Il-Papa jagħti ventilaturi lil sptar fil-Malawi


Il-Papa Franġisku ta numru ta’ ventilaturi għall-morda mill-Covid-19 lil sptar immexxi mill-Knisja Kattolika fil-Malawi.

Meta ppreżenta l-ventilaturi, l-Arċisqof Ziyaye qal li l-Papa hu tassew imħasseb dwar il-pandemija li ħalliet tant tbatija kullimkien. L-Arċisqof stieden biex bħala ringrazzjament jitolbu għall-Papa. Il-kap tal-isptar, is-Soru Agnes Lungu, irringrazzjat lill-Papa għal din il-donazzjoni. L-isptar ma kienx preparat għall-Covid-19 f’Malawi fejn kien hemm iktar minn 5,300 każ ta’ mard u 168 mewt bil-pandemija. Bil-għajnuna tad-donazzjonijiet li ngħataw minn diversi pajjiżi, il-Knisja Kattolika fil-Malawi setgħet ittejjeb l-isptarijiet missjunarji li għandha fil-Malawi.

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-08/pope-francis-donates-ventilators-to-malawi-catholic-hospital.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea