Patri Karmelitan, Teologu u Filosfu
Huma bosta l- Karmelitani madwar id- dinja li għexu għal bosta snin ma’ Patri Bartolomew Xiberta ġewwa Ruma. Barra li kienu jammiraw l- għerf tiegħu kienu jaraw il- qdusija tiegħu. Illum ħa nitkellmu dwar dan il- Patri li għamel ġieħ lill – ordni tagħna.
Bartolomew Xiberta, twieled f’Santa Coloma de Farners f’Gerona fi’ Spanja fl-1897. Meta kien żgħir kien mibgħut fis-seminarju li l- Karmelitani kellhom ġewwa Olot, Onda u Caudete. Fl-1919 is-superjuri tiegħu bagħtuh ġewwa Ruma biex jagħmel id – dottorat fit-Teoloġija. Huwa rnexxielu jikseb id-dotorat fl- 1921 permezz ta’ teżi ‘Clavis Ecclesiae’. Fl- istess teżi ddefenda x’efett jagħmel is-sagrament tal- qrar u t- tħabib tiegħu mil- ġdid mal -knisja. Huwa kien jgħallem l-istorja tal-filosofija fil-Kulleġġ Internazzjonali tal- Karmelitani, San Albert f’Ruma mill- 1921 sal 1926 u Teoloġija dommatika mill- 1926 sal -1937. Dik is-sena stess ġie imkeċċi mill-Italja, billi kien qed jiġi akkuzżat li kien qed jissimpatizza mall- reġim Repubblikan Spanjol.
Mill-1937 sal-1939 kien f’Os ġewwa l- Olanda u fl-1939 reġa’ lura lejn Spanja. Mill-1939 sal-1947 wettaq diversi xogħlijiet fil-Kummissarjat tal-Katalunja. Fl- 1947 meta sar il- Kapitlu Ġenerali tal- Karmelitani, ġie maħtur Assistent Ġeneral, u għalhekk kellu jmur mill- ġdid lejn Ruma.
F’dan it-tieni żmien bħala għalliem fl-istudju ġenerali tal-Ordni f’Ruma huwa kellu influwenza kbira fuq l-istudenti Karmelitani żgħażagħ.
Ġewwa Ruma baqa’ sa April 1964, meta ġie milqut minn emoraġija ċerebrali li ġegħtlitu jmur ġewwa klinika f’Tarrasa Spanja fejn baqa f’din il- klinika mitluf min sensih, sakemm miet fis-26 ta’ Lulju, 1967.
Dwar il-produzzjoni intellettwali tiegħu rridu nenfasizzaw – minbarra t- teżi innovattiva tiegħu fuq is-sagrament tal- penitenza, li diġà semmejna – l-istudji tiegħu li għamel fuq l-iskolastiċi Karmelitani tas-seklu erbatax li mbagħad ffurmaw l’hekk mssejħa “l-iskola Karmelitana Ekkletika”. Fuq din it-tema huwa ppubblika l-monografija eżatta u xjentifika dwar il- kitbiet tal –iskolastiċi Karmelitani fi ħdan l-Ordni Karmelitan (Louvain 1931).
Ix-xogħlijiet filosofiċi tiegħu huma magħrufa ħafna, fejn hu ġeneralment juri lilu nnifsu kuntrarju għall-ħsieb tal- filosfu Kant. Huwa għamel kitbiet dwar l-ispiritwalità Karmelitana li għadna nużaw sal -llum; ħareġ kitbiet dwar it-teoloġija fundamentali, u fuq kollox dwar l-istat epistemoloġiku tat-teoloġija u l-karatteristiċi fundamentali tagħha. Waqt li kiteb ukoll dwar ir- rivelazzjoni, it- tradizzjoni, s- supernatural, eċċ. Huwa ppublika għal l-ewwel darba daħla għat Teolġija mqaddsa f’ Madrid fl- 1949 u ħareġ it-tieni edizzjoni f’Barċellona u f’ Ruma fl- 1964. Mill-ewwel żmien ta’ meta beda jgħallem f’Ruma huwa kien miġbud lejn temi tal-Kristjoloġija.
Bejn l-1950 u 1960 huwa ħa sehem fil-kontroversja famuża dwar il-kuxjenza ta’ Ġesù. Dwar dan l-argument huwa ppubblika t-trattat dwar il- verb inkarnat (Madrid 1954) u l- Enchiridion dwar il- verb inkarnat (Madrid 1957). Fl-aħħar snin ta’ ħajtu huwa kiteb dwar temi fundamentali bħal l- ekklesjoloġija, episkopat, in- natura ekkleżjali tal – fidi u s-Sagramenti, l- kolleġġjalità u temi oħra. Fl-1960 inħatar membru tal-Kummissjoni Teoloġika Preparatorja tal-Konċilju Vatikan II u ha sehem f’żewg sezzjonijiet tal- Konċilju. Fl-1962, inħatar konsulent għall-Episkopat Spanjol għall-konċilju. Mill-1956 l’hemm kien professur ta’ l-Istitut Pontifiċju Reġina Mundi f’Ruma.
Bħalissa beda l-proċess tal-beatifikazzjoni u kanonizazjoni tiegħu mill- Kongregazzjoni tal-Qaddisin li tinsab ġewwa Ruma.
Nagħlqu dan l-artiklu b’parti ċkejkna mit-tagħlim tiegħu meħud mill- ktieb tiegħu “Fragmentos Doctrinales”.
“Peress li Alla jħalli lilna naqdu lil Marija, ejjew ngħixu bil-ferħ. Bħal meta ninsistu li l-ħlejjaq huma tajbin … nemmnu li biex nmexxu l – erwieħ irridu biss nippruvaw nħobbu lil Ġesù u l-Marija, u l-bqija jiġi waħdu. Imma, kemm hi twajba din l-Omm tagħna u kemm aħna boloħ meta nħabblu rasna fuq affarijiet oħra u saħansitra niddejqu!”
“Nitlobkom bil- qalb kollha u bil qawwa kollha biex tħobbu lill din l-Omm tagħna. U li tħobbuha b’mod li tieħdu gost. Intkhom diġà tafu li hemm żewġ modi kif tħobbu, biex tħobb, biex tgawdi, u biex tħobb bit-tbatija. Ħafna drabi hi trid tħobbna b’dik l-imħabba li tferaħna. Għal l-istess raġuni, jekk intom tixtiequha tħobbkhom b’imħabba oħra, li hija tat-tbatija bl-ebda mod ma’ nistgħux ma’ naċċetawiex”.
Minn Patri Hermann Duncan O.Carm