa jkunu jaħdmu flimkien, m’hijex ir-raġuni li ġa semmejt, jiġifieri li b’hekk il-ħidma pastorali tal-Knisja jkollha tifsir aħjar u tkun aktar effikaċi, u wisq anqas hi l-fatt soċjoloġiku tal-ħajja flimkien tal-bniedem, f’komunitajiet naturalment magħmulin minn rġiel u nies. Iżda r-raġuni ewlenija hi l-pjan oriġinali ta’ Alla li ħalaq kollox, li sa ˝mil-bidu˝ ried li n-natura tal-bniedem tkun˝għaqda ta’ tnejn flimkien˝, ried li r-raġel u l-mara jagħmlu l-ewwel komunita’ ta’ persuni fiż-żwieġ, komunita’ li minnha jinbtu l-komunitajiet l-oħra kollha, qisha l-għerq tagħhom ilkoll, u fl-istess ħin ˝sinjal˝ ta’dik ix-xirka fl-imħabba bejn Tliet Persuni, li hi l-misteru tal-ħajja intima tat-Trinita’ Qaddisa, Alla wieħed fi Tliet Persuni.

Għalhekk il-mod l-aktar komuni u l-aktar imxerred u, fl-istess ħin, il-mod ewlieni li bih in-nisa u l-irġiel, b’mod xieraq u bi ftehim sħih bejniethom jissieħbu fil-missjoni u l-ħidma tal-Knisja, u jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’responsabbilita’ sħiħa, huwa bħala miżżewġin u bħala familji nsara, fil-familji nsara jidhru is-suriet kollha tal-ħajja u tal-imħabba, jiġifieri s-suriet tal-ħajja u tal-imħabba tal-miżżewwġin bejnithom, tal-missier u l-omm lejn uliedhom, tal-ulied lejn il-ġenituri tagħhom, tal-aħwa bejniethom. Fl-eżortazzjoni Familiaris consortio naqraw, ˝Jekk il-familja hi komunita’ fejn ir-rabtiet li hemm huma mġedda minn Kristu permezz tal-fidi u tas-sagramenti, it-tisħib tagħha fil-missjoni tal-Knisja jrid issir f’għamla ta’ kumunita’, għalhekk il-miżżewġin għandhom igħixu s-servizz tagħhom għall-Knisja u għad-dinja bħala koppja, u l-ġenituri u l-ulied għandhom igħixuh bħala familja… Il-familja nisranija mbagħad tibni s-saltna ta’ Alla fil-ġrajja tal-bniedem permezz ta’ dawk il-fatti li jiġru kull jum u li għandhom x’jaqsmu mal-kundizzjoni tal-ħajja tagħha u juru x’inhi, hu għalhekk li s-sehem tal-familja nisranija fil-missjoni profetika, saċerdotali u regali ta’ Gesu’ Kristu u tal-Knisja tiegħu jidher u jseħħ fl-imħabba tar-raġel u l-mara għal xulxin fiż-żwieġ u tal-ġenituri u tal-ulied għal xulxin fil-familja˝ (195).

Fid-dawl ta’ dan, l-isqfijiet tas-Sinodu fakkru t-tifsir li għandu jkollu s-Sagrament taż-Żwieġ fil-Knisja u fis-soċjeta’, biex idawwal u jnebbaħ kull relazzjoni bejn ir-raġel u l-mara. F’dan is-sens imbagħad tennew li ˝Kemm jista’ jkun malajr, hu meħtieġ li kull nisrani jgħix u jħabbar it-tama li hemm f’kull relazzjoni bejn il-mara u r-raġel. Is-Sagrament taż-Żwieġ, li jikkonsagra din ir-relazzjoni fis-sura li għandha fiż-żwieġ, u juriha bħala xbieha u sinjal tar-relazzjoni ta’ Kristu mal-Knisja tiegħu, jiġbor fih tagħlim importanti ħafna għall-ħajja tal-Knisja tagħlim li permezz tal-Knisja jrid jasal lid-dinja ta’ llum, kull relazzjoni bejn ir-raġel u l-mara għandha tkun mimlija b’dan l-ispirtu. Il-Knisja imissha tagħmel aktar użu minn dan il-għana˝(196). L-isqfijiet tennew ukoll u bir-raġun kollu, li ˝għandu jerġa jingħata rispett xieraq kemm lill-verġinita’ u kemm lill-maternita’(197), u tennew kemm-il darba wkoll il-ħtieġa li l-progress ta’ vokazzjonijiet diversi imma komplementari ta’ xulxin jikber dejjem aktar fi ħdan komunita’ ekklesjali ħajja, għall-kobor dejjem aktar tagħha.

MORDA U BATUTI

  1. Il-bniedem hu msejjaħ għall-hena, iżda kull jum hu mġarrab minn ħafna niket u tbatija. L-Isqfijiet fis-Sinodu, fil-messaġg tagħhom ta’ egħluq is-Sinodu, tkellmu dwar il-ħafna suriet ta’ niket u tbatija li jġarrbu l-irġiel u n-nisa, b’dan il-kliem, ˝Intom l-imwarrbin u l-abbandunati mis-soċjeta’ tal-infiq bla rażan, morda, handikappati, fqar, imġewħin, emigrati, maħrubin minn pajjiżkom, prigunieri, bla xogħol, tfal abbandunati u nisa waħedhom, intom il-vittmi tal-gwerer u ta’ kull xorta ta’ vjolenza, ħierġa mis-soċjeta tagħna, li tħalli kollox għaddej, il-Knisja tissieħeb fit-tbatijiet tagħkom li twassal għand il-Mulej, u li jseħbukom mat-tbatijiet tal-Passjoni tiegħu Hu li fdiena u ġiegħelna ngħixu fid-dawl tal-fidwa tiegħu. Nafdaw fikom biex tgħallmu d-dinja x’inhi l-imħabba. Nagħmlu minn kollox sabiex ikollkom il-post li hu dritt tagħkom fis-soċjeta u fil-Knisja ˝ (198).

`Quddiem id-dinja tat-tbatija tal-bniedem, dinja ta’ kobor bla qjies, irrid inħares l-ewwel lejn dawk kollha li huma mġarrbin mill-mard, fis-suriet kollha tiegħu, il-mard fl-aħħar mill-aħħar hu s-sura ta’ tbatija li biha l-aktar, u l-aktar ta’ spiss, hu mgarrab il-bniedem.

Is-sejħa tal-Mulej hi għal kulħadd u għal kull wieħed, il-morda wkoll huma msejħin biex imorru jaħdmu fil-għalqa tad-dwieli tal-Mulej. Il-piż li jagħfas fuq il-ġisem u jtellef l-hena lir-ruħ, bl-ebda mod ma jżomm lill-morda li ma jaħdmux fl-għalqa tal-Mulej, anzi jseħilhom biex igħixu s-sejħa tagħhom bħala bnedmin u bħala nsara u jagħtu sehemhom għall-kobor tas-Saltna ta’Alla b’mezzi ġodda li huma ta’ siwi aktar għoli. Kliem l-Appostlu għandu jkun il-programm ta’ ħajjithom u huwa, qabel kollox, dawl quddiem għajnejhom li jfisser il-grazzja tal-qagħda proprja tagħhom, ˝Jien ntemm f’ġismi dak li jonqas mit-tbatijiet ta’ Kristu, għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja˝ (Kol 1,24). Huwa u jintebaħ b’dan l-Appostlu San Pawl imtela bil-ferħ u qal, ˝Jiena issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom˝ (Kol 1, 24). Hekk ukoll ħafna morda jistgħu jġarrbu l-ferħ tal-Ispirtu s-Santu ˝fost ħafna taħbit˝ (1 Tess 1,6) u jkunu xhieda tal-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet. Wieħed handikappat, f’intervent tiegħu, waqt is-Sinodu qal, ˝Hu imporanti ħafna li nuru sewwa fid-dawl il-fatt li l-insara li qegħdin igħixu f’qagħda ta’ mard, tbatija u xjuħija, huma mistednin minn Alla mhux biss biex igħaqdu t-tbatijiet tagħhom ma’ dawk ta’ Kristu fil-Passjoni tiegħu, imma wkoll biex jilqgħu fihom u jwasslu lill-oħrajn il-qawwa tat-tiġdied u tal-ferħ tal-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet“ (2 Kol, 10, 11, 1Piet 4, 13, Rum 8,18s) (199)

Min-naħa tagħha, kif naqraw fl-ittra Appostolika Salvifiċi doloris, ˝Il-Knisja li għandha l-bidu tagħha fil-misteru tal-Fidwa bis-Salib ta’ Kristu, għandha tara kif tiltaqa’ mal-bniedem, b’mod speċjali, fit-triq tat-tbatija, għaliex f’din il-laqgħa l-bniedem isir ‘triq għall-Knisja’ u din hi l-aqwa fost it-triqat kollha˝ (200). Mela il-bniedem li qed ibati hu triq għall-Knisja għaliex huwa hu, qabel kollox, triq għal Kristu stess, is-Samaritan it-tajjeb li ˝ma jibqax għaddej˝ imma jitħassru, idewwilu l-ġrieħi. . u jorbothomlu… u jieħu ħsiebu˝ (ara Lq 10, 32-34).

Ix-xirka tal-insara, tul iż-żminijiet, fost il-kotra bla qjies ta’ morda u batuti, dejjem kitbet mill-ġdid il-parabolla tas-Samaritan it-tajjeb u wasslet lid-dinja l-imħabba ta’ Ġesù Kristu, imħabba ta’ fejqan u ta’ faraġ. Dan għamiltu bix-xhieda ta’ ħajja reliġjuża kollha kemm hi konsagrata għas-servizz tal-morda u bil-ħidma dejjem sejra ta’ dawk kollha li jaħdmu fost il-morda. Illum ukoll, fl-isptarijiet u fid-djar ta’ kura kottoliċi, il-preżenza tal-lajċi nsara, irġiel u nisa, qegħda dejjem tiżdied, anzi kemm-il darba huma biss il-lajċi nsara waħedhom li qed imexxu u jieħu ħsieb dawn l-isptarijiet u djar tal-kura. Huma proprju dawn in-nies – tobba, infermiera, u l-ħaddiema l-oħra kollha fil-qasam sanitarju, u l-ħafna voluntieri li huma msejħin biex ikunu xbieha ħajja ta’ Kristu u tal-Knisja fl-imħabba tagħħom lejn il-morda u l-batuti.

Ħidma pastorali mġedda

  1. Jeħtieġ li dan il-wirt ta’siwi kbir, li l-Knisja wirtet mingħand Kristu, li hu ˝it-tabib waħdieni tal-ġisem u tar-ruħ˝ (201), mhux biss qatt ma jonqos, imma dejjem aktar jikber fil-ġieh u jistagħna aktar b’ħidma pastorali mġedda u aktar deċiżiva għall-morda u għall-batuti u flimkien magħhom. Din il-ħidma trid twassal biex dawk li, b’xi mod jew ieħor, għandhom x’jaqsmu mal-morda u l-batuti, juruhom attenzjon sħiħa, ikunu qrib lejħom, ikunu magħhom, jisimgħuhom, jitkellmu magħhom, jissieħbu magħhom u jgħinuhom tassew, l-aktar f’dawk il-mumenti, meta, minħabba l-marda u d-djieqa tagħhom, mhux biss il-fiduċja tagħhom fil-ħajja imma wkoll il-fidi tagħhom f’Alla u fl-imħabba tiegħu ta’ Missier, huma għaddejjin minn tiġrib kbir. Din il-ħidma pastorali mġedda għandha tilħaq l-ogħla tifsir tagħha f’ċelebrazzjoni sagramentali għall-morda u mal-morda, li tkun ta’ qawwa għalihom fit-tbatija u fin-nuqqas ta’ saħħa tagħhom, ta’ tama fil-qtigħ il-qalb tagħhom, u ta’ mument ta’ laqgħa u ta’ festa.

Wieħed mil-għanijiet fondamentali ta’ din il-ħidma pastorali mġedda u aktar deċiżiva, li għandha timpenja b’mod organizzat il-membri kollha tax-xirka tal-Knisja, hu li l-marid, il-ħandikappat, il-batut ma jitqisx biss bħala dak li l-Knisja għandha tħobb u taqdi, imma wkoll bħala persuna attiva u responsabbli fil-ħidma tal-evanġelizzazzjoni u tas-salvazzjoni. Skond dan il-għan, il-Knisja għandha bxara tajba xi xxandar f’kull kultura li tilfet is-sens tat-tbatija tal-bniedem, u ‘tiċċensura’ kull diskors dwar din il-verita’ iebsa tal-ħajja. Din il-bxara tajba m’hijiex ħlief tħabbira lill-bniedem u lis-soċjeta’ dwar it-tifsir pożittiv li t-tbatija wkoll jista’ jkollha, meta hi msejħa biex tkun tisħib fil-passjoni ta’ Kristu għas-salvazzjoni tad-dinja u fil-ferħ tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, u għalhekk qawwa għat-tqaddis u għall-bini tal-Knisja. Ix-xandira ta’ din il-bxara tajba titwemmen jekk mhux biss tingħad bil-kliem, imma tkun ukoll xhieda ta’ ħajja kemm ta’ dawk kollha li jieħdu ħsieb b’imħabba kbira tal-morda, tal-ħandikappati u tal-batuti, u kemm tal-morda stess li dejjem aktar iħossu r-responsabbilita tagħhom fil-post u d-dmir li għandhom fil-Knisja u għall-Knisja.

Biex ˝iċ-ċivilita’ tal-imħabba˝ tista’ tiffjorixxi u tagħti l-frott fil-qasam kbir tat-tbatija tal-bniedem, tista’ tiswa ħafna meditazzjoni mill-ġdid tal-Ittra Appostolika Salvifici doloris, insemmu l-għeluq tagħha, ˝Jeħtieġ għalhekk li jinġabru taħt is-Salib ta’ Kristu, bil-ħsieb u bix-xewqa tagħhom, dawk kollha li qiegħdin ibatu u jemmnu fi Kristu, u l-aktar dawk li qegħdin ibatu minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu msallab u rxoxt, biex l-offerta tat-tbatijiet tagħhom tħaffef il-jum li fih iseħħ dak li talab is-Salvatur li lkoll ikunu ħaġa waħda fih (ara Ġw 17, 11, 21-22). Jinġabru taħt is-Salib ukoll il-bnedmin kollha ta’ rieda tajba għax fuq is-Salib hemm ˝il-Feddej tal-bniedem˝, il-bniedem tat-tbatija li tgħabba bit-tbatijiet tar-ruħ u tal-ġisem tal-bniedmin kollha, u ta’ kull żmien, biex fl-imħabba jsibu t-tifsira li ssalva ta’ tbatijiethom u tweġiba żgura għall-mistoqsijiet kollha li jagħmlu. Flimkien ma’ Marija Omm Kristu li kienet ħdejn is-Salib (ara Ġw 19,25) nieqfu aħna wkoll ħdejn is-slaleb tan-nies kollha ta’ żminjietna. . . U intom ilkoll li intom inġarrbin bi tbatijiet kbar, nitolbukom tieqfu magħna. Nitolbu lilkom, li intom morda, biex tkunu sura ta’ għajn ta’ qawwa għall-Knisja, u għall-bnedmin kollha. Fil-ġlieda tal-biża bejn it-tajjeb u l-ħażin, li qiegħda sseħħ fi żmienna, jalla t-tbatija tagħom marbuta mas-Saliba ta’ Kristu, tikseb ir-rebħa. ˝(202).

STATI TA’ ĦAJJA U VOKAZZJONIJIET

  1. Fil-għalqa tal-Mulej il-membri kollha tal-Poplu ta’ Alla huma ħaddiema,

saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, lajċi nsara, huma lkoll fl-istess ħin oġġett u suġġett tax-xirka tal-Knisja u tal-parteċipazzjoni fil-mossjoni tagħha għas-salvazzjoni tad-dinja. Kull wieħed minna u lkoll naħdmu fl-għalqa waħda tal-Mulej, bil-kariżmi u l-ministeri diversi u komplementari tagħna.

Qabel stess ma jagħmlu xi ħidma, l-insra ġa huma friegħi tad-dielja, għammiela u waħdanija, li hi Kristu, membri ħajjin tal-Ġisem wieħed ta’ Kristu mibni bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu. Huma ġa friegħi, jiġifieri mhux biss imħabba ħajja ta’ grazzja u ta’ qdusija, li qed igħixu u li hi l-għajn ewlenija u l-għerq ewlieni u l-aktar qawwi tal-frott kollu tal-ħidma appostolika u missjunarja tal-Knisja Omm, imma wkoll minħabba l-istat karatterisku tal-ħajja tagħhom ta’ saċerdoti u ta’djakni, ta’ reliġjużi rġiel u nisa, ta’ membri tal-istituti sekulari u ta’ lajċi nsara.

Fix-xirka tal-Knisja l-istati tal-ħajja huma hekk marbutin ma’ xulxin li kull stat jitlob lill-ieħor. Ilkoll għandhom l-istess tifsira waħda għolja, huma kollha suriet jew modi li bihom l-insara kollha jgħixu d-dinjità nisranija tagħħom li hi l-istess għal kulħadd. Iżda, fl-istess ħin, huma suriet diversi u komplementari, tant li kull sura għandha l-bidu proprju tagħha u d-dehra proprja tagħha li ma tistax tibdilha ma’ xi oħra, iżda fl-istess waqt ilkoll iridu ‘l xulxin u lkoll jaqdu ‘l xulxin.

Hekk l-istat tal-ħajja tal-lajċi għandu srua proprja fil-karattru sekulari tiegħu u l-lajċi jaqdu s-servizz tagħhom fil-Knisja meta jagħtu xhieda u jfakkru, bil-mod tagħhom, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, x’tifsir għandha, fil-pjan ta’ Alla għas-salvazzjoni, il-ħajja fid-dinja u fuq l-art. Min-naħa l-oħra, is-saċerdozzju ministerjali huwa pleġġ għal dejjem tal-preżenza sagramentali ta’ Kristu l-Feddej f’kull żmien u kullimkien. L-istat reliġjużi tal-ħajja hu xhieda tal-karattru eskatoloġiku tal-Knisja, jiġifieri f’dan l-istat il-Knisja tħoss ruħha miġbuda lejn is-Saltna ta’ Alla fis-sema u, b’xi mod, tħoss l-hena ta’ din is-Saltna minn qabel u tithenna bih għax tfissru permezz tal-voti tas-safa, tal-faqar u tal-ubbidjenza.

B’dan il-mod, il-misteru tal-Knisja, li hu dejjem wieħed u l-istess juri u jgħix mill-ġdid l-għana bla qjies tal-misteru ta’ Kristu, permezz ta’dawn id-diversi stati ta’ ħajja u ta’ din il-varjetà ta’ vokazzjonijiet. Il-Knisja, kif kienu jħobbu jgħidu spiss Missirjiet il-Knisja, hi għalqa mimlija ħxejjex, pjanti, fjuri u frott ta’ kull sura u ta’ kull xorta, li jgħaxxquk u jgħġbuk. San Ambroġ jikteb, ˝Kull għalqa tagħti ħafna frott, imma l-aħjar waħda hi dik li tagħtik kotra ta’ frott u ta’ fjuri. Issa l-għalqa ta’ Knisja tagħti din il-kotra ta’frott u ta’ fjuri. Fiha tara f’naħa l-blanzuni tal-verġnita’ jinfetħu fi fjuri, f’naħa oħra tara l-irmulija bis-serejta’ tagħha qisha masġar f’wita, f’naħa oħra tara l-ħsad taż-żwieġ imbierek mill-Knisja li jimla bil-ġid l-imħażen tad-dinja, u l-magħsar tal-Mulej Ġesù jfawwar bil-frott tad-dielja għammiela, frott li bih hu għani kull żwieġ nisrai˝ (203).

Il-ħafna vokazzjonijiet tal-lajċi

  1. Il-ħafna suriet ta’ għana li għandha l-Knisja jkompli jidher f’kull stat tal-ħajja. Hekk, fl-istat tal-ħajja tal-lajċi hemm ħafna ‘vokazzjonijiet’ jew għadd ta’ triqat diversi ta’ spiritwalita’ u ta’ appostolat, li minnhom jista’ jgħaddi kull wieħed mill-lajċi nsara. Fil-qasam ˝komuni˝ tal-lajċi jistgħu jiffjorixxu vokazzjonijiet ˝partikulari˝. Dwar dan nistgħu nfakkru dik l-esperjenza spiritwali li fi żmienna laħqet il-kobor tagħha bit-twaqqif ta’diversi forom ta’ istituti sekulari, lil lajċi nsara, u lis-saċerdoti ngħatatilhom ukoll okkażjoni li jħarsu l-voti tas-safa, tal-faqar u tal-ubbidjenza waqt li jżommu bla mittiefsa l-qagħda proprja tagħhom ta’ lajċi jew ta’ saċerdoti (204). Dan qaluh l-isqfijiet fis-Sinodu, ˝L-Ispirtu s-Santu qed iqajjem ukoll suriet oħra tal-għoti tiegħek innifsek, suriet li bihom wieħed jagħti lilu nnifsu lil Alla waqt li jibqa’ kollu kemm hu fl-istat tiegħu ta’ lajk˝ (205).

 

Nista’ hawn nagħlaq bil-qari ta’ paġna sabiħa ta’ San Franġisk de Sales, li tant mexxa ‘l quddiem il-ħajja spiritwali tal-lajċi (206). Huwa u jitkellem dwar id-˝devozzjoni˝ jew dwar il-perfezzjoni nisranija li hi ˝il-ħajja skond l-Ispirtu˝, b’mod l-aktar sempliċi u sabiħ, juri kif fil-prattika kull nisirani jista’ jgħix il-vokazzjoni għall-qdusija fis-sura proprja tiegħu, ˝Alla l-Ħallieq ried li kull siġra tagħti l-frott skond il-għamla tagħha, (Ġen 1,11), hekk l-insara, li huma x-xtieli ħajja tal-Knisja tiegħu, ried li kull wieħed minnhom jagħti frott spiritwali skond il-kondizzjoni, l-istat u s-sejħa ta’ kull wieħed. Irrid ngħid li hemm mod u ieħor kif igħixu l-ħajja spiritwali n-nobbli u l-ħaddiem, il-qaddej u l-prinċep, l-armla u x-xebba, u l-mara miżżewġa. Anzi lanqas dan ma hu biżżejjed, għax it-taħriġ spiritwali għandu jiġi adattat skond il-ħila, ix-xogħol u d-dmir partikulari ta’kull wieħed…. Jiżbalja, anzi jaqa’ fl-ereżija, min irid ibarri l-ħajja spiritwali mill-ġlejjeb tas-suldati, mill-ħwienet tal-ħaddiema, is-swali tal-kbarat, mid-djar tal-miżżewġin, nistqarr tassew, għażiża Filtea, li, f’dawn id-dmirijiet u stati li għadni kemm semmejt, ma jistax ikun li wieħed jitħarreġ f’dik il-ħajja spiritwali li hi sewwa sew kontemplattiva, monastika u reliġjuża, intom barra minn dawn it-tliet xorta ta’ ħajja spiritwali hemm bosta oħrajn adatti ħafna għall-perfezzjoni ta’ dawk li jgħixu fl-istat sekulari bħalma huma l-ġlejjeb tas-suldati u kull xorta ta’ ħaddiema. Għalhekk, aħna fejn aħna, ilkoll għandna u nistgħu nixtiequ li ngħixu ħajja perfetta˝. (207)

Bl-istess fehma, il-Konċilju Vatikan II kiteb, ˝Din l-imġieba ta’ ħajja spiritwali tal-lajċi trid tikseb il-karattru proprju tagħha mill-istat taż-żwieġ u l-familja, miċ-ċelibat u l-irmuljia, mill-qagħda tal-mard, mill-ħidma professjonali, u soċjali. Għalhekk il-lajċi ma għandhom qatt jieqfu milli jġibu ‘l quddiem dawk il-kwalitjaiet u dawk id-doti li ngħatawlhom u jaqblu ma’ dawn il-kondizzjonijiet, u jħaddmu d-doni mogħtija lilhom mill-Ispirtu s-Santu. ˝(208)

Dak li jgħodd għall-vokazzjonijiet spiritwali, igħodd ukoll, u, b’xi mod, igħodd aktar, għal dak il-għadd bla qjies ta’ suriet li bihom il-membri kollha tal-Knisja, u kull wieħed u waħda minnhom, huma ħaddiema fl-għalqa tal-Mulej, u qegħdin jibnu l-Ġisem ta’ Kristu. Kull wieħed hu msejjaħ b’ismu, kif inhu hu fih innifsu u ma hemmx ieħor bħalu, uniku u irripetibbli bħala persuna tgħix fid-dinja, biex jagħti l-għajnuna tiegħu għall-miġja tas-Saltna ta’ Alla. Ebda talent, lanqas l-iċken wieħed ma għandu jinħeba u ma jitħaddimx (ara Mt 25, 24-27). L-Appostlu San Pietru jwissina, ˝Kull wieħed minnkom igħix skond id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid ta’ l-oħrajn. Hekk ukoll amminstraturi tajbin tal-grazzja ta’ Alla li hi ta’ ħafna xorta˝ ( 1Piet 4. 10).

KAP V

TMORRU TAGĦMLU L-FROTT

Il-formazzjoni tal-lajċi

TIKBRU DEJJEM

  1. Il-parabbola evanġelika tad-dielja u tal-friegħi tagħha turina wkoll aspett ieħor fondamentli tal-ħajja u tal-missjoni tal-lajċi nsara, is-sejħa biex jikbru, biex dejjem aktar jilħqu l-kobor sħiħ tagħhom, biex dejjem aktar jagħtu frott. Bħala bidwi ħabbrieki, il-Missieer jieħu ħsieb id-dielja tiegħu. Iżrael bil-ħeġġa kollha kien jitlob bil-ħerqa biex Alla jkun dejjem miegħu u jieħu ħsiebu, ˝Erġa ejja, Alla ta’ l-eżerċti, ħares mis-sema, u ara, u żur ‘il din id-dielja. Ħu ħsieb dak li ħawwlet lemintek, ir-rimja li int kabbart għalik˝ (Salm 80, 15-16). Ġesù stess jitkellem dwar il-ħidma tal-Missier, ˝Jiena d-dielja vera u Missieri hu l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha, u kull waħda li tagħmel frott jiżborha u jnaddafha biex tagħmel frott aktar˝ (Ġw 15, 1-2).

Il-friegħi ikollhom il-ħajja jekk jibqgħu fid-dielja, u din id-dielja hi Kristu Ġesù, ˝Min jibqa’ fija u jiena fih jagħmel ħafna frott, għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn˝ (Ġw 15,5).

Il-bniedem hu msejjah minn Alla, biex bil-liberta’ kollha tiegħu jikber, jilħaq il-kobor sħiħ tiegħu, u jagħti frott. Mhux permess lilu li ma jweġibx, mhux permess lilu li ma jidħolx għar-responsabbilitajiet personali tiegħu. Dwar din ir-responsabbilita’ kbira, għolja u tal-biża’, Ġesù jgħid, ˝Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa u jinxef, imbagħad friegħi bħala dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu˝ (Ġw 15,6).

Dan id-djalogu bejn Alla li jsejjaħ u l-persuna msejħa ħa tagħraf ir-responsabbilta’ tagħna, jurina li jista’ jkun hemm, anżi għandu jkun hemm u meħtieġ li jkun hemm, formazzjoni sħiħa u soda tal-insara lajċi, dwarha, bir-raġun kollu, ħasbu fit-tul l-isqfijiet fis-Sinodu. Wara li wrew li l-formazzjoni nisranija hi ˝proċess dejjem sejjer biex bih kull nisrani personalment jikber dejjem aktar fil-fidi bix-xebħ ma’ Kristu, immexxi mill-Ispirtu s-Santu˝, żiedu jgħidu b’mod l-aktar ċar u speċjali li ˝il-formazzjoni tal-insara lajċi għandha titqies bħala ħidma li djoċesi trid tagħmel minn ta’ l-ewwel u għandha tkun parti minn pjan pastorli b’mod li l-isforzi kollha tal-komunita’ ekklesjali (saċerdoti, lajċi u reliġjużi) jingħaqdu flimkien ħa jintlaħaq dan il-għan˝. (209)

TAGĦRAF U TGĦIX IL-VOKAZZJONI U L-MISSJONI PROPRJA TIEGĦEK

  1. Il-formazzjoi tal-lajċi nsara, bħala għan fondamentali, għandna l-għarfien dejjem aktar ċar tal-vokazzjoni proprja tagħhom, trid twassalhom ukoll biex ikunu dejjem aktar disposti li igħixuha huma u jaqdu l-missjoni proprja tagħhom. Alla qed isejjaħli u jibgħatni naħdem fl-għalqa tiegħu, qed isejjaħli u jibgħatni biex naħdem għall-miġja tas-saltna tiegħu fil-ġrajja tal-bniedem, din is-sejħa u din il-missjoni personali ta’ kull nisrani lajk turi d-dinjità u r-responsabbilita’ tiegħu, u magħha hi marbuta l-ħidma kollha tal-formazzjoni sħiħa tiegħu li trid twasslu biex jagħrah bil-ferħ u l-ħajr kollu ta’ qalbu din id-dinjità tiegħu u jaqdi din ir-responsabbilita’ tiegħu, bil-fedelta’kollha u b’qalb kbira.

Verament, Alla ħaseb fina sa minn dejjem u ħabb ‘il kull wieħed u waħda minna bħala persuna li hi dik u ma hemmx oħra bħalha, unika u irrepetibbli, sejjaħ kull wieħed u waħda minna b’isimna, bħal Ragħaj it-tajjeb ˝li jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom˝ (Ġw 10,3). Imma l-pjan ta’ dejjem ta’ Alla narawh biss fil-ħajja tagħna fid-dinja, f’dak kollu li jgħaddi minna u minn fuqna, u għalhekk jidhrilna ftit ftit, pass pass, biex ngħidu hekk, minn jum għal ieħor.

Mela biex inkunu nistgħu nagħarfu x’inhi fil-fatt ir-rieda ta’ Alla għal ħajjitna, neħtieġu dejjem nisimgħu l-kelma ta’ Alla u tal-Knisja bil-ħerqa kollha, lesti li noqogħdu għaliha, nitolbu ‘l Alla bħala wlied mingħajr ma nieqfu qatt, infittxu direzzjoni spiritwali li tmexxina bl-għerf u l-imħabba, nifhmu fid-dawl tal-fidi d-doni u t-talenti li rċevejna u ċ-ċirkostanzi soċjali u storiċi wkoll li fihom kull wieħed igħix u jinsab.

Fil-ħajja ta’ kull nisrani lajk hemm mumenti ta’ ħajja li huma importanti u deċiżivi ħa nagħarfu x’inhi s-setgħa ta’ Alla għalina u nilqgħu l-missjoni li qed tiġi fdata lilna, fost dawn il-mumenti hemm l-addolexxenza u ż-żgħożija. Ħadd ma għandu jinsa li l-Mulej, bħalma għamel mal-ħaddiema sid il-għalqa tad-dwieli, isejjaħ, jiġifieri juri x’inhi verament ir-rieda mqaddsa tiegħu fil-prattika, fil-mumenti kollha tal-ħajja, għalhekk id-dixxiplu tal-Mulej irid jishar, jiġifieri għandu jkun dejjem ħerqan, lest biex jisma’ leħen Alla, din għandha dejjem tkun l-imġiba fondamentali tiegħu.

Mela ma rridux biss inkunu nafu x’irid Alla minna, minn kull wieħed u waħda minna, fil-ħafna ċirkostanzi tal-ħajja tagħna. Irridu nagħmlu wkoll dak li Alla jrid minna, kif ifakkarna kliem Marija Omm Ġesù lill-qaddejja fit-tieġ ta’Kana, ˝Agħmlu kull ma jgħidilkom hu (Ġw 2,5). Mela biex nagħmlu, bil-fedelta’ kollha, ir-rieda ta’ Alla rridu nkunu kapaċi nsiru dejjem aktar kapaċi nagħmluha, u dan bil-grazzja ta’ Alla li qatt ma se tonqsona, kif igħid il-Papa San Ljun il-Kbir, ˝Jagħti l-qawwa Dak li ta d-dinjita˝ (210), u flimkien ukoll mal-kollaborazzjoni ħielsa u responsabbli ta’ kul wieħed u waħda minna.

Dan hu dmir ta’ l-għaġeb li jitlob impenn kbir, dmir li jrid isir bla telf ta’ żmien mill-insara lajċi kollha, jiġifieri jagħarfu dejjem aktar l-għana tal-fidi u tal-Magħmudija u jgħixuhom dejjem aktar fil-milja tagħhom. L-Appostlu San Pietru, huwa u jitkellem dwar it-twelid u l-kobor bħala żewġ tarġiet fil-ħajja nisranija, iħeġġiġna b’dan il-kliem, ˝Bħal trabi tat-twelid, ixxennqu għall-ħalib safi, il-ħalib tar-ruħ biex bih tikbru sa ma taslu għas-salvazzjoni˝(1 Piet 2,2)

FORMAZZJONI SĦIĦA BIEX NGĦIXU MAGĦQUDIN

59L-insara lajċi biex jagħarfu u jgħixu l-vokazzjoni u l-missjoni tagħhom, iridu ifittxu dik l-għaqda bejniethom li turi li huma membri tal-Knisja u ċittadini fis-soċjeta’ tal-bnedmin.

Fl-eżistenza tagħhom fid-dinja ma jistgħux igħixu żewġ ħajjiet li qatt ma jiltaqgħu, min-naħa “ħajja spiritwali“ kif isejħulha, bil-valuri u l-esiġenzi tagħha, b’dak kollu li hu u b’dak kollu li titlob, u min-naħa l-oħra “il-ħajja sekulari“, jiġifieri l-ħajja tal-familja, tax-xogħol, tar-relazzjonijiet soċjali, tal-attivita’ politika, tal-kultura. Il-friegħi li huma fid-dielja, li hi Kristu, jagħtu frott fl-oqsma kollha tal-ħidma u tal-ħajja. L-oqsma kollha tal-ħajja sekulari jidħlu fil-pjan ta’ Alla, li jridhom ikunu “postijiet fil-ġrajja tad-dinja“ li fihom tidher u sseħħ l-imħabba ta’ Kristu għall-glorja tal-Missier u għall-qadi tal-aħwa.

Kull ħidma, kull stat, kull impenn bil-fatti, bħalma huma l-ħila u s-solidarjeta’ fuq ix-xogħol, l-imħabba u d-dedikazzjoni għall-familja u għall-edukazzjoni tal-ulied, is-servizz soċjali u politiku, il-promozzjoni tal-verita’ fil-qasam tal-kultura, u l-bqija huma okkażjonijiet providenzjali “biex bla heda jitħaddmu l-fidi, it-tama u l-imħabba˝ (211).

Il-Konċilju Vatikan II stieden lill-insara kollha għal din l-għaqda fil-ħajja waqt li jikkundanna bil-qawwa kollha l-firda serja li hemm bejn il-fidi u l-ħajja, bejn l-Evanġelju u l-kultura tad-dinja ta’ llum, “Il-Konċilju jħeġġeġ lill-insara, bħala ċittadini ta’ żewġt ibliet, biex ifittxu li jaqdu dmirjiethom fid-dinja bil-fedelta’ kollha, immexxijin mill-ispiritu tal-Evanġelju. Jitbegħdu mill-verita’ dawk li, għax jafu li hawn fid-dinja ma għandniex għamara għal dejjem, imma mexjin lejn għamara oħra, jaħsbu li għalhekk jistgħu jittraskuraw dmirjiethom fid-dinja, dawn ma jintebbħux li huma aktar obbligati li jagħmluhom mill-istess fidi tagħhom, skond is-sejħa li għandu kull wieħed… Il-firda bejn il-fidi ta’ ħafna nies u l-ħajja li qegħdin igħixu kull jum għandha titqies bħala wieħed mill-iżbalji ta’ żmienna˝ (213). Għalhekk kont għidt li fidi lima toħloqx kultura hi fidi li “ma ġietx milqugħa għal kollox, ma ġietaħsuba biżżejjed, ma humiex igħixuha bil-fedelta’ kollha˝ (213)

Aspetti ta’ formazzjoni

  1. F’din il-għaqda fil-ħajja nsibu ħafna aspetti, marbutin ma’ xulxin, tal-formazzjoni sħiħa tal-insara lajċi.

Żgur li l-formazzjoni spiritwali għandha post privileġġjat fil-ħajja ta’ kull min hu msejjaħ biex bla heda jikber fl-għaqda intima ma’ Kristu, f’rabta sħiħa mar-rieda tal-Missier, kollu kemm hu dedikat għall-qadi ta’ ħutu fl-imħabba u l-ġustizzja. Il-Konċilju jikteb, “Din il-ħajja ta’għaqda intima ma’ Kristu fil-Knisja titmantna b’kull għajnuna spiritwali li tingħata lill-insara kollha, u l-aqwa għajnuna hi s-sehem attiv fil-Liturġija mqaddsa, il-lajċi għandhom jużaw dawn is-suriet kollha ta’ għajnuna b’mod li, huma u jaqdu sewwa dmirijiethom fid-dinja, fil-kondizzjonijiet ordinarji tal-ħajja, huma ma jwarrbux minn ħajjithom l-għaqda ma’ Kristu, imma, huma u jagħmlu xogħolhom skond ir-rieda ta’Alla, ikabbru din l-għaqda tagħhom ma’ Kristu˝ (214).

Illum ukoll dejjem tidher aktar meħtieġa, kemm jista’ jkun malajr, il-formazzjoni dottrinali tal-insara lajċi, mhux biss għaliex il-fidi minnha nfisha titlob li tkun magħrufa dejjem aktar fil-fond, imma wkoll minħabba l-ħtieġa li l-insara huma fid-dmir li jagħtu xhieda u juru “l-għaliex tat-tama li għandhom˝, quddiem id-dinja u quddiem il-problemi kbar u komplessi li għandha. Huma għalhekk għal kollox meħtieġa, kemm ħidma kateketika sistemaktika, li trid tkun adattata għall-għomor u għall-kondizzjonijiet tal-ħajja ta’ kull wieħed, u kemm promozzjoni aktar soda ta’ kultura nisarnija, bħala tweġiba għall-mistoqsijiet li minn dejjem għamel il-bniedem u li tant qed iħabbtu s-soċjeta’ tal-llum.

B’mod speċjali, speċjalment għal dawk l-insara lajċi li b’mod jew ieħor huma mpenjati fil-qasam soċjali u politiku, hu għal kollox meħtieġ għarfien aktar eżatt tat-tagħlim soċjali tal-Knisja, ħaġa li l-isqfijiet tas-Sinodu talbuha kemm-il darba. Meta tkellmu dwar is-sehem tal-lajċi nsara fil-politika, l-isqfjijiet qalu, “Biex il-lajċi nsara jkunu jistgħu jwasslsu dan il-ħsieb hekk għoli fil-politika (jiġifieri l-ħsieb li l-valuri tal-bniedem u l-valuri nsara jkunu magħrufin sewwa u verament stamti) mhux biżżejjed li wieħed iħeġġiġhom iżda għandha tingħatalhom formazzjoni xierqa ta’ kuxjenza soċjali, l-aktar fit-tagħlim soċjali tal-Knisja, li jiġbor fi prinċipji ta’ riflessjoni, kriterji ta’ ġudizzju u direttivi prattiċi (ara l-istruzzjoni tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi dwar il-liberta’ nisranija u liberazzjoni, 72), dan il-tagħlim irid jingħata wkoll fit-tagħlim kateketiku ġenerali, f’laqgħat speċjalizzati, u fl-iskejjel u l-universitajiet. Dan it-tagħlim soċjali tal-Knisja hu dinamiku, jiġifieri jadatta ruħu għaċ-ċirkostanzi taż-żmien u tal-post. Hu dritt u dmir tar-rgħajja tal-erwieħ li jgħidu wkoll liema huma l-prinċipji morali tal-ordni soċjali, hu dmir l-insara kollha jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, iżda s-sehem attiv fil-politika tal-partiti hu riservat lil-lajċi’ (215)

Fl-aħħarnett, għall-formazzjoni kollha kemm hi sħiħa tal-lajċi nsara għall-ħidma apposotilka u missjunarja tagħhom, ifisser ħafna l-kobor personali tagħhom fil-valuri tal-bniedem. F’dan is-sens il-Konċilju kiteb, ˝Il-lajċi nsara għandhom jagħtu importanza kbira lill-ħila professjonali, lis-sens tal-familja u lis-sens ċiviku, u lil dawk il-virtujiet kollha li għandhom x’jaqsmu mad-drawwiet soċjali, jiġifieri l-onesta’, l-ispirtu ta’ ġustizzja, is-sinċerita’ l-edukazzjoni fl-imġiba, il-qlubija, mingħajr dawn il-virtujiet ma jistax ikun hemm ħajja verament nisranija˝ (216).

Huma u jwasslu għall-kobor sħiħ tagħha, din is-sintesi organika ta’ ħajjithom, li turi wkoll l-għaqda bejn dak li huma u l-qagħda ta’ ħajjithom biex jaqdu sewwa l-missjoni tagħhom fid-dinja, l-insara lajċi huma mmexxijin u mwettqin f’ruħhom mill-Ispirtu s-Santu, bħala Spirtu ta’ għaqda u ta’ milja ta’ ħajja.

KOLLABORATURI MA’ ALLA L-GĦALLIEM

  1. Liema huma l-postijiet u liema huma l-mezzi għall-formazzjoni tal-lajċi nsara? Liema huma dawk il-persuni u dwk il-komunitajiet imsejħin biex jidħlu għad-dmir li jagħtu formazzjoni għal kollox sħiħa lil-lajċi nsara?

Kif il-ħidma għall-edukazzjoni tal-bniedem hi marbuta mal-paternita’ u l-maternita’ jiġifieri kif il-missier u l-omm huma ewwel edukaturi ta’wliedhom, hekk l-għerq tal-formazzjoni nisranija nsibuha f’Alla, il-Missier li jħobb lil uliedu u jedukahom. Alla, iva, hu l-ewwel u l-ikbar edukatur tal-Poplu tiegħu kif tgħidilna dik is-silta tal-kantiku ta’ Mose’ li ma tistax ma tolqotniex, ˝F’art imwarrba mar isibu, f’deżert waħxi u bla nies. Dar miegħu u ħa ħsiebu ħarsu bħal mimmi ta’ għajnejh. Bħalma l-ajkla l-bejta ttajjar u ttitajjar fuq uliedha, tiftaħ ġwenħajha u ttellagħhom, u ġġorrhom fuq ġwenħajħa, hekk il-Mulej mexxihom waħdu, u ebda alla ieħor ma’ kien miegħu˝(Dewt 32, 10-12, ara 8,5).

Il-ħidma edukattiva ta’ Alla intweriet u seħħet fi Kristu, l-Imgħallem, u tasal fil-fond tal-qalb ta’ kull bniedem bil-preżenza ħajja tal-Ispirtu s-Santu. Il-Knisja Omm hi msejħa biex tissieħeb f’din il-ħidma edukattiva ta’ Alla kemm minnha nfisha bil-ħajja tagħha stess, u kemm permezz ta’ dak kollu li tgħid u tagħmel. B’hekk il-lajċi nsrara jieħdu l-formazzjoni tagħhom mill-Knisja fil-Knisja, f’sura ta’ xirka u ta’ ħidma flimkien mal-membri kollha tagħha, saċerdoti, reliġjużi, u lajċi nsara. B’hekk il-komunita’ kollha tal-Knisja, fil-membri kollha tagħha, tirċievi l-frott tal-Ispirtu u tissieħeb b’mod attiv miegħu. Dan ried ifisser Metodju, isqof ta’ Olimpu, meta kiteb, ‘Dawk li m’humiex perfetti jintrefgħu u jitrawwwmu minn dawk li huma ġa perfetti, qishom f’ġuf ta’ omm, sakemm jitnisslu għall-kobor u l-ġieh tal-virtu’˝ (217), kif ġara lil San Pawl li mwassal u mdaħħal fil-Knisja minn wieħed perfett (Ħananija), wara li sar perfett, wassal għall-perfezzjoni tant u tant ulied li nissel.

Edukatriċi hi l-ewwelnett il-Knisja Univerali, li hija l-Papa jaqdi d-dmir tiegħu ta’ edukatur ewlieni li jagħti l-formazzjoni lill-lajċi nsara. Bħala suċċessur ta’ San Pietru, għandu l-ministeru li ˝jwettaq lil ħutu fil-fidi˝, billi jgħallem lil dawk kollha li jemmnu kull ma hemm essenzjali fil-vokazzjoni u l-missjoni nisranija u fil-vokazzjoni u l-missjoni tal-Knisja. Mhux biss il-kelma ħajja tiegħu, imma wkoll il-kelma tiegħu li tasal permezz tad-dokumenti li joħorġu mill-ħafna Dikaskteri tas-Santa Sende, titlob li tiġi milqugħa mil-lajċi nsara kollha b’imħabba u bil-qalb.

Il-Knisja waħda u universali tinsab fil-knejjes partikulari mxerrdin f’kull pajjiż tad-dinja. F’kull knisja partikulari, l-isqof hu personalment responsabbli tal-insara lajċi biex, permezz tax-xandir tal-Kelma, taċ-ċelabrazzjoni tal-Ewkaristija u tas-Sagramenti l-oħra, imexxi u jaħji l-ħajja nisranija tagħhom. Fi ħdan il-knisja partikulari jew djoċesi hemm il-parroċċa bid-dmir essenzjali li tagħti formazzjoni aktar personali u aktar mill-qrib lil lajċi nsara. B’ħidma li aktar malajr tilħaq kull persuna u kull grupp ta’ nies, il-parroċċa hi msejħa biex teduka l-membri tagħha fis-smigħ tal-Kelma, fid-djalogu liturġiku u personali ma’ Alla, f’ħajja ta’ mħabba bejn l-aħwa, b’mod li twassal biex aktar direttament fil-prattika jingħaraf is-sens tax-xirka tal-Knisja u r-responsabbilita’ missjunarja.

Imbagħad f’xi parroċċi, speċjalment jekk huma kbar u mxerrdin ħafna, il-kumunitajiet ekklesjali żgħar preżenti fi ħdanhom jistgħu jgħinu ħafna fil-formazzjoni tal-insara għax jistgħu jwasslu aktar nies ħa jħossu sewwa u jgħixu x-xirka u l-missjoni tal-Knisja.

Din l-għajnuna, kif qalu l-isqfijiet fis-Sinodu, tista’ tiġi wkoll minn katekeżi wara l-Magħmudija, imfassla fuq il-katekeżi tal-katekumeni, b’xi elemeti meħudin mir-‘rit għad-dħul tal-adulti fil-ħajja nisranija’ b’din il-katekeżi tgħin lil min hu ġa mgħammed ħa jasal biex jagħraf x’inhu l-għana bla qjies u tal-għaġeb tal-Magħmudija li rċieva, u r-responsabbilitajiet li titlob minnu, mhux biss, imma wkoll twasslu biex igħixha f’ħajtu˝(218). Fil-formazzjoni li l-lajċi nsara jirċieviu fid-djoċesi u fil-parroċċa, speċjalment ħa jifhmu u jgħixu x-xirka u l-missjoni tal-Knisja, għandha importanza kbira l-għajnuna li jagħtu ‘l xulxin il-membri tal-Knisja, din l-għajnuna mhux biss turi l-misteru tal-Knisja Omm u Għalliema, imma wkoll twassal biex dan ikl-misteru jseħħ. Is-saċerdoti u r-reliġjużi huma fid-dmir li jgħinu fil-formazzjoni tal-lajċi nsara. Dan kellhom f’moħħhom l-isqfijiet tas-Sinodu meta stiednu lis-saċerdoti u lill-kandidati għall-Ordni Sagri biex ˝iħejju ruħhom sewwa ħa jkunu kapaċi jġibu ‘l quddiem il-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi˝ (219). Min-naħa tagħhom, imbagħad, il-lajċi nsara jistgħu u għandhom igħinu lis-saċerdoti u lir-reliġjużi fil-ħajja spiritwali tagħhom.

Oqsma oħra ta’ formazzjoni

62 Il-familja nisranija wkoll, għax ˝Knisja fid-dar˝, hi skola naturali u fondamentali għall-formazzjoni fil-fidi, il-missier u l-omm mis-Sagrament taż-Żwieġ jiksbu l-grazzja u l-ministeru ta’ l-edukazzjoni nisranija ta’ wliedhom, waqt li, fl-istess ħin, jagħtuhom xhieda ta’ valuri umani u valuri reliġjużi, u jgħallmuhomlhom. Huma u jitgħallmu igħidu l-ewwel kelmiet, l-ulied jitgħallmu wkoll ifaħħru ‘l Alla, u jħossuh qrib lejhom bħala Missier li jħobbhom u jipprovdilhom kull ma jeħtieġu, huma u jitgħallmu kif juru mħabbithom, l-ulied jitgħallmu wkoll jifetħu għall-oħrjan, u huma u jagħtu lilhom infushom lil-oħrajn jibdew jifhmu xi tfisser il-ħajja tal-bniedem. L-istess ħajja ta’ kull jum ta’ familja verament nisranija hija wkoll l-ewwel ˝esperjenza tal-Knisja˝, li żgur titwettaq u tikber bit-tisħib attiv u responsabli tagħhom, tisħib li jseħħ bil-mod il-mod, fil-ħajja aktar wiesgħa tal-komunita’ tal-Knisja u tas-soċjeta’ ċivili. Aktar ma l-miżżewġin u l-ġenituri nsara jħossu li l-‘knisja f’darhom’ għandha sehem mill- ħajja u l-missjoni tal-Knisja universali, aktar jistgħu l-ulied jiksbu ˝ sens tal-Knisja˝ u jħossu l-ġmiel kollu tal-għoti tagħhom għall-qadi tas-Saltna ta’ Alla.

Importanti ħafna għall-formazzjoni huma wkoll l-iskejjel u l-universitajiet kottoliċi, u hekk ukoll huma importanti dawk l-istituzzjonijiet ta’ tiġdid spiritwali, li dejjem aktar qed jixterdu fi żminijietna. Kif qalu sewwa l-isqfijiet fis-Sinodu, fil-qagħda soċjali u storika ta’ llum, bit-taqlib kbir li qiegħed iseħħ, is-sehem tal-ġenituri fil-ħajja tal-iskola, għalkemm dejjem meħtieġ u xejn ma jista’ jeħodlu postu, illum m’huwiex biżżejjed, jeħtieġ li xi lajċi nsara jiġu mħejjijin sewwa ħalli jiddedikaw ruħhom għall-ħidma edukattiva bħala missjoni li hi verament u proprjament missjoni tal-Knisja, jeħtieġ jitwaqqfu u jiġu żvillupati ˝komunitajiet edukattivi˝, magħmulin minn rappreżentanti tal-ġenituri, tal-għalliema, tas-saċerdoti, tar-reliġjużi rġiel u nisa, u taż-żgħażagħ. U biex l-iskola tkun tista’ taqdi l-missjoni tagħha ta’ formazzjoni, l-insara lajċi għandhom iħossu li huma fid-dmir li jimpenjaw ruħhom biex jitolbu minn kulħadd, u jħabirku biex kulħadd ikollu vera liberta’ fl-edukazzjoni, ukoll permezz tal-liġijiet f’waqthom (220).

L-isqfijiet fis-Sinodu kellhom kliem ta’ gieh għal dawk il-lajċi nsara kollha, irġiel u nisa, li qegħdin jaqdu d-dmir tagħhom fl-edukazzjoni fl-iskejjel u fl-istituti ta’ formazzjoni, bi spiritu ċivili u nisrani, u ħeġġuhom għal dan bil-qawwa kollha. Insistew ukoll fuq il-ħtieġa ta’ malajr li l-għalliema u l-professuri lajċi nsara fl-iskejjel kollha, kattoliċi u m’humiex, ikunu tassew xhieda tal-Evanġelju, bl-eżempju ta’ ħajjithom, bil-kapaċita’ u l-onesta’ tagħhom fil-professjoni li għanghom, u bl-ispirtu nisrani fit-tagħlim li jagħtu, waqt li dejjem, kif għandu jkun, jirrispettaw l-awtonomija tax-xjenzi u tas-suġġetti li jgħallmu. B’mod partikulari hu importanti ħafna li r-riċerka xjentifika u teknika li jagħmlu l-lajċi nsara tkun immexxija mill-kriterju tal-qadi tal-bniedem bil-valuri u l-ħtiġijiet kollha tiegħu, lil dawn il-lajċi nsara l-Knisja tafdalhom id-dmir li jgħinu lil kulħadd jifhem dejjem aktar ir-rabta li hemm bejn ix-xjenza u l-fidi, bejn l-Evanġelju u l-kultura tal-bniedem (221).

˝Dan is-Sinodu˝, naqraw f’waħda mill-proposizzjonijiet tiegħu, ˝jagħmel appell lill-missjoni profetika tal-iskejjel u tal-universitajiet kattoliċi, u tfaħħar lill-għalliema u lill-professuri, illum lajċi fil-kotra l-kbira tagħhom, għad-dedikazzjoni tagħhom, biex l-istituti kattoliċi edukattivi jkunu jistgħu jagħtu dik il-formazzjoni lill-irġiel u n-nisa li biha fihom ikun ˝inkarnat˝ il-Kmandamnet Ġdid. Il-preżenza flimkien, fl-istess post u fl-istess ħin, ta’ saċerdoti u lajċi u reliġjużi rġiel u nisa, hi dehra ħajja tal-Knisja għall-istudenti, li għalhekk jaslu biex jifhmu aktar malajr l-għana kollu tagħha (ara Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika, De laico educatore, teste fidei in scholis) (222). Il-gruppi, l-għaqdiet u l-movimenti wkoll għandhom l-importanza tagħhom għall-eduazzjoni tal-lajċi nsara, dan għaliex jistgħu, kull wieħed bil-metodi tiegħu, joffru formazzjoni b’egħruq fil-fond fl-esperjenza stess tal-appostolat, u fl-istess ħin joffru l-okkażjoni biex il-formazzjoni tal-membri tagħhom tkun intergrata, speċifika u konkreta minn persuni u kumunitajiet oħra.

FORMAZZJONI MILQUGĦA U MOGĦTIJA MINN KULĦADD

  1. Il-formazzjoni m’hijiex xi privileġġ imma dritt u dmir ta’ kulħadd. Dwar dan l-isqfijiet tal-Konċilju qalu, ˝Kulħadd għandu jkun jista’ jikseb il-formazzjoni li jeħtieġ, u l-aktar il-fqar, li huma wkoll jistgħu jkunu għajn ta’ formazzjoni għal kulħadd˝, qalu wkoll, ˝Għall-formazzjoni għandhom jintużaw dawk il-mezzi kollha li jkunu tajbin biex igħinu lil kull wieħed ħa jilħaq il-vokazzjoni sħiħa tiegħu bħala bniedem u bħala nisrani˝ (223).

Biex il-ħidma pastorali tkun tista’ verament tirnexxi, jeħtieġ li formazzjoni ta’ dawk li jridu jagħtu l-formazzjoni lill-oħrajn tissaħħaħ aktar, permezz ta’ korsijiet u skejjel adatti. Tagħti formazzjoni lil dawk li, imbagħad, iridu jiddedikaw ruħhom għall-formazzjoni tal-lajċi nsara, hi l-ewwel ħaġa meħtieġa, biex żgur tingħata formazzjoni ġenerali lill-insara lajċi, u tingħata lil kull wieħed u waħda minnhom.

Fil-ħidma għall-formazzjoni tal-lajċi, għanda tingħata attenzjoni speċjali għall-kultura partikulari tal-post li jkun, u għal dan stiednu l-isqfijiet fis-Sinodu, ˝Il-formazzjoni tal-insara trid tqis sewwa l-kultura tal-bniedem fil-post fejn igħix, għax dan igħin għall-formazzjoni u jgħin ukoll biex il-bniedem jagħraf il-valuri tradizzjonali u l-valuri wkoll tal-kultura ta’ llum Trid tingħata wkoll attenzjoni għall-kulturi diversi li jista’ jkun hemm fi ħdan poplu wieħed jew nazzjon waħda. Il-Knisja, Omm u Għalliema tal-popli, tħabrek biex tħares, jekk ikun il-każ, il-kultura ta’ poplu, żgħir fl-għadd, li jinsab f’nazzjon kbira˝ (224). Fil-ħidma tal-formazzjoni hemm xi konvinzjonijiet li jidhru li huma tassew meħtieġa u jistgħu jagħtu kotra ta’ frott. L-ewwelnett hemm il-konvinzjoni li ma jistax ikun hemm formazzjoni vera li tirnexxi jekk kull wieħed ma jidħolx għar-responsabilita’ li jġib ‘il quddiem il-formazzjoni tiegħu nnifsu, din hi essenzalment ˝auto-formazzjoni˝.

Hemm imbagħad il-konvinzjoni li kull wieħed minna hu l-bidu u t-tmiem tal-formazzjoni tiegħu nnifsu, aktar ma tissaħħaħ il-formazzjoni tagħna, aktar inħossu l-ħtieġa li din il-formazzjoni tkompli tissaħħah u tmur aktar fil-fond, u aktar ma l-formazzjoni tagħna tissaħħaħ aktar inkunu kapaċi nagħtu formazzjoni lil ħaddieħor.

Importanza speċjali għandu l-għarfien li l-ħidma ta’ formazzjoni, waqt li tagħmel użu itelliġenti mill-mezzi u l-metodi li joffru x-xjenzi tal-bniedem, tirnexxi dejjem aktar, aktar ma wieħed ikun miftuħ għall-ħidma ta’ Alla, il-fergħa biss li tħalli l-bidwi jiżborha tagħti aktar frott għalija u għall-oħrajn.

APPELL U TALBA

64, Nagħlaq din id-dokument ta’ wara s-Sinodu, billi ntenni l-istedina ta’ Sid il-għalqa tad-dwieli, li dwarha jkellimna l-Evanġelju, ˝Morru intom ukoll fil-għalqa˝. Nistgħu ngħidu li t-tifsir li jagħti s-Sinodu tal-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi hu proprju din l-istedina li l-Mulej Ġesù jagħmel lil kulħadd, u b’mod speċjali, li l-lajċi nsara, irġiel u nisa.

Il-laqgħat tas-Sinodu kienu esperjenza spiritwali kbira għal dawk kollha li ħadu sehem fihom, l-esperjenza ta’ Knisja li, fid-dawl tal-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa tiegħu, ħsiebha kien li tagħraf u tilqa’ s-sejħa li qed jerġa’ jagħmlilha biex twassal mill-ġdid lid-dinja ta’ llum il-misteru tax-xirka u d-dinamiżmu tal-missjoni tagħha għas-salvazzjoni tad-dinja, u turi, b’mod speċjali, x’inhu l-post u x’inhuma d-dmirijiet proprji tal-lajċi nsara. Is-Sinodu jagħti l-frott tiegħu, frott li din l-Eżortazzjoni trid li jkun dejjem kotran fil-knejjes kollha mxerrdin kullimkien fid-dinja, jekk l-istedina tal-Mulej tiġi milqugħa bil-fatti mill-Poplu kollu ta’ Alla, u, fi ħdan dan il-poplu, mil-lajċi nsara kollha.

Għalhekk nagħmel appell ħerqan lir-rgħajja tal-erwieħ u lill-insara kollha, u lil kull wieħed u waħda minnhom, biex ma jehdew qatt iżommu ħajja fihom il-kuxjenza tal-Knisja, anzi jfittxu li din tidħol aktar fil-fond tal-fehmiet, tal-qalb u tal-ħajja tagħhom kollha, kuxjenza li m’hijiex ħlief l-għarfien li huma membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu, imseħbin fil-misteru tax-xirka tiegħu u fis-setgħa profetika u missjunarja tiegħu.

Hu importanti ħafna li l-insara kollha jħossu d-dinjità għolja tagħhom mogħtija lilhom fil-Magħmudija, bi grazzja ġejna msejħin biex inkunu l-ulied maħbubin ta’ Alla, tempji ħajjin u qaddisa tal-Ispirtu s-Santu. Ejjew nisimgħu, bil-ħajr kollu u bil-qalb, kliem l-evanġelista San Ġwann, ˝Araw b’liema għożża ħabbna l-Missier, nistgħu nissejħu wlied Alla, u tassew aħna˝((1Ġw 3,1)

Din ˝il-ħaġa ġdida nisranija˝, mogħtija lill-membri tal-Knisja, hi għall-insara kollha l-pedament tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profetta, u Sultan, u tas-sejħa tagħhom għall-qdusija fl-imħabba, għal-lajċi nsara mbagħad tidher u sseħħ fil-prattika f’˝karattru sekulari˝, li hu l-karattru ˝proprju u speċifku tagħhom˝.

Il-kuxjenza ekklesjali, flimkien ma’ l-għarfien tad-dinjità nisranija li għandu kull nisrani, twassal lill-insara kollha biex jagħarfu li huma parti mill-misteru tal-Knisja-Xirka, dan hu aspett fondamentali u deċiżiv għall-ħajja u għall-missjoni tal-Knisja. It-talba ħerqana ta’ Kristu fl-Aħħar Ikla ˝Ħa jkunu ilkoll ħaġa waħda˝, għandha tkun il-programm ta’ kull jum ta’ kull nisrani u tal-insara kollha, programm ta’ ħajja u ħidma li jimpenjawhom u li ma jistgħux jiċħduh.

Is-sens ħaj tax-xirka tal-Knisja, don tal-Ispirtu s-Santu li jitlob it-tweġiba ħielsa tagħna bħala frott għażiż tiegħu, jwassal għall-għarfien xieraq tal-varjetà li hemm fil-Knisja ˝waħda u kattolika˝ ta’ vokazzjonijiet u ta’ kondizzjonjiet ta’ ħajja, ta’ kariżmi, ta’ ministeri, ta’ uffiċċji u ta’ responsabbiltajiet, flimkien ma’ kollaborazzjoni sħiħa, magħmula b’konvinzjoni, bejn il-gruppi, l-għaqdiet u l-movimenti tal-lajċi nsara, huma u jħabirku flimkien ħa sseħħ il-missjoni tal-Knisja għas-salvazzjoni ta’kulħadd. Din ix-xirka fiha nfisha hi l-aqwa sinjal tal-preżenza fid-dinja ta’ Krsitu l-Feddej, fl-istess ħin, tgħin u tqawwi, l-ħidma appostolika, u missjunarja li tagħmel il-Knisja direttament.

Hija u riesqa t-tielet elf sena wara Kristu, il-Knisja kollha, ir-rgħajja tal-erwieħ u l-insara kollha, għandhom iħossu r-responsabbilita’ tagħhom li jobdu ‘l Kristu huwa u jgħidilhom, ˝Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu˝ (Mk 16,15), ħa tiġġedded il-ħidma missjunarja. Il-Knisja għandha fdata lilna ħimda kbira u tal-għaġeb li timpenjaha sewwa, il-ħidma għax-xandir mill-ġdid tal-Bxara t-tajba, xandir li d-dinja ta’ llum teħtieġ fuq li ħetieġ. L-insara lajċi għandhom iqisu ruħhom parti ħajja u responsabbli ta’ din il-ħidma, għax imsejħin ħa jħabbru l-Evanġelju u jgħixuh fil-qadi tal-valuri tal-bniedem u tas-soċjeta’, u ta’ dak li jitolbu. Is-Sinodu tal-isqfijiet, li sar fix-xahar ta’ Ottubru, fis-Sena Marjana, b’mod speċjali ried jafda l-ħidma kollha tiegħu għall-interċessjoni tal-Verġni Marija, Omm il-Feddej. U issa rrid nafda għall-interċessjoni tagħha l-frott spiritwali ta’ dan is-Sinodu. Fi tmiem dan id-dokument ta’ wara s-Sinodu, flimkien mal-membri kollha tal-Poplu ta’ Alla, nirrikorru għall-interċessjoni tal-Verġni Marija, nibdlu dan l-appell f’talba,

O Verġni Mqaddsa,

Omm Kristu u Omm il-Knisja,

bil-ferħ u bil-qawwa kollha ta’ qalbna

nissieħbu mal-kantiku tiegħek, il-Magnificat,

kantiku ta’radd il-ħajr u ta’ mħabba.

Miegħek inroddu ħajr lil Alla li

˝il-ħniena tiegħu infirex f’kull żmien˝,

għall-vokazzjoni hekk sabiħa u

għall-missjoni b’tant suriet tal-lajċi nsara,

ilkoll imsejħin b’isimhom minn Alla biex

miegħu igħixu f’xirka ta’ mħabba u qdusija,

magħqudin flimkien bħal aħwa fil-familja kbira ta’ wlied Alla,

mibgħutin biex iwasslu d-dawl ta’ Kristu u

jxerrdu n-nar tal-Ispirtu s-Santu fid-dinja kollha,

bil-ħajja tagħhom fl-Ispirtu tal-Evanġelju.

O Verġni tal-Magnificat,

imla’ qlubhom bil-ħajr u bil-ħeġġa għal

din il-vokazzjoni u għal din il-missjoni,

Int li b‘qalb kbira, fiċ-ċokon tiegħek, kont ˝il-qaddejja tal-Mulej˝,

agħtina d-dispożizzjoni li kellek int biex taqdi ‘l Alla,

għas-salvazzjoni tad-dinja.

Iftaħ qlubna għat-tamiet kbar tas-Saltna ta’ Alla u

tat-tħabbira tal-Evanġelju lill-ħolqien kollu.

Ikun dejjem preżenti fil-qalb tiegħek ta’ omm,

il-ħafna u ħafna deni li qed jagħfas fuq l-irġiel u n-nisa ta’ llum.

U jkunu preżenti wkoll il-ħafna u l-ħafna inizjattivi ta’ tjieba,

ix-xewqat kbar il-valuri veri, il-progress kollu li qed isir

biex ikun hemm frott kotran ta’ salvazzjoni.

Verġni qalbiena, agħtina qawwa f’ruħna u fiduċja f’Alla,

biex nagħarfu negħilbu t-tifxkil kollu li miegħu niltaqgħu,

aħna u nħarbirku biex naqdu l-mssjoni tagħna.

Għallimna nħarsu lejn kull ma hawn u qed jiġri fid-dinja

b’sens ħaj ta’ resposabbilita’ nisranija u bit-tama ħienja

tal-miġja tas-Saltna ta’ Alla, ta’ smewwiet ġodda, u art ġdida.

Int kont ma’ l-Appostli fiċ-Ċenaklu huma u jitolbu,

jistennew il-miġja ta’ l-Ispirtu s-Santu nħar Għid il-Ħamsin,

itlob it-tiswib mill-ġdid tiegħu fuq l-insara lajċi kollha,

rġiel u nisa biex jagħtu tweġiba sħiha għas-sejħa u

għall-missjoni tagħhom, bħala friegħi ħajja tad-dielja vera,

msejħin biex jagħtu frott kotran għall-ħajja tad-dinja.

Verġni u Omm,

mexxina u wettaqna bħala veri wlied ta’ Ibnek ħa

nagħtu sehemna biex timbena fuq l-art,

civilta’ ta’ verita’ u ta’ mħabba,

skond ir-rieda ta’ Alla u għall-glorja tiegħu. Ammen

Minn Ruma, minn San Pietru, fit-30 ta’ Dicembru, festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi, tas-sena 1988, il-ħdax-il sena tal-Pontifikat.

Ioannes Paulus pp II

 

N O T I

1        Lumen Gentium,48

2        San Girgor il-Kbir, Hom in Evan 1, xix, 2

3        Apostolicam actositatem, 33.

4        Ġwanni Pawlu II, Omelija waqt il-konċelebrazzjoni egħluq is- VII Sinodu, 30 ta’ Ottubru 1987,

5        Ara Propositio 1

6        Gaudium et Spes, 11.

7        L-isqfjiet fis-Sinodu straordinarju tas-sena 1985 wara li semmew l-importanza u l-attwalita kbira tal-Kostituzzjoni Gaudium et Spes, żdiedu, ˝Fiż-żmien il-Konċilju, għax kiber il-qtigħ il-qalb u t-tiġrib. Kullimkien fid-dinja llum kibru l-ġuħ, il-moħqrija, l-inġustizzji, il-gwerer, it-torturi, u t-terroriżmu u suriet oħrajn ta’ vjolenza ta’ kull xorta” (Eccleslia sub vero Dei mysteria celebrans pro saluti mundi,, Relatio finalis, II,d, 1).

8        Gaudium et Spes, 7.

9        Stu Wistin, Confessiones, I,1.

10      Ara Instruemtium laboris dwar il-vokazzjoi u l-missjoi tal-lajci fil-Knisja u fid-dinja 20 sena wara l-Konċilju, 5-10.

11      Lumen Gentium, 1

12      Lumen Gentium, 6

13      Ara Propostio, 3

14      Lumen Gentium, 31

15      Ibid.

16      Piju XII, Diskors lill-kardinali ġodda fl-20 ta’ Frar, 1946.

17      Konċilju ta’ Firenze, Decretum pro Armenis.

18      Lumen Gentium. , 10.

19      Stu Wistin, Enarr. In Ps. Xxvi, II,3.

20      Lumen Gentium, 10

21      Ġwanni Pawlu II, Omelija fil-bidu tal-minisiteru pastorali tiegħu bħala Ragħaj il-kbir tal-Knisja, 22 ta’ Ottubru 1978.

22      Ara dan it-tagħlim propost mill-Gdid fl-Instrumentum labis dwar il-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi fil-Knisja u fid-dinja 20 sena wara l-Konċilju, 25.

23      Lumen Gentium, 24.

24      Ibid, 35

25      Ibid, 12,

26      Ibid 35

27      Stuw Wistin, De civitate Dei, XX,10.

28      Lument Gentium, 32.

29      Ibid, 31

30      Pawlu VI, Diskors lill-membri tal-Istituti sekulari, 2 ta’ Frar, 1972.

31      Apostolicam actuositatem, 5.

32      Lumen Gentium, 31.

33      Ibid

34      Ibid

35      Ibid 48.

36      Gaudium et Spes, 32.

37      Lumen gentium, 31

38      Ibid.

39      Propositio, 4.

40      ˝Il-lajċi, membri b’kull dritt tal-Poplu ta’ Alla u tal-Ġisem mistiku, imseħbin bil-Magħmudija, fil-missjoni ta’ Kristu, Saċerdot, Profeta, u Sultan, juru l-għana ta’ din id-dinjità agħhom u jħaddmuha fid-dinja. dak li għall-dawk li għandhom il-ministeru b’ordinazzjoi jista’ jkun xi ħaġa miżjuda u eċċezzjonali, għal-lajċi hi l-missjoni tipika tagħhom,. Il-vokazzjoni proprja tagħhom hi ‘li jfittxu s-Saltna ta’ Alla huma u jagħmlu dak li hu taż-żmien ta’ din id-dinja, u jmexxuh skond ir-rieda ta’ Alla’ (Lumen Gentium,31) (Ġwanni Pawlu II fl-Angelus tal-15 ta’Marzu 1987).

41      Ara l-aktar il-kap V ta’ Lumen Gentium li jitkellem dwar ˝Is-sejħa ta’ kulħadd għall-qdusija˝.

42      Sinodu tal-1985, Relatio finali II,A4.

43      Lumen Gentium, 40

44      Ibid. dawn id-dikjarazzjonijiet solenni u ċari tal-Konċilju qed ixandru verita’ fondamentali tal-fidi. Hekk, biex insemmu 0065empju l-aktar perfett ta’ qdusija mogħti minn Alla lill-bnedmin, Sidna Ġesù Kristu, u bl-għajnuna ta’ Alla jilħaq il-quċċata tal-perfezzjoni nisranija, kif jurina l-eżempju ta’ tant qaddisin”.

45      Apostolicam actuositatem,4

46      Propostio, 5

47      Propostion, 8

48      San Ljun il-Kbir, Sermo XXI. 3.

49      San Massimu, Tract. III de Bapt.

50      Stu Wistin, In Ioan. Evang. Tract. 21,8

51      Lumen Gentium, 33

52      Lumen Gentium, 4.

53      Sinodu tal-1985. Relllatio finalis, II,C. 1.

54      Pawlu VI, Diskors ta’ l-Erbgħa, 8 ta’ Ġunju, 1966.

55      Lumen Gentium,6.

56      Ibid. 7 u passim

57      Ibid 9

58      Ibid 1

59      Ibid

60      Ibid 7.

61      Ibid

62      Ibid 4.

63      Ġwanni Pawlu II, Omelija waqt il-konċelrazzjoni f-egħluq is-VII Sinodu, 30 ta’ Ottubru 1987

64      Lumen Gentium,4

65      Ad Gentes, 5

66      Presbyterorum Ordinis, 2. Lumen Gentium, 10.

67      Lumen Gentium 10

68      Ġwanni Pawlu II, ittra lis-saċerdoti ta’ Ħamis ix-Xirka 1979.

69      C. I. C. kan 230 § 3.

70      Presbyterorum Ordinis, 2 u 5

71      Aospolticam actuasitatem, 24

72      Il-kodiċi tal-Liġi tal-Knisja jagħti l-lista tal-uffiċċji u l-ħidmiet proprji tal-ministri sagri li f’xi ċirkostanzi speċjali u serji, u,fil-pratika, fin-nuqqa s ta’ presbiteri u djakni, għal xi żmien, jistgħu jsiru minn lajċi nsara, war a liu tangħatalhom il-fakolta’ skond il-liġi u l-mandat mill-awtorijtajiet tal-Knisja. Ara C. I. C. kan 230 § 3, 517 § 2, 861 § 2, 910 § 2, 1112, u l-bqija.

73      Sacrasanctum Concilium, 28, C. I. C. lam 230 § 2 li jgħid, ˝Il-lajċi jistgħu jaqdu l-funzjoni ta’ lettur fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, funzjoni mogħtija lilhom għal xi żmien, hekk ukoll il-lajċi kollha jistgħu jagħmlu l-funzjoni ta’ kommentatur, ta’ kantur, u funzjonijiet oħra wkoll skond il-liġi˝.

74      Il-Kodiċi jsemmi għadd ta’ funzjonijiet u uffiċċji lil-lajċi nsara jistgħu jagħmlu fl-instruttura organizzativa tal-Knisja, ara kan. 228, 229 § 3, 317 § 3, 463 § 1, n. 5 u §3, 483, 494, 437, 759, 776, 784. 785, 1282, 1421 § 2, 1424, 1428 § 2, 1435, ul-bqija

75      Propositio, 18

76      Pawlu VI Evangelii nuntiandi, 70

77      C. I. C. kan. 230 § 1

78      Propositio, 18

79      Apostolicam actuositatem, 3

80      ˝Għax ikun irċieva dawn il-kariżmi, ukoll dawk l-aktar ordnarji, il-lajk nisrani għandu d-dritt u d-dmir li jużahom għall-bini tal-Knisja, kemm fi ħdan il-Knisja u kemm fid-dinja, fil-leerta’ ta’ l-Ispirtu, li ‘jonfoħ fejn irid’ (Ġw 3,8) u fl-istess ħin f’xirka waħda mal-aħwa fi Kristu, u l-aktar mar-rgħajja tiegħu˝ (Ibid)

81      Propositio, 9

82      Lumen Gentium, 12

83      Ibid, 30

84      Christus Dominus, 11

85      Lumen Gentium, 33

86      Apostolicam actuositatem, 10

87      Propositio 10

88      C. I. C. kan 443 § 4, 461 § 1 u 2

89      Propositio, 10

90      Naqraw fil-Konċilju, ˝Għaliex fil-knisja tiegħu l-isqof ma jkun jista’ jippresiedi fuq il-merħla tiegħu personalment dejjem u kullimkien, bilfors irid iwaqqaf ġemgħat ta’ nsara, u fost dawn il-ġemgħat għandhom post minn quddiem il-parroċċi, imwaqqfin f’kull post taħt it-tmexxija ta’ ragħaj li jidher flok l-isqof, dawn il-parroċċi b’xi mod juru l-Knisja li tinsab fid-dinja kolha˝(Sacrosacntus Concilium, 42).

91      Lumen Gentium,28

92      Catechesi tradendae, 67

93      C. I. C. kan 515 § 1

94      Propositio, 10

95      Sacrosactum Concilium, 42

96      Kan 555 § 1,1

97      Kan 383 § 1

98      Pawlu VI, Diskors lill-kleru ta’ Ruma, 24 ta’ Ġunju, 1963

99      Propositio, 10

100    Apostolicam actuositatem, 10

101    Ibid

102    Propositio, 10

103    San Girgor il-Kbir, hom in Ezech, II, 1,5

104    Apostolicam actuositatem, 16

105    Gwanni Pawli II fl-Angelus tat-23 ta’ Awissu, 1987

106    Apostolicam actuositatem, 18

107    Ibid, ara wkoll Ibid 12, Lumen Gentium, 37

108    C. I. C. kan 215

109    Lumen Gentium, 39

110    Ibid 40

111    Apstolicam actuositatem, 19

112    Lumen Gentium, 23

113    Ibid

114    Apsotilcam eactuositatem, 234

115    Ibid, 20

116    Ibid 24

117    Propositio 13

118    Propositio, 15

119    Ġwanni Pawlu II, Diskors lill-konvenju tal-Knisja Taljana f’Loreto, 10 ta’ Aprukm 1985

120    Lumen Gentium, 1

121    Ibid, 30

122    Apostolicam actuositatem, 10

123    Evangelii nuntiandi, 14

124    Ġwanni Pawlu II, omelija fil-bidu tgal-ministeru pastorali tieghu bħala Ragħaj il-kbir tal-Knisja, 22 ta’ Ottubru 1978

125    Propositio, 10

126    Ad Gentes 20, Ibid 37

127    Propositio 29

128    Ad gentes, 21

129    Propositio 30 bis

130    Lumen Gentium, 5

131    Gaudium et Spes, 22

132    Ibid

133    Redemptor hominis, 14

134    Gaudium et Spes 40

135    Ibid 12

136    Jekk aħna niċċelebraw b’mod hekk solenni l-Milied ta’ Ġesù, dan nagħmluh biex nagħtu xhieda li kull bniedem hu xi ħadd, hu kollu kemm hu dak li hu, u ma hemm ebda ħadd ieħor bħalu. Jekk l-istatistiċi tal-bnedmin, jekk it-tqassim tan-nies, jekk is-sistemi politiċi, ekonomiċi u soċjali, jekk kull ma jista’ jagħmel il-bniedem, ma jaslux biex jiżguraw li l-bniedem jista’ jitwieled igħix u jaħdem bħala bniedem li hu dak li hu kollu kemm hu u ma hemmx ebda ħadd ieħor bħalu, hemm Alla li jista’ jiżgurah dan. Għal Alla u quddiem Alla, il-bniedem huwa dejjem dak li hu kollu kemm hu u ma hemm ebda ħadd ieħor bħalu, wieħed maħsub u magħżul sa minn dejjem ta’ dejjem, imsejjaħ u magħruf b’ismu” (L-ewwelmessaġġ fuq ir-radju lid-dinja nhar il-Milied tas-sena 1978).

137    Gaudium et Spes, 27

138    Familiaris consortio, 39

139    Ara l-istruzzjoni Donum vita tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi dwar il-ħarsien tal-ħajja tal-bniedemm u dwar id-dinjità tat-tnissil, tweġiba għal xi problemi ta’ llum (22 ta’ Frar, 1978).

140    Propositio 36

141    Ġwanni Pawlu II, messagg għall Jum il-Paċi 1988, 8 ta’ Diċembru, 1987.

142    Stu Wistin, De catechiz. Rudibus, XXIV, 44

143    Propositio, 32

144    Gaudium et Spes, 24

145    Ibid, 12

146    Fiamiliaris consortio, 42-48

147    Ibid 85

148    Apostolicam actuositatem, 8

149    L-Enċiklika Dives in misericordia dwar ir-relazzjoni bejn ġustizzja u ħniena, 12

150    Gaudium et Spes, 75

151    Ibid 74

152    Ibid 75

153    Propositio, 28

154    Sollicitudo rei socialis, 38

155    Pacem in terries, AAS 55 (1963) pp 265-6

156    Sollicitudo rei socialis, 39

157    Propositio 26

158    Gaudium et Spes 63

159    Propositio 24

160    Gaudium et Spes, 67, Laborem exercens, 24-27

161    Sollicitudo rei socialis, 34

162    Gaudium et Spes, 53

163    Propositio 35

164    Gaudium et Spes 58

165    Evangelii nuntiandi, 18-20

166    Propositio 37

167    San Girgor il-Kbir, Hom in Evang. I. XIX,2

168    Gravissimum educationis, 2

169    Gwanni Pawlu II, Ittra liż-żagħżagħ tad-dinja fl-okkażjoni tas-sena dinjija taż-Żgħażagħ, 15

170    Propositio 52

171    Propositio 51

172    Konċilju Vatikan II, messaġġ liż-żgħażagħ, 8 ta’ Diċembru, 1965.

173    Gaudium et Spes, 48

174    Gaud

175    Gaud

176    J Gerson, De parvulis ad Christum trahendis, Oeuvres comle’tes. Paris 1973, IX, 669.

177    Familiaris consortio, 24

178    Propositio 46

179    Propositio, 47

180    Apostolicam actuositatem,9

181    Paulu VI, diskors lill-Kumitat għas-sena internazzjonali tal-mara 16 ta’ April 1975

182    Propositio 46

183    Propositio, 47

184    Ibif

185    Gaudium et Spes, 10

186    L-enċiklika Redemptoris Mater, 46, wara li tfakkar li ˝id-diminsjomi Marjana tal-ħajja nisranija tikseb importanza speċjali jekk inqisu l-mara u l-qagħda tagħha bħala mara˝ tkompli tgħid, ˝Il-fatt li tkun mara – il-femminilita’ – toħloq relazzjoni speċjali ma’ Omm il-Feddej, fatt li jista’ jiġi studjat aktar fil-fond f’imkien ieħor. Hawn irrid biss ngħil li l-figura ta’ Marija ta’ Nazaret titfa dawl kbir fuq il-mara bħala mara bil-fatt stess li Alla, fil-ġrajja sublimi tal-inkarnazzzjoni ta’ Ibnu, ried jafda lilu nnifisu għall qadi ħieles u attiv ta’ mara, nisgħu għalhekk ngħidu li l-mara, jekk tħares lejn Marija, tara fiha kif għanda tgħix ta’ mara bid-dinjità kollha tagħħa u tikseb il-veru mixi ‘l quddiem tagħha. Fid-dija ta’ Marija, il-Knisja tara f’wiċċ il-mara rifless dak il-ġmiel li juri s-sentimenti l-aktar għolja li qalb ta’ bniedma tista’ tħaddan, għoti sħiħ tagħha nfisha fl-imħabba, qawwa biex tiflah għat-tbatijiet l-aktar kbar, fedelta’ bla qjies u ħidma bla mistrieħ, ħila li tlaqqa flimkien l-għarfien sħiħ ta’ dak li jkun qed jiġri f’xi ħadd ma’ kliem ta’ inkoraġġament u għajnuna ˝.

187    Mulieris dignitatem, 16

188    Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, Dikjarazzjoni dwar l-ammissjoni tan-nisa fis-saċerdozzju ministerjali inter insgniores tal-15 ta’ Ottubru 1976.

189    Mulieris dignitatem, 26

190    Mulieris dignitatem, 26 Ibid 27, ˝Il-Knisja hi ġisem fejn kulħadd għandu l-funzjoni tiegħu, l-uffiċċji jintgħażlu minn xulxin u ma jistgħux u ma jistgħux jitħawwdu ma’ xulxin. Ma jiftħux il-bieb biex xi wħud minnhom ikunu aqwa minn oħrajn, ma joħolqux okkażżjoniijiet għall-għira. L-ogħla kariżma li wieħed ikun jista’ jixtieq hu l-kariżma tal-imħabba (1Kor 1,13). L-ikbar fis-Saltna tas-smewwiet m’humiex il-minstri, imma l-Qaddisin˝. (Dikjarazzjoni tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi dwar l-ammissjoni tal-mara għas-saċerdozju ministerjali Inter isgniores tal- 15 ta’ Ottubru 1976)

191    Pawlu VI. Diskors lill-kumitat għas-Sena internazzjonali tal-Mara, 18 ta’ April, 1975

192    Propositio 47

193    Ibid

194    Lumen Gentium, 36

195    Familiaris consortio, 50

196    Proposoitio 46

197    Propositio 47

198    VII Sinodu (1987) Per Concilii semitas adPolulu, Dei, Nuntius, 19

199    Prpositio, 53

200    Salvifici doloris, 3

201    San Injazju ta’ Antjokja, Ad Ephesios, VII. 2

202    Salvifici doloris, 31

203    San Ambroġ, De virginitate, VI 34

204    Piju XII, Kost Provvida Mater, tat-2 ta’ Frar, 1947

205    Propositio 6

206    Pawlu Vi Ittra Appostolika Sabaudiae gemma tal-20 ta’ Jannar 1967

207    San Franġisk deSalees, Introdction a’ la vie devote, I iii

208    Apostolicam actuositatem, 4

209    Propositio 40

210    Danit virtutem qud contulit dignitatem San Ljun il-Kbir, Srmo II,1

211    Apostolicam actuositatem, 4

212    Gaudium et Spes 43, Ad gentes 21, Evangelii nuntiandi, 19.

213    Ġwan ni Pawlu II, diskors lil dawk li ħadu sehem fil-Kungress Nazzjoali tal-Moviment ekklessjali għall-impennkulturali (M. E. I. C. ) fis-16 ta’ Jannar 1982, ara wkoll l-ittra tal-Karkdinal Casroli li bija twaqqaf il-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura fil-11 ta’Mejju 1982, kiskors lill-komunita’ universitarja ta’ Louvain 20 ta’ Mejju 1985.

214    Apostolicam autuositatem,4

215    Propositio 22, Sollicitudo rei socialis,41

216    Apostolicam actuositatem, 4

217    San Metodju ta’ Olimp, Symposion III, 8

218    Porpositio 11

219    Propositio 40

220    Propositio 44

221    Propositio 45

222    Propositio 44

223    Propositio 41

224    Propoistio 42

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.