45. F’Kana Marija twassal lil Ġesù biex iwettaq l-ewwel miraklu


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  05/03/1997.

1. Fl-irrakkuntar tal-preżenza ta’ Marija fil-ħajja pubblia ta’ Ġesù, l-Konċilju Vatikan Ii ifakkar il-partiċipazzjoni f’Kana fl-okkażjoni tal-ewwel miraklu: «Fit-tieġ f’Kana tal-Galilea, imqanqlha minn ħniena, wasslet bl-interċessjoni tagħha lil Ġesù Messija biex jagħti bidu għall-mirakli (cf. Ġw 2,1-11)».1

Fuq il-pass tal-evanġelista Ġwanni, il-Konċilju jġegħlna ninnutaw ir-rwol diskret u, fl-istess ħin effikaċi tal-Omm, li bil-kelma tagħha twassal lill-Iben għall-«ewwel sinjal».

Hija, minkejja li teżerċita nfluss diskret u matern, bil-preżenza tagħha tirriżulta, fl-aħħar minn l-aħħar, determinanti.

L-inizjattiva tal-Verġni tidher mill-ġdid iktar sorprendenti, jekk wieħed iqis il-kondizzjoni ta’ inferjorità tal-mara fis-soċjetà Lhudija.

F’Kana, infatti, Ġesù mhux biss jagħraf id-dinjità u l-irwol tal-ġenju femminili, imma, waqt li jilqà l-intervent ta’ Ommu, joffrilha l-possibiltà li tkun parteċipi fl-opra messjanika. Ma jikkuntrastax b’din l-intenzjoni ta’ Ġesù t-titolu «Mara», li bih huwa jindirizza lil Marija (cf. Ġw 2,4). Dan, infatti, ma fihx xi konnotazzjoni negattiva u jerġà jkun użat minn Ġesù fil-konfront ta’ Ommu f’riġlejn is-Salib (cf. Ġw 19,26). Skont diversi interpreti, dan it-titolu «Mara» jippreżenta lil Marija bħala Eva l-ġdida, omm fil-fidi ta’ dawk kollha li jemmnu. 

Il-Konċilju, fit-test ikkwotat, juża l-espressjoni: «imqanqla minn kompassjoni», waqt li jħalli jinftiehem li Marija kienet ispirata mill-qalb ħanina tagħha. Waqt li għarfet il-possibiltà tad-diżappunt tal-għarajjes u tal-mistednin minħabba n-nuqqas tal-imbid, il-Verġni mimlija ħniena tissuġġerixxi lil Ġesù biex jintervjeni bil-qawwa tiegħu messjanika

Għal xi wħud it-talba ta’ Marija tidher sproporzjonatha, għaliex torbot ma’ att ta’ħniena l-bidu tal-mirakli tal-Messija. għad-diffikultà jwieġeb Ġesù stess li, bil-qbil tiegħu mat-talba materna, juri  s-sovrabbundanza li biha l-Mulej inwieġeb għall-istennijiet umani, waqt li juri wkoll kemm tistà tagħmel l-imħabba ta’ omm.

2. L-espressjoni «jagħti bidu għall-mirakli», li l-Konċilju ħa mit-test ta’ Ġwanni, tiġbed l-attenzjoni tagħna. It-terminu Grieg arché, tradott b’bidu, prinċipju, huwa wżat minn Ġwanni fil-Prologu tal-Vanġelu: «Fil-bidu kien il-Verb» (Ġw 1,1). Din il-koinċidenza sinifikattiva twassal biex tistabilixxi paralelliżmu bejn l-ewwel oriġni tal-glorja ta’ Kristu fl-eternità u l-ewwel manifestazzjoni tal-istess ġlorja fil-missjoni tiegħu terrena. 

Waqt li jenfasizza l-inizjattiva ta’ Marija fl-ewwel miraklu u waqt li jfakkar imbagħad il-preżenza tagħha fuq il-Kalvarju, f’riġlejn is-Salib, l-evanġelista jgħin biex wieħed jifhem kif il-koperazzjoni ta’ Marija tifrex ruħha fuq l-opra kollha ta’ Kristu. It-talba tal-Verġni  issib ruħha fl-intern tal-pjan divin tal-fidwa.

Fl-ewwel sinjal imwettaq minn Ġesù s-Santi Padri tal-Knisja  raw dimensjoni simbolika qawwija, waqt li jilmħu, fil-bdil tal-ilma f’imbid, l-aħbar tal-passaġġ mill-Patt il-qadim għal dak ġdid. F’Kana, propju l-ilma tal-ġarer, iddestinat għall-purifikazzjoni tal-Lhud u  għat-twettiq tal-preskrizzjonijiet legali (cf. Mk 7,1-15), isir l-imbid ġdid tal-festa tat-tieġ, simbolu tal-għaqda definittiva bejn Alla u l-umanità.

3. Il-kuntest ta’ festa ta’ tieġ, magħżul minn Ġesù għall-ewwel miraklu tiegħu,  jirritorna għas-simboliżmu matrimonjali, frekwenti fit- [385]Testment il-Qadim biex jindika l-Patt bejn Alla u l-poplu tiegħu (cf. Os 2,21; Ġer 2,1-8; Sal 44; eċċ.) u fit-Testment il-Ġdid biex ifisser l-għaqda ta’ Kristu mal-Knisja (cf. Ġw 3,28-30; Ef 5,25-32; Ap 21,1-2; eċċ.).

Il-preżenza ta’ Ġesù f’Kana turi barra minn dan il-proġett feddej ta’ Alla rigward iż-żwieġ. F’tali prospettiva, in-nuqqas ta’ mbid jistà jiġi nterpretat bħala ironija għan-nuqqas ta’ mħabba, li sfortunatament mhux rarament thedded l-għaqda sponsali. Marija titlob lil Ġesù biex jintervjeni favur l-għarajjes kollha, li biss imħabba msejsa f’Alla tistà teħlishom mill-perikoli tal-infedeltà, tan-nuqqas ta’ ftehim u tad-diviżjonijiet. Il-grazzja tas-sagrament toffri lill-għarajjes din il-qawwa superjuri ta’ mħabba, li tistà  tissustanzja l-impenn tal-fedeltà  ukoll fiċ-ċirkustanzi diffiċli.

Skont l-interpretazzjoni tal-awturi nsara, il-miraklu ta’ Kana jiġbor, ukoll, sinifikat ewkaristiku profond. Waqt li għamlu qrib is-sollennità tal Għid Lhudi (cf. Ġw 2,13), Ġesù juri bħal fil-multiplikazzjoni tal-ħobż (cf. Ġw 6,4), l-intenzjoni li jħejji il-vera festa paskwali, l-Ewkaristija. 

Tali xewqa, fit-tieġ ta’ Kana, donnha enfasizzatha b’mod ulterjuri mill-preżenza tal-imbid, li jirreferi għad-demm tal-Patt il-Ġdid, u mill-kuntest ta’ festa.

B’tali mod Marija, wara li kienet l-oriġni tal-preżenza ta’ Ġesù fil-festa, tikseb il-miraklu tal-imbid ġdid, li jbassar l-Ewkaristija, sinjal suprem tal-preżenza ta’ Binha rxuxtat fost id-dixxipli.

4. Fl-aħħar tar-rakkont tal-ewwel miraklu ta’ Ġesù,  iffaċilitat mill-fidi soda tal-Omm tal-Mulej f’Binha divin, l-evanġelista Ġwanni jikkonkludi: «Id-dixxipli tiegħu emmnu fiH» (Ġw 2,11).

F’Kana Marija tibda l-mixja ta’ fidi tal-Knisja, waqt li tiġi qabel id-dixxipli u waqt li torjenta lejn Kristu l-attenzjoni tal-qaddejja.

L-interċessjoni tagħha perseveranti tinkuraġġixxi, ukoll, lil dawk li jiġu  kultant biex isibu ruħhom quddiem l-esperjenzi tas-«skiet ta’ Alla». Dawn huma mistiedna biex jittamaw ‘il hemm minn kull tama, waqt li jafdaw dejjem fit-tjubija tal-Mulej.

NOTI

1 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 58.

Insegnamenti di Giovanni Paolo II, XX/1 (1997) p. 383-385

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb