Attakki fuq villaġġi nsara fil-Kongo

Print Friendly, PDF & Email

58 mejta, 17 maqbuda f’attakk fuq żewġ villaġġi Kristjani fil-Kongo.

95% tal-popolazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huma nsara. Imma bħal pajjiżi tan-Niġerja u wħud fl-Afrika, gruppi Islamiċi jiħadisti qed jiżdiedu b’mod alarmanti, li skond il-Ġnus Magħquda “mis-sena 2017 ‘l hawn dawn ħallew il-fuq minn 700 persuna mejta fil-provinċja ta’ Ituri”.

Fil-bidu ta’ Settembru li għadda, mill-inqas 58 ruħ ġew maqtula u 17 oħra maqbuda minn militanti musulmani li attakkaw żewġt irħula Kristjani, fil-grigal tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. 23 inqatlu fit-8 ta’ Settembru u 35 inqatlu jumejn wara fil-foresta ta’ Tshabi, fin-nofsinhar tal-provinċja ta’ Ituri. Numru kbir tal-popolazzjoni kellha taħrab minn biża’ ta’ iktar attakki.

“Nies ġew maqtula b’diversi armamenti, skieken u armi tan-nar” hekk stqarr wieħed minn dawk li ħarbu mill-villaġġ ta’ Tshabi.  “17 oħra qed jiġu rappurtati nieqsa, imma probabli dawn spiċċaw maqbuda.”

Dawn l-attroċetajiet qed jiġu assoċjati li saru mill-membri tal-Forzi Allejati Demokratiċi, li hu grupp iżlamiku. F’Mejju li għadda kien ġie rapurtat wkoll li kienu nqatlu 57 oħra.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://christianpersecution.com/congo/congo-at-least-58-killed-17-kidnapped-as-muslim-militants-attack-two-predominantly-christian-villages/

%d bloggers like this: