L-enċiklika ‘Aħwa lkoll’ ma teskludix lin-nisa


Kien hemm min ikkonkluda, sempliċiment mit-titlu tagħha, li l-enċiklika l-ġdida tal-Papa Franġisku, ‘Aħwa lkoll’, li se jiffirma fiż-żjara tiegħu f’Assisi fit-3 ta’ Ottubru, ma tinkludix lin-nisa. Dan għaliex f’xi traduzzjonjiet bħal fl-Ingliż, it-titlu hu ‘All Brothers’. Bil-Malti mhemmx din problema għlie il-kelma ‘Aħwa’ tinkludi kemm nisa u kemm irġel.

Min hu familjari mal-kitbiet tal-Papiet jaf fil-Vatikan hemm protocol li japplika għal dawn il-kitbiet. Importanti li wieħed jaqra t-test kollu għax din mhux bħal meta tikteb ktieb u mbagħad tagħżel titlu għalih.

It-titlu fil-kitbiet tal-Papiet hu dejjem l-ewwel żewġ kelmiet jew tlieta tad-dokument; ikunu tlieta meta hemm artiklu. Żewġ eżempji huma ‘Laudato Si’ (Tkun imfaħħar) u ‘Gaudium et Spes’ (Il-Ferħ u t-Tama). Fil-kas tal-enċiklika ‘Ilkoll Aħwa’, il-kliem tat-titlu huma ta’ San Franġisk t’Assisi. B’ebda mod ta’ immaġinazzjoni ma wieħed jista’ jgħid li ‘Ilkoll Aħwa’ hi enċiklika anti-femminista. Anzi hi stedina ta’ solidarjetà bejn il-bnedmin kollha.

https://cruxnow.com/vatican/2020/09/whatever-it-is-title-of-new-papal-encyclical-not-anti-feminist/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

One thought on “L-enċiklika ‘Aħwa lkoll’ ma teskludix lin-nisa”

  1. Dwar il-polemika li qamet fuq l-isem, ta’ din l-enċiklika, nazzarda ngħid li jekk kif hu rappurtat, il-Papa Franġisku qed jikkwota minn San Franġisk ta’ Assisi, allura ta’ min jinnota li ghal dan il-qaddis mhux biss l-irgiel u n-nisa kienu Ahwa lkoll, imma anke ,oħti x-xemx, ħija l-qamar, hija l-volpi, saħansitra oħti l-mewt.
    Joe Farrugia

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.