Sorijiet Sqallin joffru l-bini tagħhom lill-Papa għar-refuġjati


Is-sorijiet tal-Qaddejja tal-Providenza t’Alla ta’ Katania selfu mingħajr ħlas lill-Uffiċċju tal-Karità tal-Papa l-bini tagħhom li għandhom ġewwa Ruma biex fiha jkunu jistgħu jagħtu kenn lir-refuġjati li jiġu fl-Italja.

Kardinal Konrad Krajewski, l-inkarigat tal-Papa li jqassam il-karità ħareġ stqarrija, li din il-Kongregazzjoni ta’ Sorijiet qegħdin jirrispondu għas-sejħa li għamel il-Papa Franġisku fl-enċiklika ‘Fratelli tutti’, li rrepetta għal kemm il-darba “l-bżonn li jkun hawn ospitalità adegwata li jilqgħu lill-immigranti li jaħrbu mill-gwerrer, mill-persekuzzjoni u minn katastrofi naturali”.

Il-Kardinal Krajewski qal li l-binja tas-sorijiet, ha tkun qed tintuża billi tagħti kenn lir-refuġjati, b’mod speċjali lin-nisa waħedhom, nisa bit-tfal żgħar, kif ukoll familji vulnerabli, li jiġu l-Italja u li jkunu għaddew mill-programm umanitarju.

Binja oħra tas-Sorijiet mogħtija lill-Papa għar-Refuġjati

Iċ-ċentru ħa jkun qed jilqa’ madwar sittin ruħ u li ħa jkun qed jiġi mmexxi mill-Komunità ta San Egidio, li mis-sena 2015 fetħet toroq umanitarji għar-refuġjati Sirjani, u dan l-aħħar refuġjati li ġew mill-gżira ta’ Lesbos, fil-Greċja. S’issa il-fuq minn 2,600 ruħ, ħafna minnhom minuri, ntlaqgħu u ġew akkumpanjati fil-proċess ta’ integrazzjoni.

Il-qagħda mwera tal-immigranti u refuġjati hija veru viċin il-qalb tal-Papa Franġisku. F’April ta’ 2016 mar hu personalli jżur il-gżira ta’ Lesbos u ġab miegħu lura fuq l-ajruplan li kien fuqu hu 12 ir-refuġjat Sirjan.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-10/apostolic-almoner-krajewski-sisters-building-refugees-accommodat.html