Żewġt knejjes maħruqa fiċ-Ċili

Print Friendly, PDF & Email

Ċili: Żewġt knejjes maħruqa, vjolenza u serq, waqt protesta dwar il-Kostituzzjoni tal-Pajjiż.

Dik li kellha tkun protesta paċifika qabel ir-referendum ta’ nhar il-Ħadd li ġej biex jiddeċiedu jekk terġax tinkieteb il-kostituzzjoni taċ-Ċili minn żmien l-era ta’ Pinochet, spiċċat b’diversi konfronti mal-puluzija, b’vjolenza, serq u anke żewġt knejjes fil-belt kapitali ta’ Santiago spiċċaw maħruqa.

Dawk li kienu qed josservaw, għadhom ma jafux il-mottif għala dawn iż-żewġt knejjes kienu fil-mira tal-protesti. Uħud qalu li dan seħħ “minħabba rabja kbira li hemm fuq l-iskandli tal-abbuż seswali minn xi saċerdoti”, oħrajn qalu “hija rabja kbira ġenerali kontra kull istituzzjoni”.  Kien hemm diversi qalu li din faqqet minn grupp ta’ hooligans sportivi u kriminalità organizata, li jinħbew wara l-protesti.

Il-Konferenza episkopali Ċilena ikkundanat mhux biss l-attakki li twettqu fuq il-knejjes, imma wkoll il-vjolenza u tenzjoni li qed joħolqu fuq ir-referendum kostituzjonali. “Il-Vjolenza hi ħażina, u kull minn jiżra l-vjolenza jaħsad l-qerda, l-uġieħ, u l-mewt”. “Ejjew qatt ma niġġustifikaw kwalunkwe tip ta vjolenza” sostna l-Arċisqof  ta’ Santiago, Mons.Celestino Aos.

10 t’elef ruħ inġabru fil-pjazza ċentrali ta’ Santiago, biex jimmarkaw sena minn mindu bdew il-protesti s-sena l-oħra, fejn kienu mietu 30 ruħ u eluf ta’ nies kienu ġew midruba.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://cruxnow.com/church-in-the-americas/2020/10/amid-tumult-over-constitution-chile-watches-two-churches-burn/

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading