Il-Katidral ta’ Shushi bbumbardjat


… nisa u tfal jaħarbu, fil-konflitt imdemmi li għaddej bejn l-Armeni u l-Azeri.

Il-Knisja Appostolika Armena kkundannat bl-iktar mod qawwi, l-bumbardamenti li qed isiru mill-Azeri kontra l-popolazzjoni ċivili tal-Artsakh – tar-Republika tal-Nagorno-Karabakh – kif ukoll kontra l-Katidral tas-Santissmu Salvatur tal-belt ta’ Shushi.

“Filwaqt li f’dawn l-aħħar ġranet kient qed tiġi njorata kull obligi Internazzjonali, santwarji u postijiet storiċi u kulturali tal-Artsakh, spiċċaw fil-mira tal-armata Ażerbajġana, fosthom Etchmiadzin, fejn hi sedja tal-Catholicos Karekin II, kap u patriarka suprema tal-Knisja appostolika Armena u fuq l-Armeni kollha”. Il-Forzi Armati tal-Azerbajġan qed jibbumbardjaw postijiet mhux militari, b’mod speċjali fil-belt kapitali ta’ Stepankert, Shushi u bliet oħra, fejn qed joqtlu nies innoċenti u qed jikkawżaw danni kbar lil popolazzjoni ċivili.

Minħabba din is-sitwazzjoni mwera f’dan ir-reġjun, eluf ta’ nies, b’mod speċjali nisa u tfal qed jaħarbu u jsibu r-refuġju tagħhom fl-Armenja. L-organizzazzjoni ‘Save the Children’ skattat l-alarm li “ħafna mit-tfal qed jiġu mpoġġiha f’zoni separati mill-ġenituri tagħhom, dan minħabba li ntbatu ma familji oħra”.  

L-istejjer li din l-aġenzija qed tiltaqa’ magħha hi waħda ta’ dieqa. Irina Saghoyan, direttura ta’ ‘Save the Children’ fl-Ewropa orjentali semmiet li “Anzjana waslet l-Armenja b’14-il tifel u tifla magħha, u li dawn ġew affidati lilha mill-ġenituri tagħhom għaliex b’mod disperat riedu jaraw kif jistgħu jsalvaw lil uliedhom u jibgħatuhom l-Armenja.

Din l-organizazzjoni qed issejjaħ biex jieqaf dan il-konflitt u din l-ostilità li hemm fir-reġjun ta’ Nagorna-Karabakh. “Kif jiġri dejjem fil-konflitti li jseħħu fid-dinja, t-tfal huma dejjem il-vittmi prinċipali u li dan ma għandux iseħħ fil-Nagorno-Karabkh”.

Is-Sibt wara nofs-in-nhar, ir-Russja daħlet intermedjarja biex jitwaqqaf il-ġlied bejn l-Armenja u l-Azerbajġan. Il-waqfien mill-ġlied dam biss ftit siegħat. Il-Papa Franġsiku, fit-talba tal-Anġelus talab għall-paċi f’dan ir-reġjun u ftakar fil-vittmi u f’dawk li ħajjithom qegħdha fil-periklu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/8/nagorno-karabakh-bombardata-la-cattedrale-di-shushi-chiesa-apostolica-armena-presi-di-mira-i-santuari/

Kif ukoll fuq is-sit:

https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/9/nagorno-karabakh-save-the-children-migliaia-di-bambini-costretti-a-fuggire-a-causa-dellescalation-delle-violenze/