Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Eliżabetta Bichier


Fis-26 ta’ Awwissu l-Knisja tfakkar lil Santa Eliżabetta Bichier, Verġni li għexet bejn is-snin 1773 sa 1836.

Imwielda Le Blanc fi Franza fl-1773, Eliżabetta kienet ġejja minn familja tajba. Hija għaddiet it-tfulija tagħha f’kunvent fi Poitiers.

Matul il-perjodu tar-Revuluzzjoni Franċiża, il-familja ta’ Eliżabetta tilfu kulma kellhom. Dan minħabba li r-republikani kienu qed jieħdu  l-propjetà mingħand in-nobbli.

Imma din iż-żagħżugħa Franċiża intelliġenti tad-19-il sena, studjat il-liġi ħalli tkun tista’ tiddefendi l-kawża tal-familja tagħha fil-qorti. Peress li kienet avukata tajba, hija rebħet il-kawża u salvat lill-familja tagħha. Kulma kien jonqosha kienet li tiżżewweġ lil xi ħadd nobbli bħalha.

Imma Eliżabetta ma kellha l-ebda intenzjoni li tiżżewweġ. Fuq wara ta’ santa tal-Madonna, hija kitbet: ‘Jien iddedikajt u kkonsagrajt lili nnifsi lil Ġesù u lil Marija għal dejjem.’

Wara xi żmien hija daħlet fil-kunvent u saret soru. Fl-1806, bl-għajnuna tas-saċerdot Indri Fournet (li mbagħad ġie wkoll iddikjarat qaddis), bdiet kongregazzjoni reliġjuża ġdida ta’ nisa, biex jieħdu ħsieb il-morda u l-anzjani, l-edukazzjoni tat-tfal u biex joffru riparazzjoni għad-dagħa u s-sagrileġġi kontra s-Santissimu Sagrament fi żmien ir-Revuluzzjoni Franċiża. Il-kongregazzjoni kienet ġiet rikonoxxuta uffiċjalment fis-sena 1816 u ngħataw l-isem ta’ “Daughters of the Cross.”

Bħala tifla ċkejkna, l-aktar logħba li kienet tħobb tilgħab din il-qaddisa, kienet dik li tibni kastelli fir-ramel. Ħafna snin wara, hija kellha tieħu fuqha r-responsabbiltà li tibni ħafna kunventi għall-kongregazzjoni tagħha. Biex tiċċajta, kienet tħobb tgħid: “Naħseb ix-xogħol tal-bini kellu jkun in-negozju tiegħi, ladarba bdejtu minn ta’ età żgħira.”

Eliżabetta kienet lesta taffaċċja kull tip ta’ periklu biex tgħin lin-nies. Darba sabet vagabond marid mixħut fl-istalla. Hi ġabitu fl-isptar tal-kunvent u għamlet kull ma setgħet miegħu sa ma miet. L-għada filgħodu il-pulizija ġew jgħidulha li setgħet ġiet arrestata talli kienet għenet raġel kriminali.

Eliżabetta ma kinitx tibża’. “Jien għamilt biss dak li kieku kont tagħmel int,” wieġbet lill-pulizija. “Jiena sibt lil dan ir-raġel fqir u marid u ħadt ħsiebu sa ma’ miet u lesta li ngħid lill-Imħallef dak li ġara.”

Ovvjament, bl-onestà u l-karità tagħha rebħet ir-rispett tan-nies. Kienu jammiraw il-mod ċar u bla tlaqliq li bih kien dejjem ikollha risposta għal kollox. Sas-sena 1830, Eliżabetta kienet fetħet aktar minn 60 kunvent.

Il-ko-fundatur tagħha, is-saċerdot qaddis Indri Fournet, miet fis-sena 1834. Hi kitbet lis-sorijiet tagħha, “Din hi telfa kbira u ta’ niket kbir għalina.”

Imbagħad, 4 snin wara, fl-1836, Eliżabetta mardet gravament u wara 10 ijiem ta’ sofferenza akuta, mietet fis-26 ta’ Awwissu. Hi ġiet iddikjaratha qaddisa minn Papa Piju XII fis-sena 1947.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.