Ġwanni Pawlu II waqt quddiesa mal-Kardinal Slipyj


QUDDIESA KKONĊELEBRATA BIR-RIT BIŻANTIN-UKRAJNU GĦALL-FTUĦ TAS-SINODU TAL-ISQFIJIET UKRAJNI

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Kappella Sistina, 24 ta’ Marzu 1980.

Meqjumin ħuti, għeżież uliedi.

Huwa bi pjaċir kbir li fl-att suprem tal-komunjoni ma’ Kristu, li fl-Ewkaristija jwettaq l-unità fil-karità, fis-sagrament “quo unitas Ecclesiae et significatur et efficitur” (Unitatis Redintegratio, 2),  nestendi t-tislima tal-ikbar imħabba lilkom ilkoll li, flimkien mal-meqjum ħuna l-Kardinal Ġiuseppe Slipyj, Arċisqof maġġur ta’ Lviv, ġejtu minn diversi partijiet tad-dinja, li fihom isibu ruħhom imferrxa l-fidili tagħkom, għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dan is-Sinodu.

L-oriġni oriġinarja tagħkom ma tistax ma tfakkarx lill-ispirtu tiegħi il-qrib partikolari tal-poplu glorjuż tagħkom lill-poplu tal-oriġni tiegħi. Kif nistà ma nimbuttax lili nnifsi biex nifirħilkom għall-fatt li flimkien mal-fidili tagħkom kontu misjuba denji ta’ “pro nomine Iesu contumeliam pati” (At 5, 41) propju għall-fedeltà tagħkom lejn Ġesù Kristu, lejn il-Knisja, lejn din is-Sedja ta’ Pietru.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II u l-Kardinal Josef Slipyj

1. U huwa propju lejn din is-Sedja ta’ Pietru li ndirizzajtu l-ispirtu u l-qalb mimlija fiduċja, meta ġejtu msejħin għal dan is-sinodu tagħkom li ridt niċċelebra magħkom. Tistgħu tkunu ċerti li l-umli suċċessur ta’ Pietru, f’kull okkażjoni,  bħal f’din il-laqgħa fraterna ta’ ferħ, m’għandux għajr xewqa unika, dik li nkunu, bħal ma qal il-Vatikan II, “unitatis tum Episcoporum tum fidelium multitudinis, perpetuum et visibile principium et fundamentum” (Lumen Gentium, 23). L-impenn tiegħi l-iktar sagru jikkorrispondi ma’ dak li l-Lumen Gentium tasserixxi li tkun il-funzjoni tal-Petri cathedra: “Universo caritatis coetui praesidet, legitimas varietates tuetur et simul invigilat ut particularia, nedum unitati noceant, ei potius inserviant”(Ivi, 13).

Din l-unità, testment ta’ mħabba u wegħda suprema ta’ Kristu fit-talba tiegħu kbira saċerdotali (cf. Ġw 17, 11. 21. 23), tikkostitwixxi bla dubju l-ansjetà l-iktar profonda tal-ispirti tagħna meta nieqfu u nikkonsidraw il-misteru tal-Knisja fid-dinja. Din hija ansjetà li, jekk hija sofferenza profonda tal-kontemplazzjonii tad-diviżjoni tal-libsa bla keffa tal-ġisem ta’ Kristu, flimkien mat-talb bla jaqtà li jingħaqad mal-invokazzjoni ta’ Kristu għall-unità, kif tinbidel f’azzjoni għaqlija sabiex, fir-rispett sħiħ tal-libertà mhux obligatorja ta’ kull bniedem, tkun tistà tibni fil-Knisja l-“unitatem spiritus in vinculo pacis”, li tixraq lil dawk li huma msejħa għat-tama kbira unika li hija Kristu Ġesù  .

Din hija l-unità li tirrifletti l-misteru ta’ dik il-ħajja li għaliha fi Kristu aħna lkoll “unum corpus et unus spiritus”, fir-realtà tal-’“unus Dominus, una fides, unum baptisma, unus Deus et Pater omnium qui est super omnia et in omnibus” (cf. Ef 4, 3-6).  Id-diversità multipla tal-ministeri, espressa wkoll mill-pluralità tad-doni, hija orjentata “in aedificationem corporis Christi, donec occurramus omnes in unitatem fidei” (Ef 4, 13).

Din il-ħtieġa tagħmel parti mis-servizz umli tagħna. Bħala rgħajja tal-merħla ta’ Alla, ilkoll aħna mpenjati biex nagħmlu dak kollu li jiddependi minna sabiex il-karità twettaq fi Kristu l-unità tal-Knisja tiegħu. Dan huwa l-ideal il-kbir li għandu jirrendina bla rqad, attenti, industrijużi, kuraġġużi sabiex iseħħ dak li Ġesù, Ragħaj suprem, talab: “Ut omnes unum sint”. Dan is-Sinodu tagħna, fondamentalment, għalxiex qed jimmira, jekk mhux għal dan?

2. Il-“mysterium fidei” li niċċelebraw madwar l-altar, juri u jwettaq b’mod għal kollox speċjali din l-unità li flimkien ma’ Kristu nsejħu u li għaliha qegħdin naħdmu.

Bla ebda dubju s-“sacramento panis eucharistici, repraesentatur et efficitur unitas fidelium, qui unum corpus in Christo constituunt” (Lumen Gentium, 3; cf. etiam 11). Tali unità meraviljuża m’għandniex narawha sempliċement fir-rabta materjali li taħfen lill-fidili mal-unika mejda, imma fil-komunjoni profonda ma’ Kristu “l-Għid tagħna” (1 Kor 5, 7). Ġesù Kristu, Redentur tal-bniedem, huwa l-bidu tal-unità l-ġdida tal-bnedmin kollha. “F’demmu, aħna., li konna ‘l bogħod, stajna nkunu mqarrba fi Kristu Ġesù” (cf. Ef 2, 13). U huwa propju l-“memorjal” tal-Mulej per eċċellenza, l-Ewkaristija, li tattwalizza l-misteru tal-grazzja, issiġillat b’mod fundamentali meta Kristu offra fuq is-salib ir-rikonċiljazzjoni  diġa ffirmata fl-Aħħar Ċena.

Dak li huwa “pax nostra”, meta fil-mewt “tradebatur corpus” offrut lid-dixxipli fiċ-ċena, stabilizza l-unità li l-bnedmin kollha huma msejħin biex ikollhom fih. Allura waqà l-ħajt tal-qsim maħluq mid-dnub, għebet l-inimiċizzja, ġiet stabbilita l-paċi u r-rrikonċiljazzjoni, kien ikkostitwit l-“unus novus homo” (cf. Ef 2, 14-16). Il-misteru tal-ġisem issagrifikat u tad-demm imxerred għall-kostruzzjoni tal-unità, jgħix hawn fl-Ewkaristija. Hawn jikkonsma ruħu l-“patt il-ġdid u etern” li jġedded u jsaħħaħ l-għaqda tagħna miegħu. Hawn tali għaqda ssir “trasfiguirazzjoni” perpetwa tal-ħajja li twettaq l-ikbar ideal nisrani, dak ta’ għixien għal Alla: “Qui manducat me, et ipse vivet propter me” (Ġw 6, 58).

U li tgħix għal Kristu, huwa tgħix għal Alla; huwa li tħabrek għall-glorja tal-Missier; huwa li twettaq mal-Missier l-għaqda  oranti perpetwa li tissekonda l-mozzjoni intima tal-Ispirtu li jeleva lejh (cf. Rm 8, 15; Gal 4, 6); huwa li tirrendi ikel tagħna r-rieda tal-Missier, fit-twettiq fidil tal-opra li huwa afdalna (cf.Ġwv 4, 34); huwa li nkunu profeti perfetti, bħal ma hu perfett il-Missier fid-don tal-imħabba ħanina u ġeneruża lill-aħwa kollha (cf. Mt 5, 43-48). Hekk il-ħajja divina, permezz tal-Ewkaristija u mill-Ewkaristija, “totius vitae christianae fons et culmen” (Lumen Gentium, 11), tilħaq fil-bniedem il-milja”. Il-milja tal-komunjoni mal-Missier fl-Ispirtu permezz ta’ Kristu saċerdot u vittma, ħobż tal-ħajja, milja li tfawwar f’donazzjoni ta’ karità, komunjomi ta’ grazzja, realtà ta’ “komunikazzjoni” fost l-aħwa.

Il-vera profomda realtà fost il-bnedmin titnissel b’mod ipprivileġġjat mill-Ewkaristija. Fiha s-Salvatur tagħna joffri lill-Knisja l-għarusa tiegħu. il-memorjal ta’ mewtu u tal-qawmien mill-imwiet bħala sacramentum pietatis, signum unitatis, vinculum caritatis, skont il-kliem magħruf ta’ Santu Wistin, magħmul propju mil-“Lumen Gentium” (Ivi, 47). Fl-Ewkaristija, fl-esperjenza l-iktar ħajja ta’ Kristu, li, “dilexit nos et tradidit semetipsum pro nobis oblationem et hostiam” (Ef 5, 2), aħna nitgħallmu biex “ambulare in dilectione” (Ef 5, 2), jew, aħjar, insiru b’mod profond ikkwalifikati għall-ħajja ta’ Kristu li jsir ħajja tagħna, biex nimitaw lil Alla bħala “ulied għeżież” (Ef 5, 1). Fis-sehem fl-Ewkaristija, “waqt li nieklu mill-ħobż uniku u nixorbu l-uniku kalċi” (cf. 1 Kor 10, 17), inwettqu fi Kristu l-komunjoni li tippermettilna li nkunu “cor unum et anima una” (cf. At 4,32) u li nkunu disponibbli biex inħobbu bħal ma ħabb Kristu (cf. Ġw 13, 34), sa ma nkunu lesti biex inbatu u nagħtu l-ħajja għall-aħwa (cf. Ġw 15, 13).

Jekk nisimgħu l-istorja tal-Knisja tagħkom. Storja li għal xi wħud minnkom kienet realtà migħuxa, huwa ta’ min jgħid b’sikurezza li l-qawwa tal-fidi, li ssir imħabba u donazzjoni għall-aħwa sal-martirju, hija esperjenza li titnissel mill-Ewkaristija. Fiha l-Knisja tagħkom sabet is-sors tal-eroiżmu; għaliha mħabbitkom esprimaiet ruħha fil-“confession” li saħħet l-unità tar-rgħajja u tal-fidili.

3. “Quoniam unus panis, unum corpus multi sumus omnes enim de uno pane participamus” (1 Kor 10, 17). Din l-unità stupenda tiġi mwettqa b’mod għal kollox nitevoli f’din iċ-ċelebrazzjoni li tinawgura l-assisi tal-grazzja u tal-imħabba li huwa s-Sinodu tal-Knisja tagħkom.

Intom tinsabu hawn magħqudin ma’ Pietru, “communione fraternae caritatis atque studio permoti universalis missionis Apostolis traditae” (Christus Dominus, 36). U hija minn din l-Ewkaristija, li qegħdin niċċelebraw, li aħna  niksbu l-ispirtu meħtieġ li, waqt li jorbotna fi Kristu ma’ Alla fl-unika mħabba tal-Ispirtu Santu, twessà fl-istess ħin qalbna għas-sensibiltà profonda u awtentika tal-interess, tas-solleċitudni, tad-donazzjoni tal-karità apostolika.

Ix-xewqa profonda li s-Sinodu jiċċelebra ad Petri cathedram m’għandha ebda skop ieħor għajr dak li tqiegħed fid-dawl “l-unità li rċivejna mingħand l-Appostli: l-unità kolleġġjali” Issa, bħal ma kelli l-opportunità li nenfasizza  fl-ittra li ndirizzajt lill-Isqfijiet kollha fl-ewwel Ħadd tar-Randan ta’ din is-sena dwar il-misteru u dwar il-kult tal-Ewkaristija, “din l-unità twieldet, f’ċertu sens, fuq il-mejda tal-ħobż tal-Mulej, nhar Ħamis ix-Xirka” (Ġwanni Pawlu II, Dominicae Cenae, tal-24 ta’ Frar 1980, III: AAS 72 [1980] 138). Ladarba kien fiċ-ċenaklu li l-Appostli, fuq il-mejda tal-Mulej, imgħataw il-mandat li biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija jassikura il-“konsumazzjoni” tal-ħajja ta’ komunjoni ma’ Alla u mal-aħwa, waqt li ffissaw l-unità li biha tgħix il-Knisja u li tagħha għandu jkun sinjal u sagrament fid-dinja. Bħal ma kien fiċ-ċenaklu, propju fl-ikla taċ-ċena ewkaristika, li Ġesù talab għall-għaqda ta “dawk tiegħu”, ta’ dawk l-appostli li mill-grazzja tagħhom u mill-mandat tagħhom aħna nġorru l-piż u l-unur għas-salvazzjoni tad-dinja kollha

Dawn il-jiem ta’ grazzja, li jinawguraw ruħhom fiċ-ċelebrazzjoni komuni tal-Ewkaristija, għandhom għalhekk jinbidlu f’esperjenza partikolari ta’ unità, ta’ qbil, ta’ kollaborazzjoni. Grazzi għall-Ewkaristija, “unum corpus multi sumus”, kif għidt ftit ilu bil-kliem ta’ San Pawl. Aħna l-Ġisem ta’ Kristu! Magħqudin mal-Knisja kollha tal-Mulej Ġesù, b’ħarsitna mdawra lejh, kap tagħna, mgħallem u Redentur, u flimkien b’qalbna li tħabbat ma’ ħutna kollha, b’mod speċjali mal-fidili tal-Knisja tagħkom, fl-għaqda profonda tagħna irridu nagħtu x-xhieda li timbotta lid-dinja biex temmen (cf. Ġw 17, 21). Imma x’temmen? Temmen li aħna għandna fidi fi Kristu, temmen li aħna ddominati minn imħabbtu, temmen  li l-aċċessjoni tagħna għall-Vanġelu hija nkrollabbli, temmen li ‘l fuq minn kull realtà umana aħna konvinti mill-primat ta’ Alla u tal-azzjoni tiegħu, temmen li aħna tassew inħobbu lil Alla u, għal din l-imħabba, inħobbu lid-dinja u lill-bnedmin kollha, li għalihom aħna disposti li noffru bil-ferħ il-ministeru pront, attent, aġġornat, komplut tagħna, jekk ikun meħtieġ sal-mewt u sal-mewt fuq is-salib.

Dan huwa dak li jiffjorixxi fl-ispirtu tagħna mal-kuntatt mal-misteru ewkaristiku u waqt li nisperimentaw il-grazzja fil-bidu ta’ dan is-Sinodu tagħna. Miġburin fiċ-ċenaklu, aħna ma nħossuniex iżolati minn ħutna li għalihom ninsabu magħqudin hawn. Huma b’mod speċjali f’din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, jinsabu magħna. Magħna u għalina jitolbu, magħna u għalina jitolbu l-milja tal-Ispirtu Santu, magħna u għalina jitolbu dik l-unità tal-ispirtu fir-rabta tal-paċi, li tgħinna biex naraw il-bżonnijiet tal-knisja tagħhom, l-urġenzi l-iktar ħajjin, u flimkien jagħtina l-qawwa u l-kuraġġ biex inwasslulhom l-għajnuna opportuna. Hekk biss, dan is-Sinodu espressjoni tipika tal-unità tal-Knisja, tkun Rebbiegħa tal-Ispirtu Santu għalina u għall-Knisja għażiża Ukrajna hawn, permezz tagħkom preżenti. Sekli ta’ storja ta’ taqbid u ta’ martri, manifestazzjonijiet ta’ fidi u ta’ żelu evanġeliku, żelu għax-xandir tal-Vanġelu f’komunjoni mal-Knisja universali u ma’ Pietru, hawn f’din is-siegħa huma preżenti b’mod straordinarju. Jalla din il-preżenza spiritwali, imma vera, profonda,  ħajja, issostni xogħolna, waqt li ġġeddidna lkoll fl-ispirtu tal-appodstli għall-ġid ta’ ħutna.

L-esperjenza taċ-ċenaklu ma kinitx tirrifletti is-siegħa tal-grazzja tat-tiswib tal-Ispirtu, li kieku ma kellhiex il-grazzja u l-ferħ tal-preżenza ta’ Marija. “Cum Maria, matre Iesu” (At 1, 14), naqraw fis-siegħa l-kbira tal-Pentekoste. U hija din is-siegħa li aħna rridu nisperimentasw u nġeddu. Għal dan, bit-tradizzjoni rikkissma marjana tal-Knisja tagħkom, ningħaqdu mal-Verġni mbierka. Hija, omm l-imħabba u l-unità, torbotna b’mod profond għaliex bħall-ewwel komunità mwielda miċ-ċenaklu, aħna “qalb waħda u ruħ waħda”, Hija, “mater unitatis”, li f’ġufha l-Iben ta’ Alla ingħaqad mal-umanità, waqt li inawgura b’mod mistiku l-għaqda sponsali tal-Mulej, mal-bnedmin kollha, jgħinna biex inkunu “unum” u biex insiru strumenti ta’ unità fost il-fidili tagħna u fost il-bnedmin.

Din il-grazzja li jiena nafda bħala wegħda mill-profondità ta’ qalbi lill-Verġni tal-inkarnazzjoni. L-umli qaddejja tal-Mulej, “apud Filium suum intercedat, donec cunctae familiae populorum… cum pace et concordia in unum Populum Dei feliciter congregentur, ad gloriam Sanctissimae et individuae Trinitatis” (Lumen Gentium, 69). Huwa għaliha, “exemplum… materni illius affectus, quo cuncti in missione apostolica Ecclesiae cooperantes ad regenerandos homines animentur oportet” (Ivi, 65), li nafda lilkom ilkoll, wieħed wieħed, bil-knejjes tagħkom u bil-fidili tagħkom, sabiex mill-kontemplazzjoni tagħha u bl-għajnuna tagħha, grazzi wkoll għal dan is-Sinodu, inkunu tassew l-appostli taż-żminijiet il-ġodda.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.