Missjunarju meħlus wara sentejn li kien maħtuf

Print Friendly, PDF & Email

Patri Pier Luigi Maccalli ġie liberat wara li kien ilu sentejn maħtuf ġewwa Niger.

“Il-ferħ li għandna bħalissa hu kbir, imma r-radd ta’ ħajr lil Alla huwa ħafna akbar” Hekk stqarr Patri Antonio Porcellato, Superjur Ġenerali tas-Soċjetà tal-Missjoni Afrikana (SMA) li lbieraħ fl-10.10 ta’ filgħaxija waslitlu l-aħbar li Patri Pier Luigi Macalli ġie liberat, wara li fis-17 ta’ Settembru 2018, kien ġie maħtuf.

“Ilna sentejn nistennew din l-aħbar. Tlabna kuljum, flimkien ma ħafna persuni, b’mod partikolari fi Djoċesi ta Crema u dik ta Niamey, fejn Patri Gigi kien jaħdem.” Hekk stqarr Patri Antonio, u kompla jżid li rridu niftakru wkoll f’dawk li għadhom maqbudin u nitolbu għalihom. Hu għalaq billi qal: “Nisperaw li l-vjolenza u l-inġustizzja li qed iseħħu f’Sahel (Niger) jieqfu u tinstab soluzzjoni. Nitolbu anke għal dan l-għan”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/9/padre-maccalli-p-porcellato-superiore-generale-sma-pregavamo-per-sua-liberazione-speriamo-che-finisca-violenza-in-sahel-un-pensiero-per-chi-e-ancora-nelle-mani-dei-rapitori/

%d bloggers like this: